Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-pajjiż biex jiġi organizzat iċ-CHOGM is-sena l-oħra, fejn intnefqu u kemm ġie rekuperat?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għar-rapport awdidjat tad-dħul u nfiq b`konnessjoni maċ-ĊHOGM li l-Onorevoli Prim Ministru poġġa fuq il-mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 20 ta` Marzu 2006.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn Maltin f'ħabsijiet barra minn Malta llum u fejn?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Hemm erbgħatax (14) il-persuna ta` nazzjonalita maltija li jinsabu arrestati barra minn Malta u li nafu bihom (x`uħud jistgħu jagħżlu li ma jinformawniex jew li ma jitolbux assistenza tal-Gvern Malti).
Dawn jinsabu arrestati fil-pajjiżi li ġejjin:
Franza - 2
Turkija - 1
Awstralja - 1
Italja - 6
Spanja - 1
Olanda - 1
Svizzera - 1
Renju Unit - 1
Erbgħa minn dawn il-persuni għandhom jinħelsu matul din is-sena għax ikunu skontaw is-sentenza. Żewġ persuni oħra wkoll jistgħu jinħelsu qabel iż-żmien matul din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena, l-ispiża tas-safar tal-Ministeru u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi laħqet is-somma ta` Lm 157,045.23. Parti minn din is-somma hija safar għar-rigward ta` xogħol ta` l-UE fi Brussels. L-ispejjeż ta` żjajjar f`każijiet bħal dawn huma rikoverabbli mill-UE.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn ambaxxaturi għal Malta ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea residenti f'Malta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom Ambaxxaturi residenti f'Malta huma:
1. Italja
2. Franza
3. Ġermanja
4. Awstrija
5. Belġju
6. Olanda
7. Spanja*
8. Portugal
9. Greċja
10. Renju Unit
* Tippreżenta l-kredenzjali fil-25 ta' Mejju 2006.
Barra minn dawn l-Irlanda wkoll għandha Ambaxxata f'Malta iżda l-Ambaxxatur huwa residenti f'Ruma.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tiltaqa' il-mixed commission bejn Malta u l-Libja din is-sena?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f`Jannar li għadda Malta u l-Libja qablu li għandha ssir l-24 laqgħa tal-Kummissjoni fil-Libja. Dati konvenjenti għaż-żewġ naħat għad iridu jiġu maqbula.
Dwar ir-Report and Income and Expenditure Statement taċ-CHOGM, jista' il-Ministru jagħti dawn id-dettalji:
X'wassal biex minn nefqa totali ta' Lm2.559m, 'il fuq minn Lm900,000 intnefqu fuq il-Media centre? Jista' jgħid jekk għandux breakdown dettaljat?
Jista' jagħti breakdown ta' l-infiq ta' Lm0.25 miljun fuq security?
Liema kienu dawk l-aġenziji tar-reklamar li fuqhom intnefaq Lm94,000 f'advertising?
Kemm kien it-total ta' capital expenditure fuq security u kemm minn dawn l-items ġew retained for use by government departments?
Dwar contingencies, x'kien l-ammont u min kienu s-suppliers li kellhom suppliers claims disputed by the CHOGM task force which have not been included in the income and expenditure statement?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Gvern ħass li kellhom jiġu pprovduti faċilitajiet u teknoloġiji ta` l-ogħla livell possibbli biex il-mijiet ta` media personnel li ħadmu f`Malta waqt iċ-ĊHOGM setgħu tabilħaqq jiffunzjonaw tajjeb u allura, jwasslu isem Malta madwar id-dinja bl-aħjar mod possibbli. Ħafna mill-apparat meħtieġ għax-xandir internazzjonali kellu jinġieb minn barra peress li ma kienx disponibbli f`Malta. Il-figura ta` Lm709,000 tinkludi ukoll faċilitajiet li ntużaw f`CHOGM venues oħra u mhux biss xogħol li sar fil-Media Centre. Din il-figura tinkludi ukoll l-ispazju li kien meħtieġ biex jitwasslu filmati. Li jkollok Media Centre organiżżat kien neċessarju biex Malta tisfrutta l-okkażżjoni b`pubbliċita mad-dinja kollha live bis-satellita madwar id-dinja. Ta` min jgħid li s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth qiegħed on record jgħid li l-faċilitajiet tal-media f`Malta kienu l-aqwa kemm ilu jsir iċ-ĊHOGM.
