Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex tiġi rranġata t-triq arterjali f'Xatt il-Gżira li tkun mgħarrqa bl-ilma meta tagħmel ix-xita kif jixhdu r-ritratti annessi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill Onorevoli Nterpellant li l-ADT ser tagħmel speżżjoni fuq il-post sabiex tara jekk jeżistux xi culverts li jistgħu ikunu miżdudin. Madankollu skond il-ftehim tal-1999 bejn il-MEPA u d-dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-manutenżjoni ta’ din it-triq ma taqax taħt l-Awtorita’ imma taħt il-Kunsill rispettiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sa l-ahhar ta' Marzu ta' din is-sena hu kif gej:
Ministeru
Ammont Min ghamel ir-rapport Ir-Rapport
Lm 295 Test & Measurement Instruments Servizzi Professjonali ghall-preparazzjoni ta' stima ta'
Factored Electrical Load ghall-progett tax-Schreiber
Lm 1,770 Chris Zahra Associates preparation of BOQ for Ta' Qali Crafts Village
ADT
Lm 507.4 Informa Research project assessing the numbers of buses entering and exiting
Valletta Bus Terminus
Lm 4,336.5 Informa Research project' Pagus Programme - Component 3B
Lm 1,804.98 Dr. Resch Re Public Transport Reorganization.
Jista' l-Ministru jgħid meta bdew jitħaddmu d-diversi areas tal-Park and Ride? Kemm ġie jiswa x-xogħol kollu sal-lum għal dan il-proġett? Kemm kienu l-vetturi li wżaw il-faċilita' tal-Park and Ride mill-bidu sal-lum kull area separatament? X'kienet l-occupancy rate bħala persentaġġ ta' kull area fuq average ta' kull xahar għal Park and Ride mill-bidu tagħha sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Park and Ride ta’ Hornworks and Crownworks ditch beda jopera fis-sitta ta’ Novembru 2006 u l-estenzjoni bdiet topera fit-tnax ta’ Settembru 2007.
In–nefqa kapitali sa llum kienet tammonta għall-Lm788,065. Aktar dettajli fuq l-ispejjez kapitali u rikorrenti ingħataw f’domanda parlamentari numru 27969.
Minħabba li s-serviżż tal-
Park and Ride
fil-Blata l-Bajda qed jiġi offrut b’xejn, ma hemm l-ebda struttura jew mekkaniżmu li tippermetti li statistika tinġabar fuq l-
occupancy rates
tal-
areas
ta’ parkeġġ. Skond osservażżjoni mill-Awtorita’ dwar it-Trasport, l-
Park and Ride
ta’
Hornworks and Crownworks ditch
ikun mimli matul il-ħinijiet ta’ xogħol, jiġifieri sal-5:30 ta’ fil-għaxija fix-xitwa u sas-2:00 ta’ wara nofs in-nhar fis-sajf. Is-Sibt fil-għodu (sas-2:00pm) l-
occupancy rate
tkun bejn wieħed u ieħor ta’ 80% tat-total tal-parkeġġ eżistenti. Il-Ħadd jkun hemm madwar 10%
occupancy
. Għada ma teżiżti l-ebda informażżjoni fuq l-użu minn vetturi fl-estenżjoni l-ġdida tal-
Park and Ride
.
