Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37294 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Uffiċini ġodda

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37153 u cioe' jgħid x'kienet l-ispiża involuta biex saru uffiċini ġodda u strutturi ġodda fil-Maltapost? Ħarġu tenders għal dan ix-xogħol speċjalment in konnessjoni ma xogħol ta' aluminium? Jekk fl-affermattiv, x'kienu u lil min ġew ġġudikati? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onrevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-azjenda li l-istess informazzjoni issir ppubblika.
Leg 9 PQ #37295 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 37152 u cioe' jgħid kemm għandha karozzi l-Maltapost għall-management tal-kumpannija, x'tip ta' karozzi huma, b'kemm u meta nxtraw u x'inhi l-average daily running cost expenses tagħhom, inkluż kemm jintefaq bħala fuel consumption?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-Onorevoli Membru qed jitlob informazzjoni ta' natura kummerċjali, ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-istess Maltapost li tali nformazzjoni tixxandar.
Leg 9 PQ #37296 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Loading Bay

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37151 u cioe' jgħid xi spiża ntefqet biex saret ir-rampa l-ġdida (loading bay) fil-Maltapost, kemm ilha li saret u jekk hux minnu li din se terġa' tinqala' u ssir mill-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li jkun fl-interess tal-Maltapost li nippubblika l-informazzjoni mitluba minħabba li hija ta' natura kummerċjali.
Leg 9 PQ #37335 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Dawl baxx ħafna.

Question

Jista' il-Ministru jindaga x'inhi r-raġuni li l-okkupant fi Flat 2, Belveder, Triq Sant Anna, Tarxien qiegħed ibati regolarment minn dawl baxx ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37189 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-btieħi li hemm wara d-djar li jinsabu fi Triq Philip Pullicino, Mtarfa, li huwa passaġġ pubbliku li jiġi wara d-djar tan-nies, għadu sallum bla dawl għalkemm diġa` tlestew l-installazjonijiet tad-dawl ma l-art stess? Jarax l-Ministru li dan jimmerita attenzjoni speċjalment meta riċenti l-pulizija kienu qed ifittxu xi żgħażagħ fl-area li kienu qed jużaw il-post għal vizzju tad-droga.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-dawl li qed issir riferenza għalih ma huwiex fir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta. Meta l-Korporazzjoni tirċievi l-applikazzjoni relattiva, is-servizz meħtieġ jingħata.
Leg 9 PQ #37191 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex bozza fit-triq li qedha titgħattha b'siġra fl-Imtarfa faċċata tan-numru 46, Triq l-Imtarfa, Mtarfa, titneħħa u titpoġġa fejn tista' tagħti d-dawl jew inkella, tiġi miżbura s-siġra li dejjem qed tagħti l-bozza.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni, jirriżulta li hemm bżonn li jinżabru s-siġar li hemm fil-post. Id-dipartiment ta' l-Agrikoltura ġie nfurmat b'dan.
Leg 9 PQ #37192 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Użu ta' l-Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx xi forma ta' statistika dwar gender digital divide, partikolarment biex ikun stabbilit: 1. jekk hawnx aktar irġiel minn nisa li jużaw l-internet f'Malta? 2. jekk in-numru ta' nisa li huma computer illiterate huwiex ogħla minn dak ta' l-irġiel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li f'Lulju li għadda l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika nieda ICT Survey fost elf u ħames mitt household. Bħalissa t-tweġibiet qed ikunu ivverifikati u huwa ttamat li r-riżultati ta' dan is-survey jitħabbru fil-futur mhux il-bogħod.
Leg 9 PQ #37212 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Kappella tal-Kunċizzjoni/trinka

Question

Jista' il-Ministru jara li t-trinka li saret sabiex jgħaddu l-cables fejn il-kappella tal-Kunċizzjoni i/o Rabat, tingħalaq peress li għalkemm ilha li saret aktar minn sena ma sar l-ebda xogħol ieħor u qiegħda toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti ta' dawn l-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jindika x'tip ta' cables qed jirreferi għalihom sabiex it-talba tkun tista' tiġi ndirizzata lill-azjenda relattiva.
Leg 9 PQ #37214 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — Xogħol imwettaq

