Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri jew ħaddiema tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li għandhom is-servizz ta' mobile? Min huma dawn il-ħaddiema u xi grad għandhom? Jista' jgħid f'kull każ kemm ġew il-kontijiet tagħhom f'dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-ħaddiema tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li għandhom is-servizz ta' mobile phone huma id-Direttur Eżekuttiv, l-erba’ Arts Executives u persuna oħra li hija responsabbli minn nies tas-sezzjoni tal-ħaddiema f’ Ħal Luqa.
Il-kontijiet ta’ l-erba’
mobile phones
li huma b’kuntratt huma kif ġej:
Xahar Spiża globali
Ottubru Lm 632.25
Novembru Lm 479.92
Dicembru Lm 258.79
Jannar Lm 457.25
Frar Lm 571.18
Marzu Lm 590.33
Il-nefqa globali ta’ żewġ
mobiles
li huma
prepaid
hija ta’ Lm105.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu dejn il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti minħabba li matul is-sena finanzjarja li għaddiet, jiġifieri għas-sena 2006 nefaq aktar flus milli kellu allokati fl-estimi? Jista' jgħid ukoll matul din is-sena kemm għandu flus allokati għall-attivitajiet u kemm ġew minfuqa s'issa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 inxtraw tlett mobile phones ġodda fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu. Il-prezzijiet rispettivi u għal min kienu huwa kif ġej:
Office Co-Ordinator Lm65;
CEO Heritage Malta Lm100;
Chairman Fondazzjoni Ċentru għall- Kreattivita' ta' San Ġakbu Lm60.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi n-nefqa globali tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, dekasteru u l-entitajiet kollha li jaqqhu taħtu fuq telefonati minn linji fissi matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta' Lm27,450.01.
Fl-inħawi ta' Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar u x-Xemxija, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm:
1) lukandi ta' kategoriji differenti;
2) guest houses;
3) tourist villages;
4) ristoranti;
5) bars;
6) ċentri ta' għaddasa;
7) operaturi turistiċi oħra liċenzjati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24853.
Jista' l-Ministru jagħti statistika dettaljata dwar x'lukandi qed joperaw f'Għawdex, x'kategorija huma u kemm għandhom sodod? X'akkomodazzjoni self-catering teżisti f'Għawdex bħal: 1) vilel; 2) farmhouses u 3) appartamenti u kemm hemm sodod f'kull wieħed minn dawn it-tliet setturi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2007 sal-lum, x'passi ttieħdu kontra timeshare touts li għadhom jaggredixxu u jdejqu lit-turisti b'mod aggressiv fi Triq it-Turisti u Triq it-Tamal f'Buġibba?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-lum, ittieħdu passi kontra ħames promoturi tat-timeshare magħrufa aħjar bħala OPCs (Outside Promotional Contacts). Ittieħdu l-miżuri sabiex jiġu mmultati globalment Lm 2,200. Il-multi li ġew imposti fuqhom u fuq il-kumpanija li timpjegom kienu hekk:
· Żewg multi ta’ Lm200 kull waħda talli ħbew id-dokument li jidentifikhom bhala OPC u li jrid ikun eżibit seww;
· Żewg multi ta’Lm200 kull waħda talli tlajjaw quddiem ħanut kummerċjali;
· Multa ta’Lm200 talli kkomunika mat-turisti minn ġol-vettura tiegħu;
· Multa ta’Lm200 talli bagħbas id-dokument li jidentifikah bhala OPC u
· Multa ta’ Lm1000 talli kien aggressiv mat-turisti.
Fl-istess perijodu saru disa u sebgħin
check
fuq OPCs f’Buġibba u l-Qawra kif wkoll lokalitajiet oħra fejn it-
timeshare
jiġi rriklamat,.
Sa l-aħħar tas-sena 2006 min mindu ħarġu r-regolamenti f’Mejju 2006 li jistipulaw diversi miżuri sabiex imġieba hażina tal-OPC tkun ikkontrollata, ttieħdu passi kemm bi twissijiet u multi għal valur ta’ Lm 5,300 kontra ħmistax-il OPC.
Sabiex l-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti jkun aktar effettiv, f’nofs April ta’ din is-sena ġew impjegati żewġ spetturi b’kuntratt definit li xogħolhom primarjament hu s-sorveljanza kontinwa tal-OPC f’inħawi msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-sitt proġetti ta' tisbiħ li ġew proposti bħala parti mit-titjib tal-prodott turistiku? Min huma l-periti nkarigati minn dawn il-proġetti, kif intgħażlu u kemm tħallsu professional fees s'issa fuq kull proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi s-sitt proġetti ta’ tisbieh proposti bħala parti mit-titjib tal-prodott turistiku huma dawn:
· Id-diżinn mill-gdid ta’ Pjazza Sant’ Anna f’ Marsaskala
· Ġnien Belvedere f’Pembroke viċin tliet lukandi ewlenin
· Faċilita edukattiva, ġnien u
promenade
fil-Qawra
· Tisbiħ tat-triq tul il-baħar f’San Pawl il-Baħar
· L-iżvilupp tal- bajja Ix-Xtajta tal-Qawra f’San Pawl il-Baħar
· It-titjieb tal-bajja f’Fond Għadir f’ Tas-Sliema.
