Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gżira — Problema ta' għargħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex tiġi solvuta l-problema ta' flooding li hemm fil-Gżira?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru ħejja proġett biex jinbena ġibjun kbir fit-tarf ta’ Wied Għollieqa, jittawwal il-culvert eżistenti fi Triq Turu Rizzo u jittranġa l-ħrug ta’ l-ilma għall-baħar. Il-pjanti ta' dan il-proġett ġew sottomessi f'applikazzjoni lill-MEPA.

Rizorsi u Infrastruttura — Xiri ta' Stationery

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal stationerytal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li s-somma globali li ntefqet mid-dipartimenti, dekasteri, u l-enti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura fuq stationerymatul is-sena 2006 kienet ta’ Lm 37,652.14.

Riżorsi u Infrastruttura — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena hemmx xi ħsieb li jingħataw promotions fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, f'liema gradi se jingħataw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li bħal ma jsir kull sena, matul din is-sena wkoll ser joħorġu għadd ta’ sejħiet għall-promozzjonijiet f’dan il-Ministeru. Għada għaddejja korrispondenza mal-Management and Personnel Office dwar dan.

Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq kiri ta’ propjeta’ mid-dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kienet ta’ Lm 221,645.20.

Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-kiri ta’ xtieli u pjanti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura matul is-sena 2006 kienet ta’ Lm 236.

Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' għamara/pittura

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali li saret matul is-sena 2006 għall-kiri ta’ għamara/pittura mid-dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kienet ta’ Lm 30 u li din ġiet irkuprata.

Riżorsi u Infrastruttura — Ikliet/Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq ikliet/hospitalitygħad-dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura matul l-2006 kienet ta’ Lm 3,730.88.

Rabat — Barrakka tat-tiġrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir intervent malajr biex il-barrakka tat-tiġrija fit-telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat tiġi restawrata qabel ma taqa' xi parti minnha u toħloq xi inċident fatali peress li l-ġebel tagħha iddeterjora bid-dħaħen tat-traffiku u tiela ħaxix ħażin kullimkien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, ser jibgħat Perit tal-Gvern sabiex jispezzjona u jistabbilixxi jekk hemm xi periklu għall-pubbliku. Abbażi ta' dan ir-rapport tittieħed id-deċiżjoni dwar l-ammont ta' l-interventi li jridu jsiru.

Rabat — Ġnien Howard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li hu l-valur tal-ħsarat li saru fi ġnien Howard fir-Rabat wara l-inċidenti ta' vandaliżmu li saru kemm ilu li ġie inawgurat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Taxxi/Tariffi/Miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-ebda taxxa, tariffa jew miżata ma ddaħħlet jew ġiet riveduta matul l-2006 mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, id-dipartimenti jew l-enti li jaqgħu taħtu.

Riżorsi u Infrastruttura — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li twaqqfu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri ta' kull bord? Meta twaqqfu u kemm iltaqgħu? X'inhi l-onorarja ta' kull wieħed?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Bordijiet imwaqqfa fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-ispiża għall-manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura matul is-sena 2006 kienet ta’ Lm1,310.82ċ. Rigward is-second car, fuq din ma kien hemm l-ebda spiża fuqha għaliex tinżamm ġewwa garage.

Problema ta' għargħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess biex jibda jitwettaq il-proġett ħalli tonqos il-problema akuta ta' l-għargħar fl-inħawi ta' l-Iklin, Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imsida? Fiex se jkun jikkonsisti dan il-proġett, kemm hu stmat li se jiswa u kif se jkun finanzjat? Jista' jgħid ukoll jekk it-tħejjija ta' dan il-proġett hijiex tieħu f'konsiderazzjoni x-xogħol li mistenni jsir din is-sena biex tinbena mill-ġdid il-parti tal-bypass ta' Birkirkara minn ħdejn ir-roundabout ta' Ħal-Lija sar-roundabout ta' ħdejn il-Vodafone? Jista'jgħid ukoll jekk xogħlijiet li saru f'dawn l-aħħar ftit snin f'Birkirkara biex tonqos din il-problema ħallewx ir-riżultati mixtieqa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi wara li sar feasibility study fuq il-kunċett li kien imħejji mill-Ministeru, qed ikunu studjati kuncetti ohra flimkien ma' dawk proposti minn esperti li qed jagħmlu Storm Water Masterplan għal Malta u Għawdex. Imbghad ser isir Cost Benefit Analysisu tintgħazel l-aħjar soluzzjoni. Wara dan irid isir Environment Impact Assessment u wara li jinħareġ il-permess tal-MEPA, l-proġett ikun jista' jittieħed għall-approvazzjoni finali mill-Kummissjoni Ewropeja biex jinħarġu l-offerti għax-xogħol ta' kostruzzjoni. Stimi li saru s'issa jindikaw li l-proġett ser ikun jiswa madwar 70 miljun euro, li l-parti l-kbira ser jittieħdu mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropeja. Rigward il-kompozizzjoni tal-progett, wiehed irid jistenna l-evalwazzjoni u l-istudji li qed isiru biex b'hekk wara jkunu jistghu isiru d-disinji tal-progett attwali. Ix-xogħol tat-toroq li hemm maħsub li ser isir bejn ir-roundabout ta' Ħal-Lija u dik ta' ħdejn il-Vodafone qed ikun ikkunsidrat u ser ikun integrat fil-proġett. Ix-xogħlijiet li saru f'dawn l-aħħar snin f'Birkirkara biex tonqos il-problema ta' l-għargħar ma' kienux bizzejjed biex tissolva l-problema f'xita qawwijja u dan kien wiehed mill-fatturi ghaliex qed ikun imfassal dan il-proġett.

Windfarms fuq il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess marbut mat-twaqqif ta' windfarms fuq il-baħar f'Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onoreovoli Interpellant li l-proposti li ntbagħtu b’risposta għall-Expression of Interest ġew analizzati u l-Gvern qed jikkonsidra d-deċizjonijiet li jridu jittieħdu.

Riżorsi u Infrastruttura — Spiża ta' fuels

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006, kienet ta’ Lm 254,829.01ċ. Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni relatata man-nefqa tal-fuels mill-2002 sa l-2006

Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-onorevoli Interpellant.

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Taqsima Indafa Pubblika — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex il-ħaddiema li ilhom jaħdmu fit-taqsima indafa pubblika għal bosta xhur u għadhom ma tħallsux (jikinsu s-suq tal-Birgu) jitħallsu? Meta se jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nies li jaħdmu fid-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa Pubblika kollha jieħdu l-ħlas dovut lilhom (il-paga) b'mod regolari, inkluż dawk li jikinsu s-suq tal-Birgu. Background Information § Is-suq tal-Birgu, sa xi sena ilu, kien jitnaddaf minn nies waqt il-ħin ta’ l-overtime; § Minn xi sena ‘l hawn, is-suq qiegħed jitnaddaf minn nies li jidħlu fix-shift ta’ l-4.00 ta’ filgħaxija.

Riżorsi u Infrastruttura — Servizzi tat-telephones

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-ministeru u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 kienet ta’ Lm174,381.52ċ. L-ispiża relatata mas-Segretarjat tal-Ministru tammonta ghal Lm4,730.56ċ

Kontijiet tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa f'kontijiet tat-telephones ta' residenzi ta' uffiċċjali governattivi fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrasstruttura matul is-snin 2005 u 2006, kienet kif tidher hawn taht: Sena 2005: Lm 4526.62 2006: Lm 4704.50 Ma narax li hija prudenza li nsemmu l-ismijiet fil-Parlament.