Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11194 u cioe' jista' jgħid jekk l-amministrazzjoni preżenti għandix il-ħsieb li l-power station tal-Marsa tingħalaq? Jekk iva, x'inhu t-timeframe ta' din id-deċiżjoni? Jekk le, x'inhuma l-ħsiebihjiet jew pjanijiet tal-gvern dwar il-futur tal-power station? tal-Marsa?
Response (GATT, AUSTIN)
S'issa m'hemmx il-ħsieb li l-Power Station tal-Marsa tingħalaq. Il-ħsieb huwa li meta jkun il-waqt l-impjanti l-qodma tal-ġenerazzjoni tal-Marsa bil-mod il-mod jinbidlu ma' mpjanti iktar effiċjenti u li jgħamlu inqas tniġġis għalavolja diġa sar ħafna f'dan ir-rigward meta beda jintuża żejt b'1% sulphur u reġgħu tħaddmu l-precipitators.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi nies mal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar 2005? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhu l-post u s-salarju relattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'żieda għal tweġiba parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk:-
id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?
Jekk fl-affermattiv: (a) lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet; b) kenitx għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament; u (c) kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11677 u cioe' jgħid kemm ġiet tiswa sabiex tinbena u tibda topera l-power station il-ġdida f'Delimara? Ittieħed xi forma ta' self ta' flus mill-gvern sabiex dan il-proġett seta' jitwettaq? Jekk iva, minn liema bank jew istituzzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10560 u cioe' jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża?
Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10812 u cioe' jista' jara fiex wasal il-file dwar drenaġġ - in-numru tiegħu qed jintbagħat separatament - u li jinsab il-legal office tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Jista' jara jekk hux se jiġi approvat u meta, peress li l-familja li applikat ma tistax tidħol f'din ir-residenza mingħajr dan is-servizz u tinsab fl-aħħar ġranet li jagħlaq il-kuntratt ta' fejn toqgħod?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet it-talba lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex issir servitu' (easement) ħalli jkun jista' jsir ix-xogħol.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11017 u cioe' jista' jagħti spjegazzjoni għaliex anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tneħħilha s-sussidju fuq id-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-kont imsemmi kien u għadu jinħadem bir-rati ta' l-assistenza soċjali. Is-sussidju tad-dawl kif ukoll ta' l-ilma qatt ma tneħħa.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11016 u cioe' jista' jara għaliex iż-żewġ pensjonanti li joqogħdu fl-indirizz - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - irċevew kont tad-dawl li jammonta għal Lm207, fejn qabel il-kontijiet tad-dawl ma kenux jaqbżu l-Lm25?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li wara nvestigazzjoni li saret, ġie stabbilit li l-kont minn Ġunju '04 sa Novembru '04 huwa riżultat ta' konsum akkumulat. Fil-fatt, il-post qatt ma nqara mill-meter reader bejn Jannar '99 sa Ġunju '04.
Matul dawn il-ħames snin, il-kontijiet kienu bażati fuq stimi li kienu relattivament baxxi. Matul dan il-perjodu l-konsumaturi ġew mitluba jħallsu Lm251.51 li jinkludu konsum tad-dawl u ilma kif ukoll kirjiet ta' l-arloġġi.
Għaldaqstant, id-differenza fil-konsum ħarġet fl-aħħar kont skond il-qari li ġie meħud mill-meter reader fil-25 ta' Novembru 2004.
Jista' il-Ministru jara li jsir stħarriġ fuq il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - minħabba li qed tirċievi kontijiet esaġerati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fil-fond imsemmi jgħixu 7 persuni. Wara spezzjoni li saret irriżulta li f'da il-post hemm tlett airconditioners li jintużaw regolari. Għaldaqstant il-kont huwa meqjus bħala wieħed raġonevoli.
San Ġwann — Taż-Żwejt - Qtugħ fil-provvista ta' l-ilma
Question
Tista' il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tinvestiga l-qtugħ fil-provvista ta' l-ilma li spiss isofru minnha r-residenti ta' Binja Msieraħ, Entrance F, Triq Salvu Gatt, Taż-Żwejt, San Ġwann, l-aktar ta' dawk li joqogħdu fil-għoli? Billi din il-problema ilha pendenti mill-leġislatura l-oħra, tista' tingħata priorita' lil din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat illi r-residenti li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għalihom jkollhom problema ta' nuqqas fil-provvista tal-ilma biss meta jkun hemm xi problemi fl-R.O. ta' Pembroke. Meta dan l-impjant ikun jopera normali ma jkun hemm l-ebda problema ta' dan it-tip.
Sabiex din il-problema tispiċċa għal kollox, jinħtieġ li jinbena ġibjun kbir fl-inħawi tax-Xwieki. Dan ikun iservi ta' riżerva għal inħawi tal-lvant ta' Malta (tas-Sliema, San Ġiljan, San Gwan, eċċ). Iżda l-ispiża biex jinbena dan il-ġibjun hija ferm kbira.
Sadanittant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħda tagħmel xi tibdiliet fis-sistema tad-distribuzzsjoni tal-ilma tal-akwata biex tnaqqas l-inkonvenjenza tal-konsumaturi meta jkun hemm problemi fl-impjant ta' Pembroke. Din is-sistema mistennija li titlesta sal-aħħar ta' din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li kien jiġi jiswa flus impjant ta' fuel gas desulphurisation għal power station ta' Delimara dak iż-żmien li nbniet il-power station? Kemm hu stmat li jiġi jiswa kieku kellu jiġi implimentat illum?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-prezz tal-fuel gas desulphurisation equipment għal power station ta' Delimara fiż-żmien ta' meta din kienet qed tinbena 15-il sena ilu ma nħadmux peress li ma kienx sar studju. Fl-1993 kien ġie stmat li apparat bħal dan għaż-żewġ boilers li kien hemm u għal tlieta oħra li kienu qed jiġu kkunsidrati dak iż-żmien, kien ser jiswa bejn 50 u 100 miljun dollaru Amerikan.
Skond rapport tal-World Bank apparat għaż-żewġ boilers li hemm Delimara jiswa minn Lm14 sa Lm18-il miljun liri Maltin.
Ta' min jgħid li bid-daqs ta' boilers li hemm Delimara ma hemmx bżonn ta' fuel gas desulphurisation equipment biex jintlaħaq il-livell ta' emissjoni skond id-direttivi ta' l-UE, billi l-użu ta' fuel b'1% sulphur hu suffiċjenti. L-użu ta' fuel b'iżjed sulphur hu illegali.
Jista' il-Ministru jgħidilna kemm kienet l-ispiża għax-xiri ta' heavy fuel oil u gasoil rispettivament għal użu fil-power stations tal-Marsa u ta' Delimara għall-perjodi 2002/2003 u 2003/2004? X'differenza għamlet f'termini ta' spiża l-introduzzjoni ta' low-sulphur fuels għal użu fil-power stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jipprovdi breakdown ta' l-ammont annwali ta' fly ash iġġenerat mill-power stations tal-Marsa u ta' Delimara rispettivament għal perjodu li jibda mill-1990 sa 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'teknoloġija qed tintuża mill-power stations tal-Marsa u ta' Delimara sabiex jitnaqqsu emissjonijiet ta' particulates? X'inhi l-effiċjenza ta' din it-teknoloġija?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-appart li jintuża biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-particulates huwa l-'Electrostatic Precipiator' u dan jeżisti biss mal-boilers Nru 6, 7, u 8 fil-Marsa. L-effiċjenza ta' dan l-apparat hija 85% bejn wieħed u ieħor.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' carbon monoxide emissions abbażi annwali mill-power stations tal-Marsa u ta' Delimara rispettivament għall-perjodu li jibda mill-1990 sa l-2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Carbon monoxide li joħroġ miċ-ċmieni tal-power stations hu ta' livel baxx, tipikament ta' inqas minn 3mg/Nm.3 (milligrams per normal cubic metre), u għalhekk ma hemmx il-bżonn li jitkejlu l-livelli regolarment u ma jinżammux records.
Jista' il-Ministru jara jekk huwiex possibbli li meta l-vapur ikun se jopera minn Sa Maison jitwaħħal avviż fl-ajruport ta' Malta biex min ikun ġej minn barra ma joqgħodx imur inutilment iċ-Ċirkewwa, bħalma ġara fl-10 ta' April 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-suġġeriment huwa utli, u uffiċjali tal-GCCL ser javviċinaw lil MIA biex jaraw kif dan jista' jsir.
B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 11367, jista' il-Ministru jindaga għalfejn għadu ma sarx it-tibdil meħtieġ fi Triq Mamo, minkejja diversi rapporti li saru lil-uffiċjali ta' l-Enemalta? Ritratti li qed jiġu mibgħuta separatament (7) jixhdu dan il-bżonn.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Minsitru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 10072 u 10197 u cioe'jgħid kemm intefgħu flus sena b'sena għal bini tal-power station ta' Delimara?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies li mhumiex impjegati regolari tat-Tarzna jaħdmu fit-Tarzna bħalissa?
Kemm minn dawn huma Maltin u kemm hemm barranin?
Ta' liema nazzjonalita' huma l-barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.