Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37475 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Internal Memorandum

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li f'dawn l-aħħar jiem inħarġet internal memorandum lill-impjegati tal-MEPA sabiex ma jagħtux informazzjoni dwar applikazzjonijiet lil periti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li nħarġet 'instruction note' biex tfakkar lill-uffiċjali ta` l-Awtorita` dwar il-provvedimenti għar-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni lill-pubbliku dwar applikazzjonijiet ta` żvilupp kif provdut fl-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp. Ta` min isemmi li kien taħt dan il-Gvern li għaddiet liġi li permezz tagħha l-pubbliku issa għandu aċċess akbar għall-informazzjoni. Dan seħħ wara li taħt amministrazzjoni Laburista saret emenda fil-liġi li tnaqqas dan l-aċċess.
Leg 9 PQ #37488 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kumpens — Fond aproppjat

Question

Jista' il-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jingħata l-kumpens għall-fond aproppjat u cioe' il-fond numru 5, Alley 2, Laqxija B'Kara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament ser jingħata l-kumpens għall-fond approppjat u ċioe` il-fond numru 5, Alley 2, Laqxija B`Kara fi żmien qasir, possibilment sa l-aħħar ta` Diċembru 2002.
Leg 9 PQ #37499 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tarxien — Plot żdingat

Question

Jogħġbu l-Ministru jindaga u jara li l-plot żgingat u mitluq fi Triq Anġlu Mangion, f'Tarxien jiġi mnaddaf mill-aktar fis u jekk hemm bżonn jiġi reċintat biex ma jintefax aktar skart fih?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36537, ninsab infurmat li l-verifikazzjonijiet neċessarji dwar l-art in kwistjoni waslu biex jiġu finalizzati u f`qasir żmien l-Uffiċċju Konġunt ikun f`pożizzjoni biex jiddeċiedi dwar l-aħjar użu tal-art in kwistjoni u fl-istess ħin jiġi eliminat xi inkonvenjent li qed jinħoloq peress li din l-art hija vakanti.
Leg 9 PQ #36812 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Klandestini — Numru ta' tfal

Question

Kemm hemm tfal tal-klandestini li bħalissa qed jinżammu hawn Malta? X'inhuma l-etajiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fost il-persuni li qed jinżammu mill-Awtoritajiet tas-Sigurta` minħabba li daħlu Malta llegalment hemm 137 li huma tfal. L-iżgħar fosthom hija tarbija ta` ftit ġimgħat, filwaqt li l-akbar hija ta` 16-il sena.
Leg 9 PQ #37380 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Skejjel — Inkonvenjenzi għan-nies

Question

Jista' il-Ministru jara li l-pulizija tibda tagħmel ir-ronda speċjalment bejn is-siegħa u s-sagħtejn ta' wara nofs in-nhar fil-ġranet ta' l-iskola minħabba storbju, tipjip u affarijiet oħra li qed idejqu lin-nies li joqogħdu fl-appartamenti ħdejn żewġ skejjel - waħda tal-knisja u l-oħra indipendenti, li isimhom qed jingħata separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-viċinanzi ta` l-iskejjel imsemmija ikun hemm il-Pulizija fil-ħinijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Jekk jagħtina iktar dettalji nkun nista` nivverifika ulterjorment.
Leg 9 PQ #37450 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati traffic accidents fil-junction li mit-Triq ta' Ħaż Żabbar tagħti għal Wied il-Għajn (fejn riċentement ġew installati traffic lights), xahar b'xahar matul din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm sitt inċidenti stradali irrapurtati lill-Pulizija li seħħew fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Dawn kienu tnejn fi Frar, tlieta f`Marzu u wieħed f`April.
Leg 9 PQ #37455 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Artijiet — Propjeta tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jispeċifika liema partijiet minn art, li pjanta tagħha qiegħed nibgħat separatament u li hija 'highlited' bil-kulur isfar, hija propjeta' tal-Gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond informazzjoni miġbura mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija kollha kemm hi tal-Gvern.
Leg 9 PQ #37343 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qrati — reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2002? Jista' jikklassifika r-reati u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika tal-Pulizija għax-xahar ta` Novembru, għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #37344 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twettaq serq matul Novembru 2002? Jista' jikklassifika s-serq u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika tal-Pulizija għax-xahar ta` Novembru, għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #37348 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Policy and Design Guidance 2000

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36947, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-Policy and Design Guidance 2000 paragrafu 1.7 Application of Floor Area Ratio fuq il-Mejda tal-Kamra.

Response (BORG, TONIO)

Qiegħed nissotometti kopja tal-Policy and Design Guidance 2000 paragrafu 1.7 Application of Floor Area Ratio. Ta` min ifakkar lill-Onor. Membru li din l-informazzjoni tinsab fuq il-website tal-MEPA li qegħda fuq l-internet, liema sistema l-Onor. Membru għandu aċċess għaliha.
Leg 9 PQ #37355 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Korp tal-Pulizija — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime membri tal-Korp tal-Pulizija f'Novembru 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta` overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija f`Novembru ta` din is-sena kien ta` Lm16,659.

