Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa — Il-Kortin - sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu matul dan l-aħħar xahar biex id-djar kollha fil-Kortin tal-Mellieħa jitqabbdu mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4125. Jiena nfurmat li qed isir studju biex tittieħed id-deċiżjoni dwar is-soluzzjoni għal din il-problema kif diġa kien indikat f'dik it-tweġiba.

Enemalta — Impjegata li ntemmilha l-impjieg tagħha

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-impjegata li isimha qed jintbagħat separatament, tkeċċiet minn mal-korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-persuna li kien qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru kienet terminata mill-impjieg wara li l-persuna attendiet Bord Mediku w ġiet terminata fuq raġunijiet ta' saħħa. Din il-proċedura tiġi applikata f'każi simili.

Baħrija l/o Rabat — Sistema ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-Baħrija l/o Rabat m'għandhomx sistema ta' drenaġġ kompluta sew? Jista' jara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet li ilhom jiġu mwiegħda s-snin lil din il-komunita'? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 15452 u 21025, il-gvern tenna li ix-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Baħrija ma kienx ser jibda qabel is-sena 2005. Din il-pożizzjoni kienet u għada tieħu inkonsiderazzjoni proġetti oħra relatati mas-sistema tad-drenaġġ li huma meqjusa ta' prijorita' akbar u għaldaqstant se jsiru qabel. Dan fid-dawl tal-fatt li x-xogħol li jrid isir fil-Baħrija huwa wieħed estensiv u ser jaqdi popolazzjoni relattivament żgħira.

Mellieħa — Il-Kortin - Tbattil ta' fosos

Question

Jista' il-Ministru jgħid fix-xhur ta' Jannar u Frar (s'issa), kemm-il darba mar il-bowser ibattal il-fosos tad-djar fl-inħawi tal-Kortin fil-Mellieħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li min din is-sena sal-25 ta' Frar, il-bowser mar darbtejn ibattal il-fosos fl-inħawi tal-Kortin fil-Mellieħa. B'kollox hemm tlett residenzi li jitolbu biex jitbatlulhom il-fosos. Jekk hemm xi individwi li għandhom bżonn jitbatlilhom il-fossa dawn għandhom jikkuntatjaw lill-Customer Care tal-Korporazzjoni biex tittieħed azzjoni immedjata.

Mellieħa — Il-Kortin - Tbattil ta' fosos

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta tħallas l-aħħar darbtejn il-kuntrattur tal-bowser li jbattal il-fosos tal-Kortin fil-Mellieħa u d-dewmien li jipprovdi s-servizz hux marbut mal-fatt li jdum ix-xhur ma jitħallas għas-servizz li joffri?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ewwel pagament minn W.S.C. sar fis-26 ta' Frar 2004 li kien jkopri minn Ottubru sa Diċembru 2003 fil-waqt li l-pagament ta' qabel sar mill-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastuttura f'Diċembru 2003, li kien jkopri minn Mejju sa Settembru 2003.

Każ dwar servizz ta' dawl

Question

Jista' il-Ministru jispjega kif persuna li m'għandha l-ebda titolu fuq razzett setgħet tapplika u tingħata s-servizz tad-dawl u kif meta l-persuna li lilha jgħajjat l-istess razzett talbet li jitwaqqaf dan is-servizz, dan ma sarx? Id-dettalji qed jingħataw separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

L-Enemalta mhix obbligata tkun taf min hu s-sid tal-post li dwaru jintalab is-servizz tad-dawl, iżda li tagħti s-servizz lill-konsumatur meta jiotlbu. F'dan il-każ, l-inkwilin l-antik applika biex jitneħħa s-servizz ta' l-elettriku, fil-waqt li l-inkwilin il-ġdid, dak li bħalissa qed jokkupa l-post, talab għas-servizz tad-dawl. F'dan ir-rigward, iktar milli jitneħħa s-servizz (l-meter) u jerġa' jitwaħħal, il-meter eżistenti jiġi reġistrat fuq l-inkwilin il-ġdid.

MIA — Airline capacity field

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-airline capacity field mal-MIA pajjiż pajjiż, għall-perijodu April-Ottubru 2004 b'paragun ma' l-istess perijodu s-sena l-oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jifhem li l-MIA ma hiex dipartiment tal-Gvern izda kumpanija kkowotata fuq l-iStock Exchange. Konsegwentament, din it-tip ta' informazzjoni hi minn-natura tagħha privata u mhux kompitu li tiġi mistħarġa min dan il-Parlament.

Interprint Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet il-kumpannija Interprint? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-snin 1980, 1990, 2000 u 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Interprint twaqqfet fl-14 t'Ottubru ta' l-1975. In-numru ta' ħaddiema fis-snin li talab l-Onorevoli Interpellant kien kif ġej - 1980 178 1990 93 2000 51 2003 51

Bormla — Triq Daħlet it-Tlett Ibliet - Bozoz

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jerġgħu jibdew jixgħelu l-bozoz fi Triq Daħlet it-Tlett Ibliet, f'Bormla, peress li dawn ilhom mitfija x-xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni tal-bozoz fit-Triq imsemija hija responsabilita' tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant nitolbok tirreferi l-mistoqsija l-Ministru konċernat.

Manikata — Problema tad-drenaġġ

Question

Jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex jinstab jekk il-problema tad-drenaġġ fil-Manikata hix maħluqa wkoll minn persuni li jrabbu l-majjali u li xi drabi jarmu l-ħmieġ tagħhom fis-sistema tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li għalkemm l-użanza li semma l-Onor. Interpellant spiss tikkawża problemi fis-sistema tad-drenaġġ, tkun fejn tkun, il-problema tad-drenaġġ fil-Manikat, hi riżultat ta' l-istat ħażin tal-mejn. Fil-fatt, bħala miżura temporanja biex tittaffa l-problema aktar minn 200m ta' dan il-mejn ser jinbidlu fi żmien qasir. Eventwalment trid tinbidel is-sistema kollha.

