Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #877 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini li jinsabu out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mediċini (special items u mhumiex) li huma out of stock bħalissa? Kemm ilhom out of stock u meta hu maħsub illi jaslu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #897 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar Mater Dei - offerti għall-apparat mediku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' evalwazzjoni għamlet il-kumpannija SECTA dwar is-sejħa għall-offerti għall-apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Kemm tħallset il-kumpannija SECTA għal kull rapport?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-kumpanija Secta għamlet żewġ rapporti ta' evalwazzjoni dwar is-sejħa għall-offerti għall-apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari għall-isptar Mater Dei. Għall-ewwel rapport tħallset is-somma ta' LM38,017.98 waqt li għat-tieni wieħed tħallset is-somma ta' LM25,535.69.
Leg 10 PQ #122 Sitting 15 2003-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Direct orders

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #509 Sitting 15 2003-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Rapporti dwar każi ta' HIV

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ġodda ta' HIV fl-2002 u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu ta' barranin? Ta' liema nazzjonalita` kienu u kemm kienu rġiel u kemm nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' persuni li huma HIV positive ma jistax jiġi determinat għaliex l-HIV mhiex notifikabbli bil-liġi. Nistgħu ngħidu li minn Jannar ta' 2002 sal-31 ta' Mejju 2003 kien hemm 17-il test posittiv. Dan in-numru ma jeskludix testijiet li saru aktar minn darba fuq l-istess persuna.
Leg 10 PQ #510 Sitting 15 2003-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Nies infettati bl-HIV

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' nies infettati bl-HIV li hu magħruf li huma ċittadini Maltin jew residenti barranin f'Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' persuni li huma HIV positive ma jistax jiġi determinat għaliex l-HIV mhiex notifikabbli bil-liġi.
Leg 10 PQ #686 Sitting 15 2003-06-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji tal-Gvern — Pilloli

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pilloli out of stock mill-ispiżeriji tal-gvern huwa ta' 33. Ir-raġunijiet ewlenin għal dan in-nuqqas huma:- Problemi ta' manifattura - qed ikun hemm każi dejjem jiżdiedu fejn il-prodotti li jkunu ordnati ma jiġux provduti minħabba problemi ta' manifattura. Dan iwassal għal nuqqas fis-suq internazzjonali tal-mediċina. L-effett ta' dan malajr jinħass f'Malta peress li l-mediċini jiġu mportati minn barra u peress li Malta hija suq żgħir komparat mal-bqija ta' l-Ewropa. Dewmien għall-wasla tal-konsenji - għalkemm il-mediċini jkunu ġew ordnati mill-GPS diversi fatturi min-naħa ta' l-aġenti qed jirriżultaw f'dewmien biex dawn il-mediċini jiġu pprovduti. Żieda fil-konsum - qed jiġi nnotat li l-konsum ta' ċerti mediċini qed jiżdied f'daqqa f'temp qasir. Dan jirriżulta f'nuqqas ta' mediċini speċjalment f'dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-perjodu biex titwassal il-mediċina mill-aġent jkun wieħed twil. Għalkemm il-GPS jiftaħ ordnijiet urġenti biex itaffi dan in-nuqqas mhux dejjem ikun possibbli li tinstab il-mediċina u titwassal fi żmien qasir ħafna. Wieħed irid jiftakar li r-regolamenti finanzjarji ma jippermettux li kwantita kbira ta' mediċini li jqumu ħafna flus tiġi mixtrija b' direct order minnflok b'kuntratt.
Leg 10 PQ #507 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Sexually transmitted infections