Il-breakdown ta’ ‘l fuq minn Lm 900,000 li ntefqu fuq il-Media Centre taċ-CHOGM huwa kif ġej:
Xandir (apparat,spazju tas-satelliti,
project management,
konsulenzi)
Lm 709,000
Turnkey tal-post sa` livelli ta` furnishings
136,000
Kiri tal-post minn Eden Entertainment
58,000
Ħlas ta’ kontijiet ta’ dawl u ilma etc lill Eden Leisure
7,000
Total
Lm 910,000
Il-breakdown ta’ nfiq ta’ Lm0.25 miljun fuq security huwa kif ġej:
Apparat għall-Pulizija, l-Armata u Protezzjoni Ċivili
Lm 214,663
Refurbishment ta’ l-arrival lounge fl-Malta International Airport
7,500
Servizz ta’ Wardens
6,707
Installar ta’ rifletturi biex jinxtgħelu partijiet ta’sigurta`
4,039
Uniformijiet
811
Spejjeż oħra
576
Total
Lm 250,554
Il-figura ta’ kważi Lm 94,000 fuq advertising hija maqsuma kif ġej:
Air Malta
Biljetti ta’ l-ajru mogħtija bħala sponsorship
Lm 35,000
Allied Newspapers Ltd
Avviżi fil-gazzetti
6,433
Box Design
Disin ta’ banner u bus shelter
590
Casapinta Design Group
Logo fuq id-dħul tal-Media Centre
1,180
DJ Burgess Ltd
Kompetizzjoni tal-logo
2,000
Godwin Joseph Borg
Artwork għal logo
18
Lombard Bank
Sponsorship ta’ logos
1,000
Mark Scicluna
Stationary, logo u disin ta’ avviżi
554
Media Link Communications
Avviżi fil-gazetti
492
Public Broadcasting Services Ltd
Faċilitajiet ta’ xandir,personnel u apparat
38,940
RGB TV Production Ltd
Xogħol awdjoviżiv għax-xandir
5,339
Standard Publications Ltd
Avviżi fil-gazzetti
1,720
Union Press Co Ltd
Avviżi fil-gazzetti
409
Total
Lm 93,675
Mill-ispiża totali fuq security, ‘l fuq minn Lm 214,000 kienu ħlasijiet għal apparat lill-Forzi Armati, Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn kollha ġew miżmuma mill-entijiet msemmija.
Kien hemm żewġ disputed claims, waħda minn numru ta’ lukandi u l-oħra mill-Enemalta.
Fil-każ tal-lukandi dawn għamlu talbiet ta’ ħlas ta’ kiri ta’ kmamar għal xi delegati li iżda ma ġewx użati. It-Task Force minn naħa tagħha żammet il-pożizzjoni li skond il-kuntratt iffirmat kollettivament ma` dawn il-lukandi, l-obbligazzjoni tagħha kienet li tiggarantixxi numru ta' room nights kolletivament u mhux ta’ kmamar individwalment għal kull lukanda. It-Task Force talbet lill-dawn il-lukandi sabiex jgħaddulha ir-rooming print outs ta’ Novembru 2005 biex ikun magħruf eżattament jekk it-target ta’ room nights intlaħaqx jew le. It-Task Force qiegħda f'korrispondenza ma' l-MHRA li tirripreżenta lil dawn il-lukandi iżda l-informazzjoni li talbet għadha ma waslitx. Il-figura eżatta, jekk ikun il-każ li se jsir ħlas, għad trid tkun determinata wara li jispiċċa dan l-eżerċizzju.
Fil-każ ta' l-Enemalta dawn talbu ħlas mit-Task Force għal overtime fil-jiem taċ-CHOGM ta’ nies tagħha li għamlu stand by duties f’postijiet strateġiċi. It-Task Force hi tal-fehma li dan ix-xogħol kien dover ta' l-Enemalta li kien parti mir-responsabilitajiet tagħha f’okkażżjoni ta' mportanza nazzjonali. L-ammont hu ta’ Lm 7,965.
Kif se tintgħażel id-delgazzjoni kummerċjali li se takkumpanja lill-Ministru fiċ-Ċina għal mixed commission meeting li jmiss?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Id-Delegazzjoni Kummerċjali ma "tintgħażilx"! L-Onorevoli Interpellant jaf li kull meta jiena mexxejt delegazzjonijiet kummerċjali barra minn Malta , saru talbiet permezz ta` riklami fil-gazzetti biex is-settur privat u enti tal-gvern jipparteċipaw f` dawn id-delegazzjonijiet. Dan qatt ma sar qabel.
Kemm il-proċedura ta` l-għażla kif ukoll il-kunċett ta` delegazzjonijiet kummerċjali bħala parti minn żjajjar Ministerjali twaqqfu minni bħala Ministru ta` l-Affarijiet Barranin.
