Irġiel – Każijiet ta’ rapporti dwar vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rġiel li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Nisa — Każijiet ta’ rapporti dwar vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Tfal u Żgħażagħ – Każijiet ta’ rapporti dwar vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal u żgħażagħ ta' taħt l-età li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iħallas għas-servizz ta’ helicopter mediku bejn Malta u Għawdex? Jista’ jgħid għaliex il-Forzi Armati ta’ Malta għadha tagħmel dan is-servizz bil-lejl u mhux l-operatur privat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta toffri s-servizz ta’ helicopter kull meta tkun mitluba. Fir-rigward tal-operatur privat, nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jistaqsi lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30038 u 29919 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru hemm 12 il-persuna f’position of trust u 22 persuna person of trust. Magħhom hemm inkluż ukoll dawk illi ġew ingaġġati għall-Presidenza ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' pulizija li huma stazzjonati għal kull distrett tal-pulizija? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ħsieb li d-distrett li jinkorpora fih San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, jiżdiedu wkoll in-numru ta' pulizija li jagħtu servizz fid-distrett?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ Pulizija fid-distretti, huwa bbażat skont l-esiġenzi tas-servizz ta’ kull distrett partikolari. Mhux eskluż illi tkun ikkunsidrata żieda fin-numru ta’ Pulizija fid-distretti, inkluż fid-distrett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu 24 l-impjegati li m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013 sal-lum.
Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru fit-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onor. Interpellant jekk ikun hemm il-permess ta’ dawn l-impjegati.
ħwienet li baqgħu miftuħa wara s-7 ta' filgħaxija — persuni mressqa l-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-persuna ġiet imressqa l-Qorti akkużati bi ksur ta' liġi li bħala sidien ta' ħwienet baqgħu miftuħa wara s-7 ta' filgħaxija, fl-2013, fl-2014 u fl-2015? Jista' jgħid kemm kienu dawk il-persuni li ġew imressqa l-Qorti għaliex fetħu n-negozju tagħhom nhar ta' Ħadd?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq jew attentati ta’ serq fin-Naxxar mill-bidu tas-sena 2017? Kemm kienet iż-żieda mqabbla mal-istess żmien fl-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29534 u jgħid kemm kien hemm Pulizija li kienu qegħdin jaħdmu bħala Tourism Police fix-xahar ta’ Ġunju 2016, Lulju 2016, Awwissu 2016, Settembru 2016, Ottubru 2016, Novembru 2016 u Diċembru 2016? Jista’ jgħid xahar b’xahar kemm kienu l-ħlasijiet dovuti lil dawn il-Pulizija għax-xogħol li għamlu fl-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħlasijiet għadhom pendenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-Ministeri konċernati ħadu l-azzjoni meħtieġa, il-ħlas dovut ser jitħallas mas-salarju li jmiss.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – safar uffiċjali – użu ta’ minibar f’lukandi
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29533, jista’ l-Ministru jikkonferma li meta jiġi kkunsmat ikel jew xorb minn minibar f'kamra ta’ lukanda okkupata minn uffiċjal tal-ministeru fuq żjara uffiċjali barra l pajjiż, huwa l-Ministeru li jħallas għal tali konsum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura għadha l-istess bħalma kienet taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Wara li kienu rrappurtati numru ta' serqiet fi Triq Leli Falzon fin-Naxxar, jista' l-Ministru jara li fiż-żona tat-triq imsemmija jsiru aktar rondi mill-pulizija? Dan anke biex ir-residenti taż-żona jkollhom aktar serħan tal-moħħ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija tad-Distrett hija konxja u se tkompli tieħu ħsieb ir-rondi.
Jista' l-Ministru jgħid issa li tneħħa l-obligu legali għall-ħtieġa tal-liċenzja tan-negozju għall-ħwienet, kif il-Pulizija ser tkun qed tagħmel l-enforcement tagħha biex tara li negozju jkun qed jiġġestixxi l-attività kummerċjali b'mod legali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-Belt Valletta fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29919 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Inċidenti ta’ natura serja fejn fihom ikunu involuti karozzi b’numru ta’ reġistrazzjoni barrani
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' inċidenti ta' natura serja, li fihom kienu mdaħħla vetturi, b'numru ta' reġistrazzjoni barrani? Kemm kien hemm minn dawn il-vetturi li kienu mdaħħla f'inċidenti fejn kien hemm ukoll korrimenti, jew imwiet ta' persuni, matul l-2016? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm minn dawn il-vetturi li la kellhom liċenzja mħallsa u lanqas kellhom insurance valida?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tkun verifikata u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa tal-Fgura tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa tal-Fgura kien ta’ 101, minn dawn kien hemm 93 każ ta’ serq u 8 każi ta’ frodi.
Wied il-Għajn – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn kien ta’ 159, minn dawn kien hemm 142 każ ta’ serq u 17 il-każ ta’ frodi.