Pulizija — Ronda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jinstab mezz li fi Triq San Tumas Floriana fejn l-iskola tal-gvern, tibda ssir ronda tal-Pulizija sabiex ma jibqgħux jinstabu siringi użati filgħodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija żiedet ir-ronda tagħha fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

Belt/Floriana — Propjeta privata

Question

Tista' titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista' tal-propjeta' privata reġistrata fil-Belt u fil-Floriana?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma jinżammux rekords separati ta` proprjeta` tal-Gvern u proprjeta` privata.

Joint Office — Ħwienet

Question

Meta se jinbiegħu l-ħwienet tal-Joint Office fil-Belt Valletta?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju Konġunt ma għandux skemi jew policies partikolari għal bejgħ ta` ħwienet fil-Belt Valletta. Meta ħanut ikun vojt jew inkella l-kerrej jitlob li jixtri l-ħanut minnu okkupat, id-Dipartiment jikkunsidra jekk joħroġx sejħa għall-offerti skond il-policy dwar proprjeta` tal-Gvern li mhix residenzjali.
Leg 9 PQ #37421 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva — Fond ta' persuna residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, okkupat minn persuna li preżentement huwa residenti fil-Faċilita' Korrettiva ittieħed lura mid-Dipartiemnt ta' l-Artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Mir-records tad-Dipartiment ma jirriżultax illi l-fond li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament kien xi darba mikri lil persuna indikata.
Leg 9 PQ #37426 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — Art

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk: a) hemmx xi applikazzjoni pendenti mad-dipartiment ta' l-artijiet, Estate Management jew il-Joint Office sabiex biċċa art li tgħati għal fuq Triq San Mikiel, fiż-Żurrieq tiġi mgħoddija lil soċjetajiet privati li isimhom qed jintbagħat separatament? b) jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li la d-Dipartiment tal-Artijiet u l-anqas dak tal-Estate Management ma rċieva talba għal xi art fiż-Żurrieq mill-persuni li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li għalkemm kien hemm talba għax-xiri ta` art tal-Gvern administrata mill-Uffiċċju Konġunt li tagħti għal fuq Triq San Mikiel fiż-Żurrieq l-applikazzjoni ma setgħetx tiġi kkunsidrata peress li l-art in kwistjoni hija riservata għal żvilupp mill-Awtorita` tad-Djar. L-applikant kien infurmat. Fil-frattemp, id-Dipartiment qed jara jekk l-Awtorita` għadhiex interessata f`din l-art.
Leg 9 PQ #36687 Sitting 826 2002-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Surġent Maġġur

Question

Issa li l-Ministru kkonferma li r-rank ta' surġent maġġur fil-korp tal-pulizija ma ġiex abolit, għaliex ilu snin sħaħ ma jiġi promoss xi ħadd għal dan ir-rank? Hemm ħsieb li fil-futur qarib isiru promozzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-promozzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija jsiru wara li jiġu valutati l-ħtiġijiet tal-Korp u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali.
Leg 9 PQ #36686 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — San Ġiljan - Triq il-Mensija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-persuni li isimhom qed jintbaghat separatament li tteħditilhom biċċa art taħt il-pont reġjonali biex issir triq ta' aċċess pubbliku għar-residenti li joqogħdu fi blokk ġdid fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qiegħed jiġbor ir-riċerki relevanti biex jiġi legalment stabbilit min huma s-sidien ta` l-art indikata biex ikun jista` jitħallas il-kumpens miftiehem.
Leg 9 PQ #37332 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Blata l-Bajda/Spencer — Xogħol ta' landscaping

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' landscaping li qiegħed isir madwar il-monument ta' Spencer Blata l-Bajda għandux bżonn permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar peress li jinvolvi bdil ta' siġar eżistenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għal dak it-tip ta` xogħol li qiegħed isir madwar il-monument ta` 'Spencer' il-Blata l-Bajda, mhux meħtieġ permess minn naħa tal-MEPA.
Leg 9 PQ #37202 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti u Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent kien hemm dawn iż-żidiet fin-numru ta` tariffi u fees amministrattivi. - Diviżjoni Reġistru ta` l-Artijiet u r-Reġistru Pubbliku Minħabba li ġew introdotti 7 servizzi ġodda skond l-Atti Legali 6 u 7 ta' l-2002 u 328 ta' l-2001 dawn jinvolvu tariffa kull waħda. Ma kienx hemm għoli fil-prezzijiet ta` servizzi li kienu diġa` jingħataw. - Awtorita` ta` Malta dwar l-Ippjanar u l-Ambjent Regolamenti ta` l-2002 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp (Ikklampjar u Tneħħija ta` Oġġetti użati għal żvilupp illegali). L-Awtorita` jew kuntrattur debitament awtorizzat minnha għal għanijiet speċifiċi ta` dawn ir-regolamenti jista` jneħħi, jaħżen u jagħmel minn kull oġġett li jkun qed jiġi wżat minn xi persuna biex iwettaq xi żvilupp illegali, jew xi oġġett li jkun fuq is-sit. Dawn ir-regolamenti jinkludu d-drittijiet rispettivi.