Il-Kamra tal-Kummerċ diġa` tinsab infurmata bil-pjan tal-Ministeru għall-promozzjoni tal-kummerċ għat-tmintax - il xahar li jmiss. Dan sar f`laqgħa apposta li l-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin kellu mall-uffiċjali tal-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ.
Bi ħsiebni nuża l-istess proċedura għad-delegazzjoni Kummerċjali fiċ-Ċina.
Jista' il-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar pożizzjoni tal-Gvern Malti fi ħdan l-Unjoni Ewropea dwar il-World Trade Organisation Doha Round of Trade Talks?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Naħseb li jkun f`postu li jsir aġġornament sħiħ fil-kumitat tal-Kamra dwar il-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin u Ewropej. Ser nagħmel talks mal-President tal-Kumitat biex dan isir.
Sadanittant tajjeb li ngħid li Malta, flimkien mal-Membri l-oħra ta` l-Unjoni Ewropea, qed tkompli ssostni wkoll li dawn n-negozjati jintemmu din is-sena b`konklużżjonijiet bilanċjati. Wara l-iżviluppi ta` dawn l-aħħar xhur, u speċjalment wara l-aħħar ta` April 2006, dawn in-negozjati daħlu f`fażi ntensiva. Malta qed tkompli ssegwi mill-qrib id-diskussjonijiet u n-negozjati li qegħdin isiru kuljum kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ.
Jista' il-Ministru jgħid x'kuntatti diplomatiċi kellha Malta ma' l-Iran f'dawn l-aħħar xhur? X'kienu s-suġġetti diskussi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
F'April li għadda diplomatiku mill-Ambaxxata ta' l-Iran f'Pariġi talab li jiltaqa' ma' l-Ambaxxatur Malti f'Pariġi biex jispjega l-pożizzjoni ta' l-Iran dwar il-programm nuklejari ta' dak il-pajjiż. Din il-laqgħa saret u d-diplomatiċi Maltin semgħu l-pożizzjoni ta' l-Iran dwar din il-materja.
Minħabba l-kriżi ta' l-Iran, saru xi rappreżentazzjonijiet lill-Gvern Malti minn gvernijiet barranin dwar l-użu li l-Iranian Shipping Line qed tagħmel mill-freeport ta' Malta, u jekk iva, minn liema gvernijiet sar dan?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ebda Gvern barrani ma għamel rappreżentazzjonijiet formali mal-Gvern Malti dwar l-Iranian Shipping Line (IRISL), imma din il-materja ssemmiet waqt xi laqgħat ma' uffiċċjali minn pajjiż barrani.
It-tweġiba li ngħatat kienet li l-użu tal-Freeport mill-Iranian Shipping Line hija attivita` kummerċjali eżatt bħal dik ta` kumpaniji oħra simili, u l-awtoritajiet Maltin huma mpenjati li jiġġieldu kull xorta ta` abbuż mill-ġarr ta` merkanzija, rrispettivament mill-linja li tkun ġarret din il-merkanzija. Fil-Freeport hija operata wkoll s-sistema VACIS.
Jista' il-Ministru jgħid xi żjarat kellu barra minn Malta f'April u Mejju u f'dawn iż-żjarat ma' min iltqajt?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-diversi stqarrijiet li diġa` ħarġu fil-pubbliku u li fihom l-informazzjoni mitluba. L-istqarrijiet kollha maħruġa mill-Ministeru qegħdin fuq il-website www.mfa.gov.mt u www.doi.gov.mt.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala ministru u s-second car humiex government owned jew mikrija? F'każ li mikrija, kemm hu l-ammont inkluż il-VAT li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' government owned cars, jista' jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul is-snin 2004/2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għal użu tiegħu temporanjament, fil-każ li fl-affermattiv, kemm inkriet kuljum?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-karozza uffiċjali tiegħi hija leased u s-second car hija propjeta` tal-Ministeru. Il-kirja tiswa Lm10,767.50 fis-sena, inkluż il-VAT u b`coverage ta` kull bżonn ta` maintenance u servicing. Fil-każ tas-second car il-maintenance għas-sena 2004 kien ta` Lm528.84 u għas-sena 2005 kien ta` Lm1,379.28.