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' STI (sexually transmitted infections) fl-2002 u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Il-pazjenti kienu kollha Maltin? Kemm kien hemm nisa? Liema nfezzjoni kienet irrapportata minn tobba jew ġew ittrattati l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s'issa għadha ma teżistix notifikazzjoni statutorja ta' l-STI (sexually-transmitted infections). Għaldaqstant, mhumiex magħrufa qualunkwe infezzjonijiet li jiltaqgħu magħhom il-GPs u l-ispeċjalisti l-oħra fl-isptarijiet. Huwa l-ħsieb, madanakollu, i l-STIs ikunu notifikabbli hekk kif tiġi fis-seħħ l-Att dwar is-Saħħa Pubblika.
Leg 10 PQ #508 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Sexually transmitted infections

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kif it-taqsima tas-saħħa tispjega lill-istudenti fl-iskola u lill-poplu in ġenerali dwar STI ( sexually transmitted infections )? Isiru xi kampanji edukattivi għal dan il-għan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li b'mod ta' rutina, kull skola li titlob s-servizz tad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa fil-qasam tas-saħħa sesswali tiġi moqdija. L-interventi jieħdu forma ta' talks formali ma l-istudenti u jintużaw videos adattati. B'mod ġenerali r-reklamar fuq il-meżżi tax-xandir jgħinu biex iqajmu kuxjenza fuq il-bżonn li persuna tkun infurmata fuq ir-riskji kollha relatati mas-sess. Id-Dipartiment iqassam ukoll leaflets informattivi. Fil-qasam tal-Prevenzjoni sekondarja l-kumitat imwaqqaf apposta (STIPC) jagħmel reklamar fuq il-meżżi tax-xandir kollha biex iħeġġeġ lill-pubbliku jagħmel użu mis-servizzi fosthom screening tal-GU clinic li qegħda l-Isptar Boffa.
Leg 10 PQ #109 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-saħħa - servizz ta' x-ray

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex il-poplu tal-Baħrija, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, ir-Rabat u l-madwar tħalla bla servizz tal-X-ray fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat, Malta għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-'X-Ray machine' fiċ-Ċentru ta-Saħħa tar-Rabat ilha bil-ħsara u ma tintużax mit-22 ta' Jannar 2002. Wara li l-Bio Medical Engineering Department ta' l-isptar San Luqa eżamina din il-magna, iċċertifika li ma tistax tiġi rranġata u hemm bżonn tinbidel. Safrattant kull meta l-poplu tal-Baħrija, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, ir-Rabat u l-madwar kellha bżonn xi X-Ray dawn setgħu jagħmluh fl-aktar Ċentru tas-Saħħa viċin, cioe Mosta. Ix-xiri ta' magna ġdida jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-prioritajiet tal-ħtiġijiet tas-servizzi tas-saħħa.
Leg 10 PQ #110 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-saħħa

Question

Fir-rigward tal-poplu tal-Baħrija, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, ir-Rabat u l-madwawr, jista’ il-Ministru jgħid għaliex ingħalaq iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat għal 16-il siegħa kuljum u 36 siegħa fil-weekends?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirrepeti għall-darba oħra li minħabba nuqqas ta' tobba li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, il-ftuħ taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Rabat, Ħal-Qormi, Bormla u B'Kara ma jistax ikun ta' 24 siegħa kuljum.
Leg 10 PQ #111 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-saħħa - x-ray machine

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex ġie permess li d-dipartiment tas-saħħa jħalli l-X-ray machine fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat madwar tliet snin bil-ħsara u dan għad-detriment ta’ inkonvenjent kbir ta’ eluf ta’ familji residenti fir-Rabat, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, il-Baħrija u l-madwar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 109.
Leg 10 PQ #112 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-saħħa — Servizz ta' tobba mingħajr ħlas