Fid-domanda parlamentari numru 27969, issottomettejt statistika dwar l-użu tal-minibus għax-xahar ta’ Ġunju 2007. Jekk l-Onorevoli interpellant jirrikjedi aktar dettalji f’dan ir-rigward, l-Awtorita’ dwar it-Trasport tista’ tikkompila l-istatistika għal kull xahar sa llum.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28003 u cioe': Għalkemm napprezza li Triq Reġjonali hija a fast road jista' jara li ssir xi forma ta' zebra crossing mill-parti li tagħti mill-Kappara, min-naħa tat-tarf ta' Triq G. Despott, aktar u aktar minkejja li l-bypass ta' Birkirkara hija wkoll fast roadu hemm diversi zebra crossings u lights?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevli Nterpellant li bħalissa hemm applikażżjoni biex issir ‘overhead passage’ minn naħa għal oħra ta’ Triq Reġjonali li għadha tgħaqqad Sliema Road għall-pedestrians għand il-Mepa. Ir-riferenża għall-Bypass ta’ Birkirkara ma treġix minħabba il-lokażżjoni fejn trid issir it-Tragit Pedonali. L-‘overhead passage’ huwa wieħed temporanju sakemm Triq Reġjonali tkun kostruwita skond kif previst fit-‘Ten-T Network Upgrade’ li huwa maħsub għall-‘roundabout’ tal-Kappara. Eventwalment l-aċċess pendonali f’dan il-‘junction’ tkun permezz ta ‘subway’ apposta għal dan l-iskop.
Jista' l-Ministru jara tistax issir bit-tarmac in-naħa t'isfel ta' Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta issa li kważi t-traffiku kollu tal-Belt qed jgħaddi minnha? Din tinstab fi stat ħażin ħafna.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq taqa’ taħt responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali tal-Belt għax din it-triq m’hiex arterja fin distributorja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tan-nefqa fuq serviżżi ta' konsulenti matul Jannar, Frar u Marzu, 2007
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li skond l-Annual Services Contract li l-Ministeru għandu mal-MITTS, fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena kien hemm ħames uffiċjali li kienu intitolati għal serviżż ta' internet fir-residenżi tagħhom, provdut mill-MITTS, bħala ISP. Skond il-kuntratt mal-MITTS, l-ispiża fissa kull xahar għal kull uffiċjal (bla ebda distinżjoni għall-grad jew min hu l-uffiċjal) hija ta' Lml9.67. Għalhekk l-ispiża totali kull xahar għal-ħames uffiċjali f'daqqa hija ta' Lm98.35.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea approvatx in-nefqa għat-toroq hekk kif proġettata mill-gvern mill-fondi ta' koeżjoni 2007 - 2013?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li iva, l-Unjoni Ewropea approvat in-nefqa għat-Toroq li se jiġu finanżjati taħt il-Fond ta' Koezjoni. Din in-nefqa hija elenkata fil-'Operational Programme 1' li ġie approvata minn Kummissjoni Ewropea f'Ġunju. In-nefqa approvata tammonta għall 169,0387,258.82 ewros li minnhom 143,682,520 ewros se jiġu ko-finanzjati mill-Kommunita Ewropea. Din is-somma se tiġi ddedikata biex itejjbu t-toroq illi jaqgħu taħt is-'Trans European Transport Network', magħrufa aħjar bħala t-Ten-T network. Għal-aktar informażżjoni rreferi għal-paġni 122 u 188 tal-'Operational Programme One', ppubblikat minn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jitħallas l-operatur tas-CVA kull xahar għas-servizz li qiegħed jipprovdi? Jista' jgħid x'persentaġġ ta' flus hu dovut li jiġbor mid-dħul ta' kull xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-operatur tas-CVA jista’ jitħallas sa massimu ta’ Lm808,336 (inkl. VAT) fis-sena. Dan l-ammont jitħallas fix-xahar, skond kemm l-operatur ikun ġabar flus li għalihom ikunu ħarġu l-kontijiet:
65% fil-15 ta’ kull xahar
25% meta’ l-operatur tas-CVA jkun ġabar mill-inqas 85% ta’ l-ammont dovut
10% meta’ l-operatur tas-CVA jkun ġabar mill-inqas 95% ta’ l-ammont dovut
B'riferenza għax-xogħlijiet tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid:
i) jekk inbnewx xi ġibjuni bħala parti mix-xogħol u jekk fl-affermattiv x'inhi l-capacity tagħhom?
