Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3210 Sitting 78 2003-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet ta' l-'O' level

Question

Jista' il-Ministru jgħid mit-total ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet organizzati mill-Universita' ta' Londra f'livell ordinarju, kemm kienu mill-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u dawk indipendenti? Kemm kienu subien u kemm kienu bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #3211 Sitting 78 2003-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet fil-livell avanzat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Universita' ta' Londra toffrix eżamijiet fil-livell avanzat lil studenti Maltin? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji dwar in-numru ta' studenti, dwar is-suġġetti, eċċ.?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #3169 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti ta' l-MCAST li ħadmu matul is-sajf, l-ewwel qalulhom li se jitħallsu Lm36 f'Ottubru jew f'Novembru u issa ġew mgħarrfa li mhux se jitħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Għotjiet ta' Manteniment għall-istudenti huma speċifikati bil-liġi fl-Avviż Legali rilevanti u id-drittijet ta' l-istudenti huma ċari skond dawn ir-regolamenti. Informat li jirriżulta li s-sajf li għadda, numru ta' studenti ta' l-MCAST ħadmu għal xi ġimgħat. Iżda dan l-eżerċizzju ma kienx faċilitat mill-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti, kif ikun dak ta' l-istudenti universitarji, iżda mill-MCAST stess jien infurmat li bħalissa qed issir ħidma biex tinstab soluzzjoni għal din il-kwestjoni.
Leg 10 PQ #3171 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Instructors/għalliema

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2056 u cioe' kemm hemm għalliema jew instructors li għadhom mingħajr load ta' lezzjonijiet? Għaliex u fejn qegħdin? X'inhuma s-suġġetti li suppost jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandna xejn x'inżidu mat-tweġiba oriġinarjament mogħtija.
Leg 10 PQ #3200 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żjajjar fi ħwienet/canteens

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm saru żjajjar fi ħwienet/canteens fi skejjel ta' l-istat, indipendenti u dawk tal-knisja? F'liema skejjel saru?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li spezzjonijiet sanitarji fi ħwienet/tuck shops ta' skejjel mhumiex responsabbilta' diretta tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Spetturi sanitarji tad-Diviżjoni tas-Saħħa jieħdu ħsieb dawn iż-żjajjar.
Leg 10 PQ #3201 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bejgħ ta' junk food

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar bejgħ ta' junk food mill-ħwienet/canteens ta' l-iskejjel ta' l-istat f'din is-sena skolastika? Liema kienu dawn l-iskejjel u x'kien il-junk food? Kien hemm xi rapporti dwar skejjel indipendenti/tal-knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm l-ebda rapport dwar bejgħ ta' 'junk food' fl-iskejjel ta' l-Istat. Fi skola waħda bdiet tinbiegħ iċ-chips iżda ittieħdu l-passi u dan twaqqaf fil-pront. Informat ukoll li is-sezzjoni tan-Non State Schools tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma kellha l-ebda rapport ta' bejgħ ta' 'junk food' minn skejjel tal-Knisja jew Indipendenti.
Leg 10 PQ #3374 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Students maintenance grant

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti u ta' liema istituzzjonijiet se tkopri s-somma ta' Lm7 miljun ivvotati bħala students' maintenance grant f'vot 5364 fil-budget 2004?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti jingħataw kif provdut fl-Avviż Legali 165 ta' l-1999 lil studenti li jattendu fl-Universita' u f'istituzzjonijiet Post-Sekondarji skedati. F'Novembru li għadda kien hemm 5191 student universitarju intitolati għall-istipendju u 6442 oħra fil-livell Post-Sekondarju.
Leg 10 PQ #3392 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Training executives

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha training executives impjegati magħha l-ETC? Min huma? Xi kwalifiki għandhom separatament? X'inhuma r-responsabbiltajiet tagħhom? X'inhi l-iskala li tikkorrispondi mac-civil tas-salarji tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Fid-Diviżjoni tat-Taħriġ, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ timpjega 3 Senior Executives u 11 il-Executive. Il-kwalifiki li għandhom kif ukoll ir-responsabbilitajiet tagħhom qed jidhru hawn taħt: Il-kwalifiki ta’ 3 Senior Executives ivvarjaw minn Master Degree (MSc) Training and HRM, Diploma in Adult Education, Diploma in Personnel Management u Certificate in Training and Development. Ir-responsabbilitajiet ta dawn jinkludu: § L-amministrazzjoni ta’ apprendistati § Regulation 13 & 14 tal-Business Promotion Act § Trade testing ta’ apprendisti u kif ukoll ta’ dawk li jixtieq li l-ħiliet tagħhom jiġu rikkonoxxuti (Certificate of Competence). § Traineeship Scheme § INT Scheme (Ibda Negozju Tieg[ek) § Small Business Management Programmes § One Day Computer Courses. § L-amministrazzjoni ta’ trade u non-trade (office related) short courses § NIFTE (Night Institute for Further Technical Education). Is- salarju ta’ Senior Executives ivvarja bejn Lm 7,107 u Lm 7,507. Fl-istess diviżjoni, il-Korporazzjoni timpjega 11 Executive. Il-kwalifiki tal-5 training executives li qegħdin impjegati fis-sezzjoni ta’ apprendistat jinkludu fost oħrajn, Diploma in Management Studies, 1st Degree BA Youth and Community Studies, Diploma in Training & Development, Diploma in Sales Management and Marketing, Certificate in Training Practice, Diploma in Business Management/Administration, Journeyman’s Certificate, City and Guilds u Motor Vehicle Technician Part 3. Ir-responsabbilitajiet ta' dawn jinkludu: § L-amministrazzjoni ta’ Regulation 13 & 14 tal-Business Promotion Act § Monitoring ta’ dawk li qegħdin fl-iskema ta’ ETPS § Monitoring, placements u trade testing ta’ apprendisti. Il-Korporazzjoni timpjega 4 training executives fis-sezzjoni ta’ short courses, il-kwalifiki ta’ dawn jinkludu 1st Degree Theology & Human Studies, Diploma in Management Studies, Diploma in Industrial Electronics, Diploma in Public Administration, Journeyman’s Certificate u ċertifikati oħra. Ir-responsabbilitajiet ta’ dawn jinkludu: § L-organizzazzjoni ta’ programmi fis-snajja u oħrajn relatati ma’ xogħol klerikali, programmi f’ħiliet bażiċi, literacy, Information Technology (Computer), programmi fl-oqsma tal-caring u oħrajn. § L-organizzazzjoni ta’ programmi ta’ NIFTE (Night Institute for Further Technical Education) li jinkludu ħiliet tekniċi kif ukoll maniġerjali. Barra dawn il-Korporazzjoni timpjega 2 training executives li għandhom kwalifiki simili ta’ dawk imsemmija. Ir-responsabbilitajiet ta’ dawn inkludu fost oħrajn: § L-amministrazzjoni ta’ iskema ta’ INT (Ibda Negozju Tieg[ek) § L-amministrazzjoni ta’ Traineeship Schemes § L-organizzazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ dwar Small Business Management u kif ukoll responsabbli mill-organizzazzjoni ta’ One Day Computer Courses. Is-salarju ta’ Executives impjegati mall-Korporazzjoni ivvarja bejn Lm5,611 u Lm6,595.
Leg 10 PQ #3393 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

TAS/ESTS — Studenti fuq skemi ta' apprendistat

Question

Jista' il-Ministru jghid kemm hemm studenti li qegħdin fuq skemi ta' apprendistat fit-TAS u l-ESTS separatament? Kemm minn dawn gew megħjuna jinstabilhom sponsor mill-ETC stess u kemm minnhom ma nstabilhomx sponsorship? Kemm minn dawk li ma nstabilhomx sponsorship irnexxielhom isibuh waħedhom, u dawk li ma sabux sponsorship gew rifjutati li joqogħdu għall-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Sa l-aħħar ta’ Novembru ta’ l-2003 kien hemm 862 apprendist fl-iskema ta’ TAS u 867 apprendist fl-iskema ta’ l-ESTS. L-apprendisti mhux kollha jkunu eleġibbli għall-placement fl-istess żmien. Minn dawk in-numru ta’ apprendisti li preżentament huma eleġibbli għall-placement (sa’ l-aħar ta’ Novembru t-total ta’ dawn kien 934), 54 apprendist għad ma nstabilhomx placement. Il-placement huwa primarjament responsabbilita’ tal-Korporazzjoni izda li minn naħa tagħha ma sib l-ebda oġġezzjoni li l-apprendisti jieħdu din l-inizjattiva huma minn jeddhom. Għaldaqstant f’dawn iċ-ċirkostanzi ma tistax tgħid kemm jew min huma dawk l-apprendisti li sabu sponsorship weħidhom. Wieħed irrid jinnota li preżentament in-numru ta’ persuni li jistgħu jipparteċipaw f’dawn l-iskemi mhux marbut ma’ numru ta’ postijiet ta’ taħriġ/xogħol li huma disponibbli fis-suq tax-xogħol.
Leg 10 PQ #3307 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi tħejjijiet qed tagħmel l-Universita' biex fil-futur tkun tista' tospita studenti mill-bqija tad-dinja li se jkunu kisbu d-dritt u l-mezzi biex isegwu kors universitarju post-graduate fil-programm Erasmus Mundus?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita' ilha issegwi l-programm Erasmus Mundus fi ħdan l-Unjoni Ewropeja. Kienet infatti waħda mill-istituzzjonijiet li proponiet dan il-programm. Għal dan il-għan saru żewġ laqgħat ġewwa Brussel fit-13 ta' Novembru u oħra ser issir fil-11 u 12 ta' Diċembru 2003 biex jiġi stabbilit programm ta' azzzjonijiet li jridu jittieħdu mill-pajjiżi membri. L-Universita' ser tipparteċipa peress li hija msieħba fil-grupp Compostela, Utrecht u Santander u tista' tipprovdi 'joint master programme' taħt id-direzzjoni tal-Proċess ta' Bolonja.
Leg 10 PQ #3308 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Qasam edukattiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kollaborazzjoni ddiskuta l-ministeru fil-qasam edukattiv mad-delegazzjoni Kanadiża li kellna fostna dan l-aħħar immexxija mill-Onor. Paul Dubois?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'laqgħa nhar it-Tlieta 2 ta' Diċembru 2003 gewwa Kastilja is-Segretarju Permanenti u d-Direttur għall-Affarijiet Ewropej fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ressqu dawn is-suġġerimenti għall-attenzjoni tad-Delegazzjoni Kanadiża: Għajnuna fl-assessjar formattiv u fil-pedagoġija ta' l-edukazzjoni bikrija. L-integrazzjoni ta' tfal ta' ħaddiema emigranti. Taħriġ ta' għalliema fil-qasam ta' l-ICT (żvilupp ta' webpages u software interattiv). Żvilupp tat-tagħlim mill-bogħod (distance learning) liema korsijiet jistgħu ikunu 'housed' fl-MCAST. Għajnuna fil-qasam ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u r-riċerka. L-ETC, l-MCAST, l-MCST u l-Universita' jistgħu jibbenefikaw minn din l-għajnuna. Għajnuna fil-qasam tar-rikonoxximent tal-kwalifiki edukattivi. Sħubija għal studenti universitarji u żgħażagħ partikolarment fi żjajjar ta' skambji fi ħdan il-programm Erasmus ta' l-UE. Kuntatt fil-qasam tar-riċerka fil-programm FP6 ta' l-UE.
Leg 10 PQ #3078 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Nies jirreġistraw bħala part-timers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw bħala part-timers biss fil-31 ta' Ottubru ta' din is-sena? Kemm huma rġiel u kemm huma nisa? Kemm mit-total qed jagħmlu aktar minn xogħol part-time wieħed?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tirreġistra fuq ir-reġistru tagħha lil dawk li jfittxu xogħol full-time. Minkejja dan il-Korporazzjoni nidiet reġistru eletroniku għal min qed ifittex xogħol part-time fuq il-web-site tagħha, fejn il-persuna tista' tpoġġi C.V. tagħha. In-numru ta' nies li qegħdin fuq ir-reġistru eletroniku tal-Korporazzjoni sal-31 ta' Ottubru kien ta' 78 li jinqasam f'24 rġiel u 54 nisa. Hdax-il persuna kellha xogħol part-time wieħed filwaqt, li żewg persuni biss kellhom aktar minn xogħol part-time wiehed.
Leg 10 PQ #3079 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Persuni li għandhom impjieg full-time u anke part-time

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies li minbarra mpjieg full-time għandhom ukoll impjieg part-time? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Settembru 2003 in-numru ta' nies li minbarra mpjieg 'full time' kellhom ukoll impjieg 'part-time' kien 15,132; li minnhom 11,559 kienu irġiel u 3,573 kienu nisa. Il-figura ta' Settembru 2003 hija waħda proviżorja.
Leg 10 PQ #3080 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Persuni li jagħmlu xogħol part-time

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn dawk li għandhom xogħol part-time biss, kemm minnhom huma taħt il-25 sena? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Kemm minnhom huma taħt il-21 sena u kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Settembru 2003 ħaddiema jaħdmu xogħol 'part-time' biss, kien hemm 2,887 irgiel taht -il 25 sena u 3,584 nisa. Taħt -l 20 sena kien hemm 1,551 irgiel u 1,877 nisa. Il-figura ta' Settembru 2003 hija waħda proviżorja.
Leg 10 PQ #3303 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Nuqqas ta' imġieba minn studenta

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3191 u cioe' jistgħu jittieħdu passi biex l-istudenta - li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tingħata l-għajnuna meħtieġa għax qed tħarbat l-edukazzjoni tagħha u anke ta' sħabha bl-imġieba tagħha? Jista' il-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-għajnuna mogħtija u jekk din l-għajnuna għadhiex tingħata u kemm se ddum tingħata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifla msemmija li tbati minn EBD (Emotional Behaviour Disturbance)qed tingħata kull għajnuna possibli mill-istrutturi provduti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Mhux hekk biss imma l-problema qed tigi ttrattata fil-klassi waqt il-lezzjonijiet tal-PSD sabiex l-istudenti jkunu aktar konxji minnha u b'hekk il-kundizzjoni ma tkompliex tinfirex. Il-fejqan huwa proċess ta' bil-mod.
Leg 10 PQ #2971 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa fl-MCAST? Jista' jagħti din il-lista separatament għal kull kulleġġ jew istitut, kif ukoll jgħid x'inhu s-suġġett? X'qed isir sabiex jimtlew dawn il-vakanzi? X'inhuma d-diffikultajiet sabiex jimtlew dawn il-postijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2817, informat li il-Kulleġġ joħroġ sejħiet pubbliċi meta dan ikun jeħtieġ. Id-diffikultajiet li wieħed jiltaqa' magħhom meta jsir ir-reklutaġġ ta' għalliema għall-kulleġġ vokazzjonali huma relatati ma' dewmien minħabba in-notice period, riżenji, dewmien fir-release mid-Dipartimenti tal-Gvern, il-kultura ġdida tax-xogħol fl-MCAST (sigħat itwal u vaganzi mnaqqsa) u l-faċilita' li wieħed jerġa' lura mal-Gvern jekk qabel kien impjegat tas-servizz pubbliku.
Leg 10 PQ #2973 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema s'issa minn dawk li għamlu l-interviews ftit qabel bdiet is-sena skolastika wara li ggradwaw mill-Universita'? Kemm għad fadal gradwati li għadhom fuq il-waiting list?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' għalliema li ġew impjegati li għamlu l-interviews ftit qabel bdiet is-sena skolastika kienu:- Primarja - 54 Sekondarja - 56. In-numru ta' għalliema li fadal gradwati li għadhom fuq il-waiting list huma:- Primarja - 77 Sekondarja - 62.
Leg 10 PQ #3291 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2815 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Contributions to Government Entities — Vot 18

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk taħt il-voti Contributions to Government Entities Vot 18, dak li kien ivvutat għal din is-sena ġiex mogħti lill-fodazzjonijiet konċernati skond kif kien ivvutat fil-budget għal din is-sena? Jekk le, kien hemm xi tnaqqis jew żidiet fl-estimi? Jekk iva, kemm kienu separatament għal kull fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta jingħalqu u jiġu verifikati l-kontijiet konċernati.
Leg 10 PQ #2816 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-edukazzjoni — Vot III Capital

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s’issa mill-Vot III Capital għal din is-sena separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta jingħalqu u jiġu verifikati il-kontijiet konċernati.