Għawdex — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu għall-qtugħ tad-dawl f'Għawdex nhar il-Ħadd, 25 ta' Jannar 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-provista ta' l-elettriku f'Għawdex fil-25/01/2004 inqatgħet minħabba ħsara fuq il-linja tat-33KV li twassal l-elettriku mill-Mellieħa Distribution Centre għal Vendome Distribution Centre.

Għawdex — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex id-dawl dam iżjed minn sagħtejn biex jiġi lura f'Għawdex wara li nqata' għal xis-6.00 p.m. nhar il-Ħadd 25 ta' Jannar 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li biex terġa lura l-provista ta' l-elettriku f'Għawdex kien hemm bżonn li jsir xogħol fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ġewwa Vendoma Malta. Għalhekk kien hemm bżonn ċerta ammont ta' ħin biex isir ix-xogħol meħtieġ kemm min-naħa ta' Malta kif ukoll min-naħa ta' Għawdex.

Malta — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema inħawi ta' Malta inqata' d-dawl nhar il-Ħadd 25 ta' Jannar, 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li apparti l-informazzjoni li ngħatat fir-risposta għall-interpellanza nru. 4348, il-provista ta' l-elettriku fil-25.01.2004 inqatgħet primarjament f'Għawdex, fiċ-Ċirkewwa Reverse Osmosis u Marfa Pumping Station f'Malta.

Information society in the EU — Stqarrija tal-Kummissarju tal-UE

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-Gvern Malti għall-istqarrija tal-kummissarju tal-Unjoni Ewropea responsabbli għall-informatika Liikanen meta qal: "The information society in the EU had started to take root but it now needed to shift up a gear in order to drive further growth"?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti jaqbel li s-soċjeta' ta' l-informazzjoni fl-Ewropa qabdet sew iżda issa hemm il-bżonn li ngħaddu għat-tieni fażi fejn l-użu tat-teknoloġija jkun is-sors tat-tkabbir ekonomiku u titjib fil-kwalita' tal-ħajja. Il-politika elettronika tal-Gvern Malti dejjem kienet ibbażata fuq il-premessa li l-użu tat-teknoloġija għandu jiżdied mhux għal fini tat-teknoloġija innifisha imma għax dan l-użu jgħin biex il-Maltin itejbu l-livell ta' l-għixien tagħhom fil-waqt li l-produttivita' tas-settur privat tiżdied b'riżultat li jkun hemm effett pożittiv fuq il-prodott gross domestiku.

E-business

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar l-e-business mill-aħħar stqarrija tal-ministru fejn wera ruħu diżappuntat bil-progress li l-e-business kien għamel f'pajjiżna sa dakinhar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn stħarriġ li sar dan l-aħħar mill-NSO jidher li l-użu ta' l-ebusiness f'pajjiżna qed jiżdied. Madanakollu għad baqa' ħafna xi jsir u l-Gvern bi ħsiebu jniedi numru ta' inizzjattivi biex iħeġġeġ l-użu ta' l-ebusiness f'Malta.

Għaqdiet ta' persuni bi bżonnijiet speċjali — Talbiet għall-aċċess ta' l-informatika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi talbiet pendenti għall-access aħjar tal-informatika mill-għaqdiet ta' dawk bi bżonnijiet speċjali u b'xi forma ta' diżabilita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Settur privat/soċjeta' ċivili — Sistema ta' l-informatika

Question

Il-gvern huwa sodisfatt bil-livell ta' koperazzjoni li jeżisti f'pajjiżna fl-informatika bejn is-settur privat u s-soċjeta' ċivili?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi ilu għal dawn l-aħħar tliet snin iħaddan politika ta' konsultazzjoni u sinerġija li permezz tagħha jġib flimkien lil diversi entitajiet fil-Gvern, is-settur privat u s-soċjeta' ċivili. L-akbar pass f'dan ir-rigward kien it-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali Konsultattiv dwar is-Soċjeta' ta' l-Informazzjoni li qiegħed iservi bħala katalista għal din il-koperazzjoni.

Kummissjoni Ewropea — Public hearing

Question

Il-gvern jaqbel ma' l-osservazzjoni li saret waqt public hearing organizzata mill-kummissjoni Ewropea fejn intqal li: " E-Europe seems to be currently too supply-oriented, it needs greater focus on adoption of ICT by users and stronger links to EU sector policies "?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-pjan ta' azzjoni eEurope hemm bilanċ tajjeb bejn l-oġġettivi li jimmiraw lejn id-disponibbilta' tat-teknoloġija w'oġġettivi oħra li jimmiraw biex joħolqu domanda għall-istess teknoloġija. It-tkabbir fl-użu tat-teknoloġija fost iċ-ċittadini Ewropej kien wieħed mill-oġġettivi ewlenin tal-pjanijiet ta' azzjoni ta' qabel l-eEurope 2005, jiġifieri l-eEurope 2002 u l-eEurope+. Il-pjan ta' azzjoni eEurope 2005 jibni fuq dak li sar taħt l-eEurope 2002 u l-eEurope+ 2003, u jimmira li jkabbar l-użu tat-teknoloġija f'diversi setturi ta' l-ekonomija għalkemm xorta jagħti importanza lill-problema tal-firda diġitali.