Matul l-2004/2005 mankriet l-ebda karozza għal użu temporanju tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' private staff li hemm mal-ministeru? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kermm huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhuma s-salarju, allowance u benefiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minn dawn huma mid-distrett elettorali tiegħu u jagħti lista ta' l-ismijiet, bl-indirizzi u n-numru ta' l-identita' tagħhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` private staff mal-Ministeru tiegħi huwa ta` 19. Dawn ġew impjegati skond il-proċeduri stabbiliti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 il-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru? X'kienet ir-raġuni, kemm ħadu flus/ingħataw flus għal kull safra? Jikkonferma jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Minħabba li fin-natura tiegħu il-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin jinvolvi ħafna safar, ma jagħmilx sens li tinġabar din l-informazzjoni. Ħlief għas-safar indikat fit-tabella mehmuża, li kien safar approvat fuq xogħol tal-Gvern, il-private staff siefer biss biex jakkumpanja lili f`ħidma tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Melita cable? Min huma? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru tiegħi hemm 4 sevizzi tal-Melita Cable użati minn impjegati fid-dekasteru tiegħi. Dawn huma fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fl-uffiċċju tad-Direttur Servizzi Korporattivi u fl-uffiċċju ta` l-ex direttur tal-affarijiet ewropej. Hemm servizz ieħor fl-uffiċċju tal Forum Malta fl-Ewropa .
L-ispiża kienet ta` Lm 781.35 fl-2004 u ta` Lm 1003,71 fl-2005
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenzi tagħhom "minbarra dak ipprovdut mill-MITTS" imħallas minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, min approva s-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut is-servizz u min hu l-ISP?
Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li fid-dekasteru tiegħu inħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għal kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari? F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' il-Ministru jgħid min huma dawn l-uffiċjali, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fil-Ministeru tiegħi il-karigi mtlew wara call for applications skond il-proċeduri meħtieġa.Kien hemm każ wieħed biss fejn Direttur li kien diġa fil-kariga ġie appuntat lateralment f`kariga oħra ta` Direttur. Dan kien id-Direttur għar-Relazzjonijiet Multilaterali li issa nħatar Direttur għall-Affarijiet Ġenerali u Kummerċ Internazzjonali għal bqija tal-perjodu kuntratturali li kellu. Dan sar minħabba ristrutturar tal-Ministeru u kif deċiż mis-Senior Advisory Committee tal-Uffiċju tal-Prim Mnistru.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' koperazzjoni li ġie miftiehem dan l-aħħar mas-Sawdi Għarabja?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' koperazzjoni li ġie ffirmat fit-23 ta' April 2006 f'Riyadh bejn Malta u s-Sawdi Għarabja.
Dan il-ftehim jipprovdi struttura għall-promozzjoni tal-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi u huwa l-bazi neċessarja għal kull ftehim ieħor fil-futur.
Il-ftehim ikopri is-setturi ta' l-ekonomija, tal-kummerċ, ta' l-investiment, tax-xjenza u t-teknoloġija, tal-kultura, taż-żagħżagħ u ta' l-isport. Iż-żewġ pajjiżi qed jintrabtu li jinkoraġġixxu l-espansjoni u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ, inklużi "joint ventures", li jiffaċilitaw l-investiment reċiproku u li jiggarantixxu t-trasferiment ħieles tal-kapital bjen iż-żewġ naħat.
Il-ftehim jipprovdi wkoll għall-koperazzjoni, għall-iskambju ta' l-informazzjoni u għall-viżti t' uffiċċjali, riċerkaturi, esperti u tekniċi fil-kamp ta' l-edukazzjoni, xjenza u teknoloġija, kultura, żagħżagħ u sport.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-aktar issues bilaterali pendenti bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk tal-Federazzjoni Russa? Meta ġew diskussi l-aħħar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
"Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-issues bilaterali ewlenin bejn Malta u l-Federazzjoni Russa huma kif ġej:
- Ftehim dwar il-Ħarsien minn Taxxa Doppja
- Dejn pendenti mill-parti Russa
- Bini Diplomatiku
Dawn l-issues jiġu diskussi b`mod regolari kull meta jkun hemm kuntatti bejn iż-żewġ pajjiżi. L-aħħar kuntatt ta` dan it-tip sar f`Mejju 2006.
Apparti minn laqgħat li jista' ikollha maħsuba l-Unjoni Ewropea mal-Gulf Coperation Council, il-
Gvern Malti kellu xi kuntatti mal-GCC dan l-aħħar, u jekk iva dwar xiex?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadni kif għamilt żjara uffiċjali ġewwa Riyadh fejn kelli laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tas-Sawja Arabja fejn ġew diskussi kwistjonijiet li jolqtu il-GCC. Illum stess qed nattendi fi Brussels.Iltqajt ukoll ma` l-Emirati (DTA) fejn iddiskutejna l-GCC u l-EU.