Torri l-Aħmar – tindif u ġbir ta’ skart madwar iż-żona
Question
Jista' l-Ministru jara li l-ammont ta' skart li hemm fiż-żona ta' madwar it-Torri l-Aħmar jinġabar u ż-żona titnaddaf?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed issir ir-riċerka neċessarja mad-Dipartiment konċernat, sabiex jigi stabbilit jekk l-art hix proprjetà pubblika jew inkella privata.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm xi forma ta' permess mill-awtoritajiet biex jintrema skart f’barriera fl-akkwati tat-Torri l-Abjad (l-Armier) fl-aħħar ġimgħat?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li mistennija jsiru jew jinbnew mill-ġdid fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar matul is-sena 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kwalunkwe xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Transport Malta – Enforcement Department — manager
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki biex persuna tilħaq fil-pożizzjoni ta' Manager bi grad A fl-Enforcement Department fi ħdan Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika applikazzjoni ta’ Manager A fid-Direttorat ta’ l-Enforcement li nħarġet mill-Awtorita, kienet dik ta’ Manager Enforcement & Security Operations.
Il-kwalifiki u r-rekwiżiti essenzjali mitlubin għal din is-sejħa kienu:
· Esperjenza ppruvata ta’ mill-anqas sentejn fl-oqsma ta’ infurzar fuq l-art kif ukoll fis-sigurta’;
· Tkun ilek fil-pussess ta’ liċenzja valida ta’ Uffiċjal tas-Sigurta’ għal mill-anqas ħames snin;
· Ikollok ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni sew verbali u sew bil-kitba;
· Ikollok ħiliet eċċellenti fl-immaniġġjar tan-nies;
· Ikun organizzat ħafna, razzjonali u kapaċi li jieħu deċizjonijiet;
· Ikun kapaċi jwettaq ħidmiet fil-limitu ta’ ħinjiet speċifikati u taħt pressjoni;
· Ikollok ħiliet tajbin ħafna biex issolvi problemi.
Transport Malta – premises ġodda – kuntratt tal-kiri
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kiri tal-premises il-ġodda li qegħda topera minnhom Transport Malta taħt l-A3 Towers fil-Marsa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt jinkludi informazzjoni ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma jistax jiġi ppublikat.
Marsa — A3 Towers – uffiċini – ilmenti mill-ħaddiema
Question
Jaf il-Ministru li impjegati li bdew jużaw l-uffiċini li jinsabu fl-A3 Towers tal-Marsa qed jagħmlu diversi lmenti li l-uffiċini fejn jaħdmu huma neqsin mid-dawl u l-arja naturali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilmenti li kien hemm ġew kollha indirizzati u fil-preżent miniex infurmat li kien hemm xi ilmenti ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċini li għandha Transport Malta fl-A3 Towers li jinsabu taħt l-art mingħajr dawl u arja naturali, jikkonsidrahomx bħala komdi u adekwati biex jaħdmu n-nies ġo fihom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-uffiċini huma ġodda u l-ħaddiema, fil-maġġoranza tagħhom, urew li huma iktar kuntenti wara li ċċaqalqu minn binja mhux adekwata kif ukoll perikoluża minħabba li kienu esposti għal soqfa magħmulin mill-asbestos u kkundannati.
Transport Malta – uffiċini fl-A3 Towers f’Raħal il-Ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rilokati ħaddiema ta’ Transport Malta fl-uffiċini l-ġodda li għandha ġewwa l-A3 Towers f’Raħal Ġdid sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Ta' liema Dipartimenti jappartjenu dawn il-ħaddiema? F'liema livell jinsab kull dipartiment? Kemm qiegħed f’fond kull livell li qed jospita kull dipartiment, jekk hux taħt il-livell tat-triq u/jew mal-livell tat-triq u/jew ‘l fuq mil-livell tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-uffiċini l-ġodda ġew rilokati l-ħaddiema tal-Land Transport Directorate, Traffic Management, Enforcement u ICT. Nofs il-ħaddiema tal-LTD, l-istaff tat-TMRSD, l-Enforcement u ICT qegħdin joperaw minn Level 0 u l-kumplament tal- istaff tal-LTD qed jaħdmu minn Level 1.