F’Diċembru ta’ l-2006, l-MTA ħarġet sejħa għal servizzi ta’ konsulenza ta’ arkitettura. Minn dawk li wrew interess, l-MTA għazlet erba’ kumpaniji biex jaħdmu fuq dawn il-proġetti wara evalwazzjoni ta’ kriterji relevanti. Dawn kienu Bezzina & Cole, Alfred Grech & Associates, Grech, Cassar & Ebejer Partners u Edward Bencini & Associates. L-MTA iddeċidiet ukoll li l-kumpaniji l-oħra li wrew interess u ma ntagħżlux jinżammu bħala
pool
li minnhom tkun tistgħa tagħżel biex jitqabbdu fuq proġetti oħra li l-MTA jkollha fil-futur.
Fil-każ tar-raba’ proġett li jidher fil-lista hawn fuq, irrid ngħid li l-perit kien ġie magħzul mill- Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar peress li dan hu progett li ġie moghti lill-MTA mill-Kunsill Lokali biex eventwalment l-Awtorita' tikkonsidrah għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali.
S’issa għadu ħadd ma tħallas għal dan ix-xogħol.
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Lista ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u entioħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-2005 u l-2006 kienu kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn it-tabelli ma jinkludux l-aġenziji użati barra minn Malta għall-promozzjoni tat-turiżmu lejn pajjiżna.
Ministru għat-Turiżmu u Kultura — Delegazzjonijiet ministerjali
Question
Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi kien hemm vjaġġ wieħed li jammonta għal Lm592, taxxi nklużi, li nqata' mingħand Amphora Travel wara li nġiebu żewġ kwotazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' dawn l-operaturi turistiċi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija:
lukandi (ammont ta' sodod, kategorija b'kategorija)
ristoranti
bars
appartamenti self catering
servizz ta' karozzi tal-kiri
sea sports
skejjel ta' l-Ingliż
ċentri ta' għaddasa
operaturi oħra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward ta' l-informazzjoni mitluba fuq servizzi ta' karozzi tal-kiri, sea sports u skejjel ta' l-Ingliż ninforma lill-Onor. interpellant li dawn il-liċenzji jinġabru minn Awtoritajiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 2006 sal-lum x'tip ta' kampanji pubbliċitarji u promozzjonali saru u x'fondi nefqet fuqhom l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu f'dawn il-pajjiżi:
Renju Unit
Ġermanja
Franza
Olanda
Skandinavja
Spanja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma nħossx li għandha tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi mill-kontijiet tal-mobiles tas-sena 2007 li s'issa rċieva il-Ministeru għat Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu, kien hemm uffiċjal wieħed li qabeż il-kwota.
L-uffiċjal konċernat ta spjegazzjoni u raġunijiet validi meta ġie avżat f'dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li studenti li qed jagħmlu d-diploma in Masonry Heritage Skills fl-MCAST meta jispiċċaw dan il-kors hemmx il-possibilita` li dawn jiġu mpjegati ma’ Heritage Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi kemm is-sena li għaddiet kif ukoll din is-sena Heritage Malta sponsorjat numru ta' apprentisti minn fost l-istudenti li jkunu qed isegwu l-kors tal-MCAST imsemmi mill-Onor interpellant.
Heritage Malta diġa mpjegat persuni li segwew dan il-kors u kemm-il darba tinħass il-ħtieġa bażata fuq ix-xogħol u r-riżorsi għad-diżpożizzjoni ta' din l-aġenzija, Heritage Malta lesta wkoll li żżid l-impjegati f'dan is-settur.
Fl-aħħar ħames snin, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bottle shops li qabel kienu liċenzjati mid-dipartiment tal-kummerċ u li mbagħad bdew ikunu liċenzjati mill-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? X'rekwiżiti jkollu stabbiliment biex jagħmel trasferiment bħal dan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ħames snin l-Awtorita' tat-Turiżmu ma kella ebsa liċenzja ta' bottle shop peres li din il-kategorija ma teżistix. L-eqreb kategorija ta' liċenzja hi li tbiegħ xorb alkoħoliku li jrid jiġi kkunsmat fil-ħanut. Dawn it-tip ta' liċenzji li kienu joħorġu mill-Kummissarju tal-Pulizija u mhux mid-Dipartiment tal-Kummerċ, għaddew għand l-Awtorita' tat-Turiżmu fis-sena 2002.
Sabiex persuna tkun tista' topera ħanut fejn jiġi kkunsmat xorb alkoħoliku, l-Awtorita' titlob li ssir applikazzjoni ġdida ma l-istess Awtorita'.
Billi ninsab informat li hemm żewġ ħaddiema biss li qed jagħmlu xogħol ta' ġardinar ma' Heritage Malta, jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga għaliex dawn għadhom ma tpoġġewx fil-grad ta' ġardinar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-persuni involuti qed jagħmlu xogħol ta' qtugħ ta' ħaxix u mhux ta ġardinar. Il-qtugħ ta' ħaxix jagħmel parti mid-dmirijiet ta' general hand u mhux ta' ġardinar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?
Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?
Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Bordijiet/Kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.