Question

B’riferenza għall-wegħda tat-tabib b’xejn miċ-ċentri tas-saħħa ta’ Bormla, Birkirkara, Ħal Qormi u r-Rabat li prattikament spiċċat f’waħda bil-ħlas minħabba li s-servizz tat-tabib b’xejn qed jingħata biss għal nofs il-jum u sitt sigħat biss fil-weekend, jista’ il-Ministru jiddikjara meta dawn l-eluf ta’ familji Maltin se jingħataw lura s-servizz tat-tabib b’xejn fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista l-Onor Interpellant jgħid u jiċċita liema wegħda qiegħed jirreferi għaliha u jispeċifika iċ-ċentri tas-saħħa msemmija.
Leg 10 PQ #323 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 2003, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla? F'kull każ, kemm kien hemm persuni mistiedna u min kienu l-mistednin? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju 2003, it-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli organizzat dawn l-ikliet li tħallsu mill-vot ta' l-isptar: Data Okkaż ż joni Mistiedna Numru ta' Mistiedna Ammont LM 01/01/03 L-Ewwel tas-Sena Pazjenti 485 1,580 11/02/03 Jum il-Marid Pazjenti 365 1,606
Leg 10 PQ #324 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2002, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Kemm kien hemm nies mistiedna u min kien mistieden f'kull każ separatament? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li matul is-sena 2002, it-tmexija ta' l-isptar Monte Carmeli organizzat dawn l-ikliet li tħallsu mill-vot ta' l-isptar: Data Okkazzjoni Mistiedna Numru ta' Mistiedna Ammont LM 01.01.02 L-Ewwel tas-Sena Pazjenti 460 1,550 11.02.02 Jum il-Marid Pazjenti 250 1,100 15.07.02 Festa tal-Karmnu Pazjenti 380 1,482 28.08.02 Barbeque - Armier Bay Pazjenti 70 488 10.10.02 Jum is-Saħħa Mentali Pazjenti 350 1,375 25.12.02 Christmas Lunch Pazjenti 475 1,520 27.12.02 Christmas Lunch Hospital Managers 14 225.55
Leg 10 PQ #456 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

General Pharmaceutuical Services — Infiq ta' flus

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq ix-xiri ta' mediċini għall-General Pharmaceutical Services fil-perjodu Jannar - Mejju 2003? Kemm jonqos x'jintefaq mill-budget ivvutat għal din is-sena? Kemm hemm kontijiet pendenti minn snin oħra għal xiri ta' mediċini għal dan is-servizz pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ammont ta' flus li ntefqu (xiri) fuq mediċini (li jinkludu medical devices u prosthetics u orthotics) minn Jannar sa Mejju 2003 huwa ta' Lm6,176,738. Dan l-ammont jinkludi l-ammonti li diġa' tħallsu kif ukoll ammonti li għad iridu jitħallsu. Jista' jkun li hemm fatturi li għadhom ma ġewx irrekordjati fis-sistema peress li għadhom ma waslux fil-Government Pharmaceutical Services (GPS). L-ammont li baqa' mill-budget li ġie approvat din is-sena għall-Government Pharmaceutical Services biex jitħallsu mediċinali jammonta għal Lm4,136,715 (sal-21 ta' Ġunju 2003 - il-committments ġew imnaqqsa wkoll). Kontijiet li baqgħu pendenti mis-snin oħra ta' xiri ta' mediċini għal dan is-servizz pubbliku jammonta għal Lm844,201 (sal-21 ta' Ġunju 2003).
Leg 10 PQ #673 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma hekk hux vera li ġewwa Għawdex kien hemm każ ta' SARS fi skola?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda każijiet ta' SARS ġewwa Malta jew Għawdex.
Leg 10 PQ #178 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Invażjoni ta' nemus in-naħa tas-suq

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir investigazzjoni sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema kbira li qed iħabbtu wiċċhom magħha residenti fin-naħa tas-suq ta' Bormla minħabba invażjoni ta' nemus?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fid-29 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju 2003, ma nstab l-ebda akkumulu ta' skart jew ilma qiegħed li jista' jġib in-nemus. L-ebda infestazzjoni ta' nemus ma ġiet innotata fl-inħawi indikati.
Leg 10 PQ #390 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Tas-Sellum - ċimiterju