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'referenza għax-xogħol li wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul dawn l-aħħar tnax il-xahar. X'tul sar ta' main renewals? X'tul sar ta' extensions? Kemm ingħataw servizzi ġodda?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37234 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li numru ta' street lamps f'Ħaż-Żebbuġ approvati mill-ministeru għadhom ma ġewx implimentati? 1) Triq Andre Borg 2) Triq Mikelang Sapiano 3) Triq Vincenzo Adrario 4) Triq Lucas Garnier 5) Triq 12 ta' Mejju 6) Triq Andrea Bogdan 7) Triq il-Perit 8) N/S in Triq l-Isqof Caruana Meta hemm il-ħsieb li dawn l-istreet lamps jitwaħħlu u jixgħelu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-lampa fi Triq il-Perit ġiet installata u dawk fit-Toroq Andre' Borg u Mekelanġ Sapiano ser jitwaħħlu fil-ġranet li ġejjin. Fir-rigward tat-talbiet l-oħra, ninsab infurmat li x-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #37235 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Provvista ta' elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li applikazzjoni Nru. 1481/02 għal provvista ta' elettriku f'dar privata mal-Korporazzjoni Enemalta għadha ma ġietx milqugħa? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dan is-servizz jingħata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru hija waħda mill-applikazzjonijiet li hemm pendenti u li qed tiġi pproċessata flimkien ma' oħrajn simili.
Leg 9 PQ #37238 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Servizz ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti mal-Korporazzjoni Enemalta għal servizz domestiku ta' provvista ta' dawl fi djar privati madwar Malta kollha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal servizz domestiku fil-gżejjer Maltin huwa ta' erba' mija u tlieta u erbgħin.
Leg 9 PQ #37239 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Films f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien jisimhom il-films li nħadmu f'Malta u min kienu l-producers tagħhom sena b'sena mill-1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37244 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Karozzi Ġodda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 37125, jista' l-Ministru jgħati d-dettalji mitluba fir-rigward tal-Ministeru u s-segretarjat parlamentari li jaqgħu taħtu kif ukoll tac-chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs ma inxtrawx karozzi ġodda sabiex jintużaw mill-Personnel tas-Segretarjat Privat tiegħi jew dawk tas-Segretarjat Privat taż-żewġ Segretarji Parlamentari. L-informazzjoni mitluba fil-konfront ta' Diretturi ta' Dipartimenti u Chairman ta' azjendi li jagħmlu parti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi hija kif ġej: Toyota Corolla mixtrija Lm5,800 użatha mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Politika Ekonomika. Toyota Corolla mixtrija Lm5,820 użatha mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Kummerċ. Ford Focus mixtrija Lm4,860 użatha mid-Direttur tad-Direttorat għas-Servizzi tal-Kummerċ. Ford Focus mixtrija Lm7,020 użatha mid-Direttur tal-Policy & Regulatory Services Directorate. Toyota Corolla mixtrija Lm8,500 użatha mill-Kap Eżekuttiv ta' l-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards. Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Standardizzazzjoni) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards. Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Oġġetti għall-Konsum u għall-Industrija) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards. Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Oġġetti ta' l-Ikel, Kimiċi u Kosmetiċi) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards. Citroen Picasso mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Metroloġija) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards. Honda Accord mixtrija Lm6,910 użatha mis-Segretarju Permanenti. Ford Focus mixtrija Lm4,963 użatha mid-Direttur tar-Review fil-Ministeru. Hyundai Accent mixtrija Lm5,782 użatha miċ-Chairperson ta' l-Awtorita' Maltija ta' l-Istatistika. Ford Focus mixtrija Lm4,860 użatha mid-Direttur (Operations) fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni. Volkswagon Bora mixtrija Lm9,000 użatha miċ-Chairman ta' l-IPSE.
Leg 9 PQ #37247 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Investiment

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost dwar investiment li minn Lm204.000 għandu jaqbeż il-Lm1 miljun? Minn fejn huwa maħsub li ġejjin il-flus biex issir tali żieda fl-investiment mill-kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed tintalab hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess kummerċjali ta' l-azjenda li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #37248 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Reinstatement fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar il-ħaddiema tal-Maltapost li għandhom jiġu reinstated fis-servizz pubbliku? B'liema kondizzjonijiet in konnessjoni ma salarji għandu jsir dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin negozjati bejn il-Gvern, il-Maltapost u l-Union dwar din il-materja u għaldaqstant għadu prematur biex jingħataw dettalji.
Leg 9 PQ #37252 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li jinstabu b'kuntratt mal-Maltapost fid-dawl tat-tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema tal-kumpannija proġettat? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm minn dawn u kemm minnhom jinsabu fil-management level?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37254 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Ħaddiema

Question

In konnessjoni mat-tnaqqis maħsub fil-work force tal-Maltapost b'madwar 266 impjegat, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost jekk dan l-iskop ma jintlaħaqx b'mod konsenswali mal-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li dwar din il-materja għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern, il-Maltapost u l-Union, ma jkunx prudenti li wieħed jagħti dettalji.
Leg 9 PQ #37256 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Delivery hub

Question

In konnessjoni mal-Maltapost, jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż huwa maħsub li jkun hemm biex jinħolqu delivery hubs? Kemm hu maħsub li jkun in-numru tal-work force f'dawn id-delivery hubs?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onrevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-kumpanija li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #37257 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha konsulenti lokali u barranin il-Maltapost? X'inhu s-salarju ta' dawn it-tali u kwalunkwe benefiċċji oħrajn li jmorru mal-kariga?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onrevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-kumpanija li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.