Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għalliema ta' Technical Design

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-istudenti tat-tieni sena fil-Junior Lyceum ta' Santa Tereza għadhomx mingħajr għalliem/a tat-Technical Design? Jekk għadhom hekk, għaliex u meta se jingħataw għalliem/a?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ntbagħat għalliem għat-Technical Design fil-Junior Lyceum ta' Santa Tereza.

MCAST — Żgħażagħ diżabbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-aħħar tliet snin, sena b'sena, kien hemm żgħażagħ diżabbli li applikaw jew urew ix-xewqa li jattendu kors fl-MCAST u ġew aċċettati? Jekk ma ġewx aċċettati, għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni diżabbli li qed jattendu xi kors fl-MCAST? Jista' jgħid f'liema istituti jattendu u liema kors qed jieħdu? Jista' jgħid kemm hemm studenti (abbli u diżabbli) b'kollox f'MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Birkirkara — Skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi rranġata u mmodernaizzata l-iskola Anthony Valletta, School C, Birkirkara?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Anthony Valletta 'C', Birkirkara, diġa' sar xogħol li jinkludi: Refurbishment ta' toilets Lift Installation Żebgħa fil-kumplament tal-klassijiet li ma kienux jintużaw. Xogħolijiet oħra għad iridu jiġu konsidrati.

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat il-pixxina nazzjonali bħala għotja mill-gvern f'din is-sena finanzjarja? Jista' jelenka kif intnefqet din is-somma s'issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena finanzjarja Ottubru 2006 – Settembru 2007, il-Pixxina Nazzjonali ġiet mogħtija s-somma ta' Lm 150,000. Skond l-management accounts li fil-prezent qed jiġu ‘audited’ din is-somma ġiet uzata għal:- Xiri ta’ fuel biex tiġi imsaħħna il-Main Pool - Lm 60,000 ( perjodu Settembru’06 / April - Gunju ‘07 Xiri ta’ kimika - Lm 9,000 l-istess perjodu Manutenzjoni rikkorenti - Lm 30,000 Dawl u Ilma - Lm 39,000 Telephones - Lm 2,000 Tindif - Lm 10,000 ( parti mill-kont).

Marsa — Ċentru sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-bini taċ-ċentru sportiv fil-Marsa? Meta hu mistenni li jkun lest? Meta beda dan il-proġett u x'xogħol sar fuqu matul din is-sena finanzjarja? Kemm fil-fatt intnefaq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xoghol fuq il-proġett taċ-Ċentru Sportiv tal-Marsa beda fl-2003. Il-KMS tul din is-sena ħareġ tender għax-xogħol ta’ kisi u tibjid fuq il-Car Park. Dan ix-xogħol ser jammonta għal Lm 23,896. Dan jitlesta fi żmien ftit xhur minn meta joħorġu l-approvazzjonijiet meħtieġa. La jiltesta dan ix-xogħol il-Car Park tkun tista' tintuza mill-Pubbliku.

Raħal Ġdid — Pace Grasso football ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid jgħaddi mill-ministeru tiegħu biex jinbeda l-proġett li suppost hemm għall-kumpless tad-djar? Għal kemm żmien ingħata dan il-ground biex isir logħob tal-MFA?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MFA — Għoli ta' prezzijiet

Question

Fid-dawl ta' l-istqarrija tal-Malta Football Association fejn minn meta tibda l-ewro f'Malta l-prezzijiet se jogħlew sostanzaljment, jista' l-Ministru jgħid jekk l-MFA talbitx jew ikkonsultatx ruħha mal-ministeru tiegħu u jekk il-ministeru aċċettax din iż-żieda fid-dħul mill-1 ta' Jannar u r-rounding up goff li se jsir minħabba l-ewro?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din mhix materja li tispetta lill-Ministeru tiegħi.

Precinct Officers — Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-vakanzi ta' Precinct Officers fid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni? Kemm hemm vacancies u minn liema skala jistgħu japplikaw għal dawn il-postijiet ġodda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull Kulleġġ ikollu Precincts Officer tiegħu. Dawn il-vakanzi ser joħorġu fil-futur qrib, izda qed isiru diskussjonijiet mal-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar l-iskala li minnha l-impjegati jkunu jistgħu japplikaw għal dawn il-vakanzi.

Skejjel ta' l-istat — Fitness centres

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra dan is-suġġeriment li wasalli minn kostitwenti tiegħi li l-iskejjel ta' l-istat jibdew ikunu attrezzati b'fitness centres (fejn ikun jippermetti l-ispazju fiżiku) u dawn imbagħad jibdew ikunu miftuħin għall-komunita' wara l-ħin ta' l-iskola, anke bi ħlas żgħir simboliku?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed nieħu nota tas-suġġeriment ta' l-Onor. Kollega.

Skejjel — EO's, Assistant Heads u Heads

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' EO's, Assistant Heads u Heads neqsin fl-iskejjel primarji u sekondarji llum il-ġurnata? Meta hemm ħsieb li jimtlew il-postijiet vakanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Qormi — Skola sekondarja

Question

Jikkonferma l-Ministru li fl-iskola sekondarja l-ġdida ġewwa Ħal Qormi l-istudenti għadhom mingħajr computers, b’mod speċjali l-istudenti tal-Form 4, kif ukoll mingħajr għalliem tal-computer studies wara li kien hemm persuna li telqet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm kompjuters u ilhom hemm mill-bidu net tas-sena. Informat ukoll li ttieħdu passi biex l-istudenti tal-Computer Studies ikunu jistgħu isegwu s-sillabu stabbilit fis-suġġett.

MCAST — Eżami

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li dawk l-istudenti li għamlu kors part-time fl-MCAST tad-2D Computer Aided Draughting & Design Auto CAD 2006/07 għadu ma sarx l-eżami online li kellu jsir? Meta huwa maħsub li jsir dan minħabba li qed iżomm milli l-istudenti jkomplu bil-kors li jmiss wara dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena l-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq hux se tagħlaq fix-xhur tax-xitwa? Minn meta sa meta? Kien hemm xi bookings minn barra għal dan iż-żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie wżat fuel biex tissaħħan il-vaska tal-pixxina nazzjonali minn Jannar sa l-20 ta' Ottubru? Min hu l-kuntrattur li jissuplixxi l-fuel? X'tip ta' fuel hu? Meta ngħata l-kuntratt? Kemm sewa l-fuel li ssuplixxa din is-sena? Kemm tħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fl-istaff tal-pixxina nazzjonali din is-sena? Jekk iva, jista' jagħti raġuni għaliex? Kemm hemm staff full-time u part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istaff tal-Pixxina Nazzjonali huma parti mill-workforce tal-KMS u b’hekk hemm flessibilita' ta’ fejn ikunu assenjati għall-ħidma tagħhom. Fil-prezent fil-Pixxina Nazzjonali hemm 8 ħaddiema tal-Gvern detailed mal-KMS u 9 ħaddiema impjegati direttament mal-KMS. Tul din is-sena kien hemm trasferiment ta’ zewġ ħaddiema. Clerk / Receptionist mill-Pixxina Nazzjonali għal Tal-Qroqq Fitness Centre. Miantenance Officer mill-Pixxina Nazzjonali għall-Kumpless Sportiv Kottonera.