ii) kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-ġibjuni li nbnew bħala parti mix-xogħol imsemmi hawn fuq huma:
· Erba Mwieżeb roundabout – Ġibjun -Volum 112m3
· Erba Mwieżeb ma’ Triq Burmarrad – Ġiebja (Sump) Volum 91m3
· Xemxija roundabout (ta’ Fuq) – Ġibjun - Volum 274m3
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, il-pagamenti li ġew iċċertifikati fuq dan il-proġett huma ta’ Lm2,427,412.31 (sa Interim Numru 6)
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitbiddel il-bus shelterta' l-inħawi ta' Saint Peter's f'Ħaż-Żabbar, għax qed ikun ta' inkonvenjenza għal kulmin juzah?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-ADT għandha Bus Shelter ġdid ordnat mingħand Faces LTD. Infurmat ukoll li l-ADT weħlet Bus Shelter mill-qodma sabiex il-passiġġieri jkollhom lqugħ sakemm jiġi pprovdut il-Bus Shelter il-ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien applika taħt l-indirizz li qed jidher separatament għall-permess biex jixtri cab li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex jużah għall-hire services 13-il sena ilu baqa' qatt ma ngħata tweġiba ċara mill-ADT minkejja li sa ftit xhur ilu kkonfermawlu li l-każ kien għadu qed jiġi pproċessat u li l-file kien għadu eżistenti? Minkejja li jmur lura għal żmien il-Public Transport Authority, l-applikant stqarr miegħi li l-Pulizija kienu kitbu lill-PTA nhar is-7 ta' Settembru 1994 permezz ta' ittra li r-referenza tagħha qed tidher separatament mibgħuta mill-Msida Police Office, liema ittra rajt kopja tagħha, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta din l-applikazzjoni hi mistennija tiġi deċiża u jekk diġa' ġiet deċiża jgħid għaliex l-applikant qatt ma ġie mgħarraf b'dan?
Jista' l-Ministru jgħid kemm resqu nies għall-eżami tas-sewqan mit-12 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' Settembru 2007? Kemm minnhom għaddew mill-ewwel test? Kemm weħlu mill-ewwel test? Kemm weħlu mit-tieni test? Kemm weħlu mit-tielet test? Kemm weħlu mir-raba' test? Kienx hemm persuni li resqu għat-test aktar mir-raba' u mill-ħames darba u jekk iva, kemm kienu dawn il-persuni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li resqu 26624 nies għall-eżami tas-sewqan mit-12 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' Settembru 2007
Fosthom
6149 għaddew mill-ewwel test
4089 weħlu mill-ewwel test
2007 weħlu mit-tieni test
942 weħlu mit-tielet test
385 weħlu mir-raba' test
146 weħlu mill-hames test
96 weħlu ghas-sitt test u aktar
Jista' l-Ministru jikkonsidra serjament li jiġi rtirat il-każ b'applikazzjoni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema applikazzjoni ġiet sottomessa mill-ADT bi pjanta proposta ta' traffic flow fix-xatt ta' Qui-Si- Sana mill-perit li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28000, il-parti msemmija ta' Rue D'Argens hija biswit showroom, dik il-parti ta' fuq fejn titla' b'rampa u tiġi fi triq ma tinfidx li hija wżata mir-residenti biss. Din it-triq fl-Imsida hija post ideali għall-parkeġġ għar-residenti biss. Għaldaqstant tista' l-ADT tikkunsidra li dan il-post isir parkeġġ għar-residenti biss?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku tifhem li t-triq li għaliha tagħmel referenza din il-mistoqsija parlamentari jisimgħa ‘Upper Rue D’Argens Street’.
It-Taqsima ma tapprovax li jkun hemm toroq fejn isir parkeġġ mir-residenti biss iżda t-taqsima tikkunsidra talbiet għal ‘
Controlled Residential Parking Schemes’
.
Minn riċerka li saret fir-
records
tat-taqsima rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali Msida għal ‘
Controlled Residential Parking’
f’din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 kienet kif ġej hawn taħt:
Ministeru:
Jannar LM 83.30
Frar LM 48.44
Marzu LM 581.43
Total LM 715.17
ADT
Jannar LM 6,234.55
Frar LM 6,016.54
Marzu LM 5,149.00
Total LM17,400.09