Legislature:
Category:
Reset
Active:

SVPR — Ikel tal-pazjenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2898 u cioe kemm tiswa ikla kuljum fir-residenza San Vinċenz de Paule għal kull anzjan/a?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ikel, inkluż breakfast, ikla f’nofsinhar u oħra filgħaxija, għal kull persuna residenti f’San Vinċenz de Paule jiswa madwar Lm2.13 kuljum.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar terminal benefit

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk anzjan - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - għandux id-dritt li jieħu terminal benefit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għall-liema terminal benefit qed jirreferi li jista’ jkollu dritt għalih il-pensjonant indikat.

Sigurta' soċjali — Każ dwar terminal benefit

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk anzjan - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - għandux id-dritt li jieħu terminal benefit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għall-liema terminal benefit qed jirreferi li jista’ jkollu dritt għalih il-pensjonant indikat.

Ommijiet xebbiet intitolati għaċ-children's allowance

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ommijiet mhux miżżewġa li sa l-aħħar ta' Ottubru kienu qed jirċievu ċ-children's allowance? X'kien it-total globali li tħallas? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ommijiet huma taħt is-16-il sena, minn 16 sa 18-il sena u ’il fuq minn 18-il sena? Kemm hemm ommijiet mhux miżżewġa f'Għawdex li qed jirċievu ċ-children's allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta’ Ottubru 2003 kien hemm 1,819 ommijiet mhux miżżewġa f’Malta u 42 f’Għawdex li kienu qed jirċievu ċ-Children’s Allowance. Peress li l-eta’ ta’ l-applikant m’hiex waħda mill-kriterji biex titħallas din l-allowance ma tinżammx statistika dwar l-etajiet tal-benefiċċjarji. Ninsab infurmat ukoll li statistika dwar il-ħlasijiet tinżamm b’mod globali fuq il-pagamenti totali u mhux skond l-istat ċivili jew l-etajiet tal-benefiċċjarji.

Anzjani — Karta anzjan

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li għandhom il-karta anzjan? Kemm ħarġu s'issa din is-sena? Jista' jgħid x'benefiċċji għandhom l-anzjani meta juru din il-karta ta' identita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa Settembru 2003 kien hemm 73,096 anzjan li kellhom il-Kartanzjan. Rigward kemm ħarġu Kartanzjan din is-sena, 4,297 ħarġu għal dawk li għandhom ‘il fuq minn 60 sena u 2,417 ħarġu għal dawk li għandhom ‘il fuq minn 75 sena. Il-benefiċċji li għandhom l-anzjani meta juru din il-karta ta’ identita’ huma: - roħs fuq il-Karozzi tal-Linja - roħs fuq il-Vapur t’Għawdex - roħs fuq it-telefon għal dawk li għandhom il-karta roża - jidħlu Trade Fair Grounds b’xejn - preferenza fil-queues għal min għandu 75+ card fi sptarijiet u polyclinics

Awtorita' tad-djar — Każ dwar kuntratt

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-kuntratt mill-housing authority tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar ma tistax tipproċedi bil-kuntratt finali qabel ma l-art li fuqha hemm mibni l-appartament in kwistjoni tiġi trasferita lill-Awtorita’.

Anzjani li għandhom 'il fuq minn 100 sena

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2892 u cioe' kemm hemm anzjani li għandhom 'il fuq minn 100 sena fir-residenza San Vinċenz de Paule u fid-djar ta' l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fid-djar ta’ l-anzjani tal-Gvern m’hemmx residenti li għalqu l-100 sena filwaqt li fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm żewġ residenti li għandhom ‘il fuq minn mitt sena.

SVPR — Tqassim ta' gazzetti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema gazzetti jitqassmu kuljum fil-wards tar-residenza ta' San Vinċenz de Paule u fid-djar ta' l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul il-ġimgħa fir-Residenza San Vinċenz de Paule jitqassmu l-gażżetti n-Nazzjoni u l-Oriżżont filwaqt li l-Ħadd jitqassmu l-Mument, it-Torċa u l-Kulħadd.