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq iċ-ċimiterju li qed jiġi riabilitat fl-inħawi tas-Sellum fil-Mellieħa? Meta hu maħsub li se jibda jintuża? Kemm hemm oqbra li diġa' nbiegħu? Kemm fadal x'jinbiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fiċ-Ċimiterju ndikat fil-Mellieħa għadu sejjer. Ix-xogħol fuq il-parti fejn diġa` kien hemm l-oqbra, kif ukoll ix-xogħol ta' tindif ta' blat u ħamrija, tlestew. Fadal ix-xogħol ta' twaħħil ta' aperturi għall-kmamar li tlestew, kif ukoll ir-rixtellu għaċ-Ċimiterju. L-oqbra kollha ġew allokati skond l-applikazzjonijiet. S'issa, għadu ma sar l-ebda kuntratt ta' bejgħ ta' oqbra min-nutar u għaldaqstant ma jistax isir użu ta' dawn l-oqbra. Huwa kkalkulat li tali xogħol li fadal, kif ukoll kuntratti neċessarji għandhom jitlestew fi ftit ġimgħat oħra.
Leg 10 PQ #490 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-emerġenza

Question

Tikkonsidra d-diviżjoni tas-saħħa li terġa' tibda kampanja ta' informazzjoni fuq il-media biex id-dipartiment ta' l-emerġenza ma jiġix abbużat u n-nies bi problemi kroniċi u li m'humiex urġenti ma jibqgħux imorru f'dan id-dipartiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li s-suġġerimenti ta' l-Onorevoli Interpellant qed jiġu kkunsidrati.
Leg 10 PQ #332 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru, permezz tad-diviżjoni tas-saħħa, jinvestiga ilment li wasal għandi li fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid nhar is-Sibt 7 ta' Gunju 2003, wara nofsinhar ma kienx hemm tabib għal ħinijiet twal? Vera li kien hemm pazjenti li kienu diġa` rreġistraw iżda telqu ’l barra mingħajr ma rahom tabib wara sigħat twal jistennew? Kemm kien hemm tobba dak inhar on duty bejn nofsinhar u s-6.00 p.m. f'dan iċ-Ċentru? Kemm-il pazjent ġie invistat u kemm saru house calls?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li mill-investigazzjoni nterna li saret jirriżulta illi nhar is-Sibt 7 ta' Ġunju, fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid kien hemm tobba 'on duty' bejn 12.00 u 18.00 kif ġej: Dr. A. 12.30 - 18.00 Dr. R. 12.00 - 14.00, 15.30 - 18.00 Dr. M. 12.00 - 15.00, 16.30 - 18.00 Dr. S. 12.00 - 16.00 Dr. J. 12.00 - 16.00 U dawn kollha kienu preżenti fuq il-post tax-xogħol ħlief meta marru fuq viżti urġenti fid-djar: 13.10 (Cospicua) Dr. M. 17.30 (Kalkara) Dr. A. Total: 2 viżti Dawn il-ħames tobba raw ukoll pazjenti li dak in-nhar ġew għal viżta ġewwa il-kliniċi taċ-Ċentru tas-Saħħa u dawn bejniethom raw: bejn 08.00 - 13.00: 87 pazjenti bejn 13.00 - 17.00: 38 pazjenti bejn 17.00 - 20.00: 49 pazjenti Total: 174 pazjent N.B. l-istatistika tinġabar fit-8.00, 13.00, 17.00 u 20.00) - medja wara nofs in-nhar ta' xi tnax-il pazjent kull siegħa - żgur mhux xi volum ta' barra mis-soltu. Fl-istess ħin ingħataw ukoll ammont sostanzjali ta' pariri fuq it-telefon. Nixtieq ninfroma ukoll li nhar is-Sibt 7 ta' Ġunju 2003, ma ġew irraportati l-ebda ilmenti minn pazjenti, la mal-SMO jew l-NO/Deputy NO li kienu kollha xogħol. Anqas ġew irraportati 'incident reports' minn naħa ta' l-impjegati fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid.