Legislature:
Category:
Reset
Active:

Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kiropodija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li pazjenti li jmorru fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta li jkollhom bżonn attenzjoni ferm bażika ta' kiropodija jgħidulhom biex jagħmlu appuntament anke meta ma jkunx hemm wisq nies biex jinqdew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-servizz ta' Kiropodija ilu jingħata bl-appuntament għal numru ta' snin. Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta biss il-kiropodisti jaraw medja ta' aktar minn 32 pazjent kuljum bl-appuntament, jiġifieri mal-għaxart elef pazjent fis-sena. L-appuntamenti jingħataw kollha f'ħinijiet differenti ħalli meta pazjent imur biex jinqeda ma jdumx jistenna. Dan jista jagħti l-impressjoni li m'hemmx ħafna nies f'dik il-ġurnata partikolari. Kull każ urġenti jarawh mingħajr appuntament.

Assistant careworkers

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn assistant care workers m'għandhomx l-opportunita' li jsiru health assistants wara ċertu ammont ta' żmien ta' servizz, l-istess bħalma għandhom hospital auxillaries, meta l-assistant care workers qed jagħmlu l-istess tip ta' xogħol bħal health assistant nursing aids? Ma jidhirlux l-Ministru li din hija diskriminazzjoni żejda bejn dawn il-kategoriji differenti ta' ħaddiema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond il-ftehim li kien iffirmat bejn il-Gvern u l-Unions rispettivi fil-5 ta' Ottubru 1989, kien ġie miftiehem li l-Hospital Auxilliaries biss li jkollhom ħmistax (15) -il sena servizz ikollhom iċ-ċans li jagħmlu ad hoc course ta' tliett xhur biex ikunu jistgħu jsiru Health Assistants.

Health assistants — Migration

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-health assistants li hemm fl-Isptar San Luqa kif se jiġu affettwati mill-migration lejn l-Isptar Mater Dei? Meta se jsir il-migration tagħhom u jekk dan huwiex mistenni jkopri l-health assistants kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Health Assistants kollha li qed jaħdmu fl-isptar San Luqa ser jiġu trasferiti lejn l-isptar Mater Dei mal-kumplament ta' l-istaff ta' l-Isptar skond kif inhu ppjanat il-proċess tal-migrazzjoni ta' kull dipartiment.

Sptar Mater Dei — Riklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li r-riklami msemmija mhumiex imtella mill-Ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

SVPR — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi u xogħlijiet saru fil-kumpless San Vincenz de Paule mill-1999 'l hawn biex jitjieb l-ambjent li fih jgħixu l-anzjani u kemm hu kkalkulat li kienet l-ispiża kapitali biex setgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet? Jista' jgħid ukoll jekk il-ħidma li saret waslitx biex seta' jkun hemm żieda fin-numru ta' anzjani li jsibu kenn f'dan il-kumpless?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-lista ta' l-iżviluppi u xogħolijiet li saru fir-residenza ta' San Vinċenz de Paul huma: 1999 Lm454,223 2000 Lm1,420,458 2001 Lm1,107,499 2002 Lm1,559,139 2003 Lm1,809,985 2004 Lm651,399 2005 Lm378,114 2006 Lm3,303,780 2007 Lm621,487 L-ispiża totali li ntefqet mill-1999 sa l-2007 s'issa kienet Lm11,306,084. Ninfurmak ukoll li l-ħidma li saret wasslet għal żieda fin-numru ta' anzjani rikoverati fl-SVPR.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt: Bo rd / Awtorita' / Kummissjoni Irġiel Nisa Burial Board 2 1 Council for Nurses and Midwives 5 7 Council for the Professions Complimentary to Medicine 7 6 Council of Health 10 1* Dental Specialist Accreditation Committee 5 2 Food Safety Commission 6 3 General Services Board 7 2 Homecare Help Service Board 2 3 Hospital Management Committee - SVPR 5 1 Mount Carmel Hospital Board of Directors 5 2 Medical Council 11 2 Medical Specialist Accreditation Committee 12 5 Mental Health Review Tribunal 3 0 National Commission for Mental Health Reform 6 6 National Council for the Elderly 9 6 Pharmacy Council 7 6 Welfare Committee 7 3 Zammit Clapp Hospital Management Committee 8 1 Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija ma tinżamx statistika. * Irtirat mis-servizz

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26652 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ferm voluminuża u għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Bormla — Dar għall-anzjani

Question

Peress li meta sar ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Bormla saret filliera ta' dawl fl-art mal-ġenb tal-ground ta' l-iskola primarja, li sal-lum wara ħafna snin li fetħet din il-home għadhom qatt ma nxtegħlu, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma nxtegħlu? Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jixgħelu, jew saru biss biex iżejnu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-dawl imsemmi ma' ġenb il-ground ta' l-iskola primarja ma jagħmilx parti mid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minister or Officer Destination Month Flight Subsistence Accomodation Hon Dr L Deguara Germany March nil 430 nil Dr R Busuttil Germany March nil 430 nil Saviour Gambin Germany March nil 430 nil Elaine Dutton Germany March 182 258 nil Ma kienx hemm safar f'Jannar u Frar 2007 marbuta ma' din il-mistoqsija.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Koalizzjoni dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jagħti rendikont tal-ħidma li wettqet u li qed twettaq il-Koalizzjoni dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ mit-twaqqif tagħha sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol li nbeda mill-kumitat mwaqqaf apposta li kien jinkludi numru ta' entitajiet biex jipromwovi s-saħħa taż-żgħażagħ huwa kollu kemm hu f'idejn id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa. Matul dawn l-aħħar 4 snin u nofs dan id-dipartiment ħadem ferm bis-sħiħ f'dan il-qasam f'ħafna setturi permezz ta' kampanji fit-tul. Dawn jinkludu Saħħa Sesswali, Tipjip, Xorb u Sewqan, il-Ħsara tax-Xemx, Dieta li tipromwovi s-Saħħa u oħrajn. Fis-settur taż-żgħażagħ id-dipartiment jaħdem id f'id mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. L-uffiċjali tad-dipartiment jaħdmu ħafna mill-qrib mal-Kunsilli Lokali, kif ukoll mas-Sedqa. Numru kbir ta' fuljetti, posters u materjal ieħor jiġu prodotti kull sena u dawn jitqassmu b'xejn lill-pubbliku. Id-Dipartiment jieħu ħsieb li jgħin għaqdiet taż-żgħażagħ f'kampanji u attivitajiet relatati mas-saħħa. L-uffiċjali tad-dipartiment, li kollha huma kwalifikati f'oqsma speċjaliżżati, jipparteċipaw b'mod regolari fuq il-meżżi tax-xandir anke f'ħinijiet tard filgħaxija biex b'hekk iwasslu l-messaġġi favur is-saħħa bl-aktar mod effettiv. Propju fuq is-suġġett id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa jagħmel stħarriġ fuq is-saħħa taż-żgħażagħ (HBSC) fuq skala kbira flimkien mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dan l-istudju li jsir f'34 -il pajjiż ieħor flimkien ma' Malta huwa ferm utli għax wieħed joħroġ paraguni li jkopru ħafna suġġetti li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa taż-żgħażagħ, bħall-bullying, saħħa sesswali, konsum ta' ħelu, eżerċizzju fiżiku, tipjip, droga, konsum ta' alkoħol, konsum tas-soft drinks u anke tul u piż tal-parteċipanti li jintużaw biex tinħadem il-BMI (Body Mass Index) biex b'hekk għalkemm ma jkunx ġie kkalkulat mir-riċerkaturi nfushom xorta jservi ta' indikatur tajjeb f'dik li hi prevelanza ta' ħxuna u piż żejjed.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imnħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-Mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20kWp (peak) fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Mosta. Għas-sitt xhur li ġejjin, il-Ministeru mhux maħsub li ser jinstalla xi sistema oħra ta' dan it-tip.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul l-2006 kien qed jinkera garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali. In-nefqa globali għal din il-kirja hi ta' Lm200 fis-sena u l-garaxx jinsab f'numru 10, Triq Dun Giakomino Galea, Naxxar. Il-kuntratt li jorbot għall-tlett snin ġie mġedded fit-18 ta' Awissu 2006 bil-prezz annwali ta' Lm240.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qegħda tinġabar u ser tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa totali f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 kienet: Lm GPS 12,375.87 Boffa Hospital 35,070.66 Division / Ministry 198,648.20 Elderly & CC 922,022.00 Mount Carmel Hospital 211,301.00 St Lukes Hospital 629,642.20 Total 2,009,059.93

Sptar San Luqa — Ipparkjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu awtorizzat li jipparkja l-vettura tiegħu fl-Isptar San Luqa? Liema kategoriji ta' staff huma ntitolati li jipparkjaw il-vettura tagħhom fl-Isptar San Luqa? Min aktar għandu l-permess li jipparkja l-vettura tiegħu fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Min hu awtoriżżat li jipparkja l-vettura tiegħu fl-isptar San Luqa? a. Dawk l-impjegati ta' l-isptar San Luqa li huma elenkati fir-risposta għat-tieni mistoqsija. b. Kull min għandu permess temporanju biex jipparkja. c. Persuni bil-badge ta' diżabilita. d. Vetturi minn Sptarijiet oħrajn, Ċentri tas-Saħħa u Dipartimenti. e. Vetturi awtoriżżati li jagħtu servizz fl-Isptar. f. Persuni importanti (VIP) Liema kategoriji ta' staff huma ntitolati li jipparkjaw il-vettura tagħhom fl-isptar San Luqa? L-impjegati sa skala 9 jistgħu jipparkjaw matul il-ħin kollu tal-ġurnata, f'areas designati. L-impjegati kollha l-oħra jistgħu jipparkjaw mit-Tnejn sas-Sibt wara s-sagħtejn u nofs ta' wara nofsinhar, filwaqt li fil-Ħdud u l-festi huma permessi li jipparkjaw matul il-ġurnata kollha. Min aktar għandu permess li jipparkja l-vettura tiegħu fl-isptar San Luqa? L-impjegati li jaħdmu fl-Istitut tal-Ħarsien tas-Saħħa u fl-iskola Hookham Frere, għandhom ukoll il-postijiet riservati għall-parking.

Persuna anzjana — Karta anzjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna anzjana li għandha l-karta anzjan, imma għandha r-raġel jaħdem għax hu iżgħar minnha, hiex intitolata għas-servizzi offruti lil min għandu l-karta anzjan? Jekk iva, fid-dawl li żewġha għadu jaħdem liema huma s-servizzi li din l-anzjana hija ntitolata għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li persuna li għandha l-kartanzjan hija ntitolata għal roħs fuq il-vapur tal-Gozo Channel, roħs fuq in-noll tal-karozzi tal-linja, roħs fuq il-fiera tan-Naxxar u roħs għad-dħul fil-grawnd tal-futbol. Ta' min jinnota li kull persuna li għandha kartanzjan tkun intitolata għas-servizzi fuq imsemmija irrispettivament jekk ir-raġel tagħha jew mara tiegħu humiex full time worker.