Legislature:
Category:
Reset
Active:

SKA

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mhijiex intitolata għal SKA u għal sussidju fuq dawl u ilma meta din tilħaq il-kriterji neċessarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Karta Roża

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li għandha l-karta r-roża mhijiex intitolata għal SKA skond id-dipartiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Bord ta' l-SKA

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jidher separtament, qed jgħidulha l-bord ta' l-SKA li mhix intitolata għall-SKA meta din għandha pressjoni għolja u għandha karta safra u roża?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Pensjoni tar-romol

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mhix tieħu l-pensjoni tar-romol skond l-aħħar regolamenti li saru fil-budget li għadda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-pensjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet riveduta skond il-miżuri ġodda mħabbra dwar ir-romol fl-aħħar budget u nħareġ il-pagament dovut bl-arretrati.

SKA

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jidher separatament mhix intitolata għal SKA?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Handicapped Pension

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hijiex intitolata għall-handicapped pension?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li hi, jew rappreżentant tagħha, imorru l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħhom biex jingħataw l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Bozoz energy savers

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Tista' tgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Boarded out

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm Għawdxin li ġew boarded out sena b'sena f'din il-leġislatura sal-lum? Tista' tagħti breakdownraħal, raħal minn fejn ġew kif ukoll ir-raġunijiet mediċi għaliex ġew boarded out? Tista' tindika l-etajiet tal-persuni kkonċernati? Minn min kienu komposti l-boards mediċi li ħadu dawn id-deċiżjonijiet tul il-perijodu ndikat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23911 li jien tajt f’Seduta Numru 496. Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub, mis-sena 2006, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Peress li l-persuni jistgħu jiġu identifikati, partikolarment fejn kien hemm persuna waħda jew tnejn, ma nħossx li għandhom jiġu ppublikati r-raġunijiet mediċi.

Familja u Solidarjeta Soċjali — Uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv tista' tgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, taħt id-dekasteru tiegħi, ma kien hemm l-ebda uffiċċjal fi skala 1 sa 5 li rriżenja jew għalaqlu l-kuntratt u ma reġax applika għall-istess pożizzjoni matul Jannar, Frar u Marzu 2007.

Familja u Solidarjeta Soċjali — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Tista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin tista' tgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-nefqa totali fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu, li tinkludi Jannar, Frar u Marzu 2007, kienet Lm20,615.39. L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta’ ‛ enerġy saving ’ allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.

Avviz

Question

Tista' l-Ministru tispjega d-dettalji li se jkun fih l-avviż li issa se jibda jintbagħat lill-benefiċċjarji kull sitt xhur minflok qabel kull depożitu tal-pagament fil-bank tal-benefiċċjarju, i.e. kull xahar? Tista' tgħid jekk il-benefiċċjarju hux se jibqa' jirċievi breakdown tal-pagament li jsirlu kull xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, kif diġa' ġie notifikat lill-persuni konċernati u anki mħabbar pubblikament permezz ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mid-Direttorat Ġenerali tas-Sigurta' Socjali, l-avviż ta' depożitu tal-benefiċċji soċjali direttament f'kont bankarju se jkun juri d-dati u l-ammonti depożitati fis-sitt xhur li jkunu għaddew u d-dati tad-depożiti li jkunu ser isiru fis-sitt xhur li jkunu ġejjin. Ninsab infurmata wkoll li meta jkun hemm tnaqqis mill-benefiċċji biex jitħallsu flus lura dovuti lid-Direttorat, in-notifika lill-benefiċjarji ser tibqa' toħroġ kull erba' ġimgħat. Meta jkun hemm tibdil fir-rata tal-benefiċċju li tirrizulta minn tibdil fiċ-ċirkostanzi jew xi bidla oħra li taffettwa l-ħlas jew ir-rata tal-benefiċċju, il-benefiċjarji ser jirċievu l-korrispondenza uffiċjali li tindika t-tibdil fir-rata, is-sospensjoni jew twaqqif tal-benefiċċju, skond il-każ, kif kien isir qabel.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.`

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Hospitality

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Course għal Enrolled Nurse — Ħlas ta' bolla

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk matul il-perjodu ta' studju waqt il-course għal enrolled nursetitħallasx bolla (mill-gvern) u allura jekk jiġu kkalkulati għal fini ta' pensjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kontribuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali ta’ persuna f’impjieg assigurabbli hi magħmula minn tlitt partijiet, waħda mill-persuna mpjegata, waħda mill-prinċipal u waħda mill-fond konsolidat. Jekk matul il-perijodu tal-course indikat mill-Onor. Interpellant l-istudenti jirċievu paga jew salarju, tkun dovuta li titħallas il-kontribuzzjoni kif imsemmi qabel. Jekk ma jirċievu ebda remunerazzjoni jew din tkun taħt xi forma ta’ allowance, ma jkunx hemm l-obbligu għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni u dan jista’ jeffettwa l-kalkolu tar-rata tal-pensjoni.

Għawdex — Detenturi tal-karta anzjan

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema benefiċċji huma ntitolati d-detenturi tal-karta anzjan f'Għawdex? Għaliex lill-anzjani Maltin jgħidulhom li l-karta anzjan ma tgħoddx f'Għawdex meta jmorru biex iħallsu n-noll tal-karozza tal-linja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Proprjetajiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-proprjetajiet fl-Isla, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament humiex tal-Gvern jew inkella ta' l-Uffiċċju Konġunt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-postijiet, fit-triq indikata, bin-numru 67 u 68 huma proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt u dak bin-numru 72 hu proprjeta' privata. Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandu ebda nformazzjoni dwar il-post bin-numru 73.

San Gwann — Appartament tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-appartament proprjeta' tal-gvern f'San Ġwann, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux mikri lil xi familja jew inkella hux battal u se jiġi allokat? Jekk fl-affermattiv, meta se jiġi allokat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-appartament indikat mill-Onor. Interpellanti hu mikri.

Talba għal akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija legalment separata u li għandha żewġt itfal, li applikat għall-akkomodazzjoni soċjali skond applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta din effettivament se tingħata l-istess talba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Apparat energy saving

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-nefqa fuq apparat energy saving matul il-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant kien kif ġej: Jannar Xejn Frar Lm110.14 Marzu Lm596.55