Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30363 Sitting 667 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 u 2001 l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kemm-il darba ordnat fish-farms eżistenti biex jieħdu azzjoni rimedjali biex jiżguraw li huma skond il-permessi ta' l-iżvilupp? X'azzjoni ttieħdet f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 u 2001, l-Awtorita` ħadet l-azzjoni kontra fishfarms illi ma obdewx il-kundizzjonijiet tal-permess tal-iżvilupp kif jidher hawn taħt:- L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet enforcement notice kontra fishfarm ili kabbar gaġġa mingħajr il-permess meħtieġ, u enforcement notice oħra talli rmiġġa gaġeġ mingħajr il-permess meħtieġ. Wara li nħareġ il-permess ittieħdu wkoll passi sabiex il-monitoraġġ ambjentali jitkompla b`mod li hu konformi mal-kundizzjonijet tal-permess. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet enforcement notice kontra fishfarm ieħor illi rmiġġa gaġeġ mingħajr il-permessi meħtieġa. L-istess fishfarm kellu landbase li kienet mibnija (u topera) mingħajr permess. Fuq insistenza ta` l-Awtorita`, din ġiet imwaqqa` volontarjament mill-applikant. Il-monitoraġġ ambjentali ta` dan il-fishfarm ma kienx qed isir iżda, fuq insistenza ta` l-Awtorita`, dan reġa` nbeda. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar wkoll irtirat garanzija bankarja ta` fishfarm li ma għamilx il-monitoraġġ ambjentali kif kien meħtieġ mill-kundizzjonijiet tal-permess. L-Awtorita` qiegħda taħdem flimkien mas-sidien ta` din il-fishfarm sabiex il-monitoraġġ jitkompla. L-Awtorita` ħadmet ukoll sabiex fishfarm ieħor jerġa` jibda il-monitoraġġ ambjentali, u sabiex jagħti l-landscaping plans meħtieġa għall-landbase tiegħu.
Leg 9 PQ #30324 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office

Question

Jista' Ministru jgħid b'referenza għad-domanda nru. 20990, jinforma l-kamra kemm kien hemm dħul minn bejgħ ta' proprjeta u fidi ta' ċens ġewwa l-joint office għas-snin 2000 u 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-dħul tal-Uffiċċju Konġunt minn bejgħ ta` proprjeta` u fidi ta` ċens fis-snin msemmija kien kif ġej:- Sena 2000 - Lm 900.716 Sena 2001* - Lm1,243.590 * Sa l-4 ta` Diċembru.
Leg 9 PQ #30354 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra topic paper li ppreparat l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar id-demografija?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tat-topic papers dwar id-demografija li ppreparat l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Aktar kopji ta` dawn it-topic papers jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #30355 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — National Aquaculture Policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar National Aquaculture Policy f'kollaborazzjoni ma' diversi dipartimenti u aġenziji?

Response (BORG, TONIO)

Ta` min jgħid illi dan huwa Pjan Nazzjonali u mhux Pjan ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar biss. L-Awtorita` qed tipprovdi l-koordinazzjoni minħabba l-esperjenza li għandha fit-tfassil ta` Pjanijiet u minħabba l-effett li din l-industrija jista` jkollha fuq użi oħra kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar. S`issa twaqqaf Steering Committee magħmul minn rappreżentanti tad-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura, id-Dipartiment tal-Protezzjoni tal-Ambjent, id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji, l-Malta Development Corporation, il-Malta Maritime Authority, u l-Malta Tourism Authority. Dan il-kumitat iltaqa` diversi drabi u ġew diskussi numru ta` issues li jikkonċernaw l-industrija kif ukoll l-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali tagħhom. Il-mira hija li jitfassal abbozz tal-Pjan sa` l-aħħar ta` Frar biex ikun jista` jiġi diskuss ma` l-entitajiet konċernati kollha u mal-pubbliku in ġenerali. Dawk konnessi ma` din l-industrija ser jiġu ikkonsultati waqt it-tfassil ta` dan l-abbozz.
Leg 9 PQ #30357 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tat-topic paper dwar trasport immħejjija mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30063.
Leg 9 PQ #30358 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tat-topic paper ippreparata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar social facilities?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30247.
Leg 9 PQ #30361 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista ta' dawk il-ħwienet kollha u l-businesses shops li huma liċenzjati għal ġeneru ta' negozju fil-lokalitajiet ta' Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi u Ħ'Attard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħwienet kollha u l-business shops li huma liċenzjati għal ġeneru ta` negozju fil-lokalitajiet ta` Ħaż Żebbuġ, is-Siġġiewi u Ħ`Attard huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30386 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar żvilupp til-barriera magħrufa tal-blu fil-by pass tal-Mellieħa? Jista' l-Ministru jgħid wkoll jekk hemmx applikazzjonijiet għal zvilupp f'dan is-sit? Jekk iva, x'inhi t-tip ta' żvilupp?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra
Leg 9 PQ #30140 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30317 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lower St. Elmo

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda nru. 15283 jinforma l-kamra xogħol sar fuq Lower St. Elmo l-Belt u x'hemm pjanat għal futur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ftit taż-żmien ilu, sar xogħol ta` tindif f`Lower St. Elmo bl-għajnuna ta` diversi dipartimenti oħra tal-Gvern u għaqdiet volontarji. Ninsab infurmat ukoll li peress li l-pjanijiet għall-futur ta` din il-parti tal-Fortizza jiddependu fuq il-bini tal-propost villaġġ tal-Karnival, biex allura dan il-post ikun jista` jiġi vakant, mhux possibli li tingħata risposta minn issa għat-tieni parti tad-domanda ta` l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #30326 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjoni

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru 30202 jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' l-applikazzjoni li saret lill-Awtorita ta' l-Ippjanar dwar l-iżvilupp ta' Dock No 1? Minn min saret l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` l-applikazzjoni kienet PA 3428/2001 u l-applikant kien Mr John Cassar White, Chairman Malta Drydocks.
Leg 9 PQ #30333 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi Għall-ħwienet Kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 u 2001 kemm kien hemm każi fejn l-Awtorita ta' l-Ippjanar tat permessi għall-ftuħ ta' ħwienet kummerċjali u shopping complexes fis-Swieqi? F'kull każ x'kienet il-pożizzjoni tal-Kunsill Lokali fuq dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Fil-perijodu msemmi, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat 3 permessi għal ftuħ ta` ħwienet kummerċjali fis-Swieqi. Ma kienx hemm permessi għal shopping complexes. Ma jidhirlix li għandi ngħid x`ikunu l-oġġezzjonijiet għal iżvilupp, jekk ikun hemm, li jsiru minn terzi persuni.
Leg 9 PQ #30336 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Annual Report

Question

B'referenza għal dak li hemm fl-Annual Report għas-sena 2001 ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'paġna 14, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tar-rapport Leisure and Recreation?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Leisure and Recreation Report. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #30346 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Aptitude Test

Question

Jista' l-Ministru jgħid qiegħedx isir aptitude test qabel membri ġodda jiġu aċċettati fil-korp tal-pulizija? Jekk le hemmx il-ħsieb li jsir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan diġa` qed isir.
Leg 9 PQ #30281 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop tas-survey li għamlet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar soft areas fid-diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex, x'kien ir-riżultat ta' dan is-survey , x'rakkomandazzjonijiet saru u x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu dwar dawn ir-rakkmandazzjonijiet u minn min? Jista' l-Ministru jqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jipprovdi aktar informazzjoni dwar ir-rapport meħtieġ.
Leg 9 PQ #30284 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Sliema — Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-car park fi Qui-Si-Sana f'Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

L-offerti għall-proġett tal-car park f`Qui-Si-Sana f`Tas-Sliema għalqu fit-8 ta` Marzu 2001. Kien hemm żewġ offerti u l-ebda wieħed mill-proġetti proposti ma ġie aċċettat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Għalhekk, iż-żewġ offerti ġew irrifjutati. Hemm il-ħsieb li toħroġ sejħa oħra għall-offerti għal dan il-proġett fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #30286 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Sliema — Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-car park fl-area tal-Fortizza f'Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Ġew ippublikati żewġ sejħiet għall-offerti għal proġetti tal-car park fl-area tal-Fortizza f`Tas-Sliema u l-iżvilupp tac-Chalet. Dawn l-offerti għalqu fit-8 ta` Marzu 2001. L-offerta Avviż Nru. 202 kienet għal car park - u l-iżvilupp tac-Chalet, u l-offerta Avviż Nru. 204 kienet għal car park mingħajr l-iżvilupp tac-Chalet. L-offerta Avviż Nru. 202 li tinkludi l-iżvilupp tac-Chalet, kellha prijorita` fuq l-offerta Avviż Nru. 204, għar-raġuni li l-offerta għal car park mingħajr l-iżvilupp tac-Chalet saret biss fil-każ li ħadd ma jitħajjar jiżviluppa c-Chalet. Għal offerta Avviż Nru. 202 kien hemm erbgħa (4) offerti. Il-proġett ta` l-offerent li għamel l-għola offerta ġie aċċettat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ħlief għal xi varjazzjonijiet żgħar. Dawn il-varjazzjonijiet ġew diskussi ma` l-offerent u aċċettati minnu. Bħalissa l-offerta qiegħda tiġi kkunsidrata mill-Kumitat tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #30288 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Chalet — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' Chalet?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30286 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #30291 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Santa Venera — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-reat li sar f'Santa Venera fl-1999 u fl-2000 kien rrappurtati lill-pulizija, sena b'sena, u x'kienu dawn ir-reati?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23987.
Leg 9 PQ #30293 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

San Ġiljan — Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ingħata l-kuntratt għall-bini u l-immaniġġjar tal-car park f'Pander Place, San Ġiljan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-art fejn sar il-car park f`Pander Place, San Ġiljan tappartjeni lill-kumpanija Malta Government Investment Limited u l-offerti biex isir il-car park u jiġi operat sar minn din il-kumpanija.