B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24217, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux kull uffiċċju ta' Transport Malta li jinsab fl-A3 Towers fil-Marsa għandu twieqi li jagħtu għat-triq? Jekk fin-negattiv, jaħseb li dawn l-uffiċini huma adekwati biex fihom jaħdmu n-nies għal 8 sigħat sħaħ kuljum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini ġew mibnija skont il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet konċernati. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini minn fejn kienu jaħdmu l-ħaddiema qabel kienu kkundannati u b’detriment għas-saħħa u sigurta’ ta’ l-istess impjegati.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward talba ta’ reserved parking?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni B’Disabilita’ ltaqa’ l-Ġimgha 27 ta’ Jannar 2017 u l-applikant ser jirċievi d-deċiżjoni tal-Bord bil-posta fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tieħu passi sabiex f’Triq l-Indipendenza l-Mosta, għall-fini ta’ sigurtà għar-residenti, tkun installata speed camera sabiex it-traffiku jimxi b’aktar sens ta’ sigurtà?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba għal Speed Camera trid tiġi sottomessa lill-LESA skont il-proċeduri normali.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni Transport Malta għamlet reserved parking f’żona riservata għall-bus stop fil-Pjazza tal-Mosta eżatt fil-bidu ta’ Triq il-Kostituzzjoni ma’ Triq il-Kbira fin-naħa fejn jieqfu l-karozzi tal-linja li jkunu sejrin lejn San Pawl il-Baħar, Mellieħa eċċ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reserved parking li qed jiġi riferit għalih sar għal persuna b’diżabilta' bi problemi kbar ta' mobilita’. Din il-persuna għandha ukoll il-blue badge. Din ir- reserved bay ġiet imneħħija minħabba li kien hemm oġġezzjoni għax hemm Bus Stop, u sakemm jinstab post aktar adegwat il- persuna ingħatat reserved bay fil- parking area ħdejn il-knisja Tal-Mosta sakemm tiġi ri-evalwata minħabba li l-kobor eżistenti tal- bus stop kien biex jakkomoda il-bendy buses li issa m’ għadhomx joperaw.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Għassa tal-Pulizija fil-Mosta jkollha l-faċċata tagħha fuq barra tal-binja taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta imbajda, sabiex ikollha dehra isbaħ?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Mosta – Triq Salvu Aquilina – tindif ta’ open space
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-open space f’tarf Triq Salvu Aquilina ħdejn proprjetà nru 1 Triq Salvu Aquilina, Mosta tkun imnaddfa mill-ħaddiema tal-Cleansing Directorate sabiex l-ilma tax-xita ma jibqax jagħmel ħsara lill-ġirien ta’ dan l-open space u lanqas jibqa’ jinġabar f’din it-triq u joħloq problemi akbar lir-residenti oħra fl-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed issir riċerka jekk l-art imsemmija hux waħda tal-Gvern jew inkella art privata.
Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Karozzi wżati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi li qed jintużaw għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea humiex kollha bin-number plate li tibda bil-Y? Dan ix-xogħol ingħata wara call of tender? Jekk iva, min rebaħ it-tender? F’każ li hemm iżjed minn garaxx wieħed li rebaħ it-tender, jista’ jgħid l-ismijiet tal-garaxxijiet kollha?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jsiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex issir zebra crossing fi Triq il-Ħelsien ġewwa Ħal Qormi, fil-parti mmarkata fuq il-pjanta li qed tingħata separatament, peress li din it-triq hija ferm traffikuża u qiegħda tkun ta' periklu kontinwu għal min ikun irid jaqsam min-naħa għall-oħra tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din it-talba ma tistax tigi approvata għaliex hemm pelican lights 50metru ‘l bogħod kif ukoll bus stop fil-post fejn qegħda ssir din it-talba.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Segretarjat Privat – Safar
Question
Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ29674 6FEB PAPERS LAID (2) 2017.xlsx
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11859, jista’ l-Ministru jgħid min huwa s-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk din il-kumpanija għandhiex jew tagħmilx parti minn kumpanija oħra b’isem differenti? Min hu l-benefiċjarju ta' dawn il-kumpaniji? X' konnesjoni għandu s-sid/benefiċjarju ta' dawn il-kumpaniji maċ-Chairman ta' Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’ inżid mal-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11859.
Transport Malta – Dipartiment tar-Riżorsi Umani – kummissjoni tal-Grievances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta dawk kollha konċernati ġew avżati mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan Transport Malta bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni tal-Grievances? Jista’ jikkonferma li l-każijiet kollha ġew konklużi u jekk saritx ġustizzja ma’ dawk kollha li kellhom ilment quddiem din il-Kummissjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittri lill-appellanti nħarġu fil-11 ta’ Mejju 2015. Il-Każijiet kollha ġew konklużi, barra 29 każ li l-Kummissjoni irrakkomandat li għandu jsirilhom job evaluation. L-Awtorita’ mxiet skont ir-rakkomandazzjoniet tal-Kummissjoni.