Awtorita' tad-djar — Talba bir-Ref No: RTB/137/2003

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jaġġornani dwar il-progress tat-talba RTB/137/2003 li tinsab għand l-awtorita' tad-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fit-30 ta’ Ottubru 2003 il-persuna konċernata ġiet infurmata direttament mill-Awtorita’ tad-Djar dwar l-aħħar żvilupp.

Żurrieq — Maisonettes fi Triq Zurki

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie jqum il-proġett ta' finishing biex ikunu lesti għall-abitazzjoni ta' żewġ maisonettes fi Triq Zurki, iż-Żurrieq? Kemm hemm kmamar tas-sodda f'kull unit? Fiex jikkonsisti l-basement u kemm hu kbir? Jista' ipoġġi l-pjanta fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ż-żewġ maisonettes fi Triq Zurki, iż-Żurrieq, waħda fil-pjan terran u l-oħra fit-tieni sular, kienu inħarġu għall-bejgħ shell form u għalhekk l-Awtorita’ ma għamlet ebda finishing fihom. Dik fil-pjan terran għandha żewġ kmamar tas-sodda u dik fit-tieni sular għandha tliet kmamar tas-sodda. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dawn l-appartamenti.

Ħal Tarxien — Proġett ta' housing fi Triq Dun Karm Sant

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie jqum biex tlesta l-proġett ta' l-awtorita' tad-djar fi Triq Dun Karm Sant, Ħal Tarxien? Kemm hemm units bi tlett ikmamar tas-sodda, kemm hemm b'żewġt ikmamar tas-sodda u kemm hemm b'kamra tas-sodda waħda? Kif ġew allokati, b'bejgħ/xiri jew kiri? Jista' ipoġġi l-pjanti fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proġett ta’ l-Awtorita’ tad-Djar fi Triq Dun Karm Sant, Ħal-Tarxien, li jikkonsisti fi 15-l-appartament, kollha bi tlett kmamar tas-sodda, u li jinkludi installar ta’ żewġ lifts, ser jiswa madwar Lm92,000. Dawn l-appartamenti qed jiġu allokati b’kiri. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-pjanti mitluba.

Awtorita' tad-djar — Proġett ma' settur privat

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' tad-djar għandhiex il-ħsieb li tagħmel proġett ma' settur privat (P.P.P.)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f’dan l-istadju l-Awtorita’ tad-Djar ma għandhiex pjanijiet għal proġett mas-settur privat, iżda din l-eventwalita’ tibqa tiġi esplorata.

Awtorita' tad-djar — Kiri ta' postijiet lil non-government organisations

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li l-awtorita' tad-djar kriet lil non-government organisations sabiex jintużaw bħala uffiċini u liema kienu dawn l-organizzazzjonijiet? Kemm kienet il-kera għal kull fond meta nkrew minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Irrid nikkjarifika li fit-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2768 f’Seduta Numru 60, ir-referenza għall-kiri ta’ fondi biex jintużaw bħala uffiċini kella tkun relatata ma’ aġenziji u entitajiet governattivi u mhux ma’ NGOs. Għalhekk ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda postijiet mikrija lill-NGOs biex jintużaw bħala uffiċini.

Awtorita' tad-djar — Kiri ta' postijiet għal persuni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li l-awtorita' tad-djar kriet lil non-government organisations sabiex jintużaw għall-persuni b'diżabilita' metntali jew fiżika sabiex jiġu ntegrati lura fis-soċjeta'? Kemm kienet il-kera għal kull fond meta nkrew minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Awtorita' tad-djar — Proprjeta' lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm ġew mogħtija proprjeta' mill-awtorita' tad-djar lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali minn Settembru 1998 sal-lum, sena b'sena u xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Persuni b'diżabilita' — Fondi għas-sena ewropea

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ivvutati fondi għas-sena ewropea ddedikata għal persuni b'diżabilita'? Fiex intnefqu? (breakdown) Min kien responsabbli għal programm u l-allokazzjoni tal-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi Seduta oħra.