Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlas ta’ taxxi – pensjoni baxxa

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ħallas ħafna bolol però xorta għandu pensjoni baxxa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali – allokazzjonijiet ta’ djar tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm prijorità għal allokazzjonitad-djar tal-Gvern lil dawk il-persuni ta’ nuqqas ta’ saħħa mentali b’mod speċjali dawk li qed jgħixu fl-Isptar Monte Carmeli għax m’għandhomx post fil-komunità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-applikazzjonijiet li jkunu ġejjin minn applikanti residenti ġewwa Monte Carmeli jiġu trattati bl-istess mod bħal applikanti oħrajn li jgħixu f’diversi istituzzjonijiet.

Ċentru LEAP – għajnuna lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29963, jista’ l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin il-186 individwu li għandhom problemi ta’ saħħa mentali? X’għajnuna konkreta qed joffri ċ-ċentru LEAP lil dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta – inkjesta dwar użu tal-frieket u skieken tal-plastik

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-risposta dwar jekk saritx inkjesta rikjesta minni f'isem l-Oppożizzjoni dwar l-użu ripetut tal-frieket u s-skieken tal-plastik fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta, jista' l-Ministru jikkonferma jekk din l-inkjesta saritx u jekk fil-fatt saret, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess riżultat ta' din l-inkjesta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29904.

Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il materjal/pubblikazzjoni differenti relatati mas-servizzi tal-anzjani u l-persuni b'diżabilità maħruġa mis-Segretarjat Responsabbli mill-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità tqassmu bieb bieb jew f'partijiet, fil-gżira Għawdxija bejn Jannar 2015 u Jannar 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Bħala tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari numru 31264, 31265 u 31266, ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba li ġewwa Għawdex inħass in-nuqqas ta’ numru ta’ servizzi pprovduti kif ukoll informazzjoni fuq l-istess servizzi, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ ħass il-bżonn li jippublika u jqassam numru ta’ publikazzjonijiet kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt, bil-għan li l-Għawdxin ikunu mgħarfa fuq servizzi ġodda li ġew introdotti f’Għawdex kemm għall-anzjani kif ukoll għall-persuni b’diżabilita’. Pubblikazzjonijiet Spiża Materjal imqassam f’Malta Materjal imqassam f’Għawdex 2015 Ittra dwar is-sessjonijet dwar id-Dimensja - Kors ta' Għarfien + Applikazzjoni taċ-Ċentru ta' Matul il-Jum għad-Dimensja € 1,368.40 Le Iva Kampanja għarfien dwar l-Anzjanita' Attiva - Applikazzjonijet + Fuljett + Programm tas-sessjonijiet € 2,124 Le Iva Nippromwovu Anzjanita Aktar Attiva -Proġett Pilota Be Active € 767 Le Iva Kampanja Nazzjonali ta' Għarfien dwar id-Dimensja flimkien mal-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja € 14,250 Iva Iva 2016 Introduzzjoni tal-kors tal-Care Assistants għall-ewwel darba f'Għawdex € 413 Le Iva Ittra stedina għall-Istrateġija tad-Diżabilita'. € 826 Le Iva Ittra 'Nationwide' Ċentru Interattiv Esplora € 1,655 Iva Iva Applikazzjoni Be Active flimkien ma' programm tas-sessjonijiet € 1,305 Le Iva Informazzjoni proġett pilota -Live In Carer € 625.40 Iva Iva Servizzi għall-Anzjani Iva Iva Twaqqif ta' Special Olympics Gozo - Materjal informattiv u applikazzjoni € 1,911.60 Le Iva Kampanja nazzjonali ta' għarfien u informazzjoni - The Autism Spectrum Booklet € 5,127 Iva Iva Miżuri Baġit 2017 + Information Sessions in community Malta and Gozo € 8,450 Iva Iva Fuljett Sessjonijiet ta' Taħriġ dwar it-Teknoloġija Diġitali għall-Anzjani f'Għawdex – Malta Communications Authority € 708 Le Iva Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kull materjal ieħor li seta’ tqassam, fuq anzjani u persuni b’diżabilita’, ikun sar mal-entitajiet kkonċernati fuq l-għoti tas-servizzi partikolari.

Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-materjal/pubblikazzjonijiet kollha li tqassmu bieb bieb jew f'partijiet fil-gżira Għawdxija li kienu maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità bejn Jannar 2015 u Jannar 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 31264

Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-materjal u l-pubblikazzjonijiet li tqassmu fil-gżira Għawdxija relatati mal-qasam tal-Anzjanità Attivà u l-Persuni b'Diżabilità u li tagħhom kien responsabbli s-Segretarjat responsabbli mill-istess Anzjanità Attiva u Persuni b'Diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 31264

Residenza ta' San Vinċenz de Paule – swali li baqgħu bla dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk is-swali fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule li baqgħu bla dawl hekk kif mar il-kurrent elettriku f'pajjiżna propju bejn is-7 u t-8 ta' Frar 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’SVPR hemm ġeneraturi tad-dawl li jibdew joperaw appena jinqata’ d-dawl.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn April 2013 sa Diċembru 2016, l-ispiża fuq mobile phones u fuel tal-uffiċjali (Segretarjat) fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, kienet kif ġejja: Mobile Phones: €34,104.04 Fuel: € 7,183.34

Family Resource Centres — Laqgħat f’dawn iċ-Ċentri

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30339, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bit-temi indikati f’din il-mistoqsija parlamentari fil-lokalitajiet ta’ Bormla, il-Fgura, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn u ż-Zejtun u meta saru dawn il-laqgħat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, dawn il-laqgħat fil-lokalitajiet imsemmija minnu ġew organizzati kif indikat hawn taħt: 1. Fil- 5 ta’ Diċembru 2016: Użu effiċjenti tal-Enerġija, fiċ-Ċentru tal-Cottonera 2. Fl- 14 ta’ Diċembru 2016: Health and Nutrition, fiċ-Ċentru ta’ Marsascala 3. Fil-15 ta’ Diċembru 2016: Health and Nutrition, fiċ-Ċentru ta’ Ħal-Kirkop 4. Fit- 3 ta’ Frar 2017: ‘‘A child is an adult Away from Success’’, fiċ-Ċentru ta’ Ħal-Kirkop Ninforma lill-Onor. Interpallant li huwa ppjannat li matul din is-sena issiru aktar laqgħat f’dawn il-lokalitajiet kif ukoll f’ lokalitajiet oħra f’Malta u Għawdex.

Wied il-Għajn – persuni li jieħdu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu Wied il-Għajn li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied il-Għajn – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Wied il-Għajn, li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet? Kemm kienet l-ispiża sal-aħħar tal-2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-Awtorità tad-Djar kellha 95 persuna minn Wied il-Għajn li bbenefikaw mis-sussidju tal-kera. L-ispiża ghal dan il-perjodu kienet ta’ €86,203,78.

Membrane ta’ saqaf ta' flat – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward membrane tas-saqaf ta’ flat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar l-inkwilin imsemmi kien xtara l-appartament fl-1993 u għaldaqstant huwa responsabbli biex jagħmel it-tiswijiet neċessarji fl-appartament li huwa proprjeta tiegħu stess.

Awtorità tad-Djar – problema ta’ dħul ta’ ilma minn saqaf – każ ta’ individwu

Question

Jista l-Ministru jara li min-naħa tal-Awtorità tad-Djar jigi vverifikat il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar problema ta’ ilma li dieħel fis-saqaf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar biex jivverifikaw l-ilment dwar il-ħsarat imsemmija fuq il-bejt.

Aġenzija Appoġġ — Family Resource Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Family Resource Centres li huma pprovduti mis-servizz tas-Social Work Intervention tal-Aġenzija Appoġġ? X’servizzi oħra toffri l-Aġenzija Appoġġ lill-klijenti ta’ dawn iċ-Ċentri? X’għandu jagħmel wieħed biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-sevizz ta’ social work fil-kommunità offrut mill-Aġenzija Appoġġ qed ikun provdut miċ-Ċentri tal-LEAP tal-Qawra, Kottonera, Msida u Valletta. Dawn is-servizzi fil-kommunità għandhom l-għan li jkunu dejjem aktar aċċessibbli u jindirizzaw b’mod immedjat il-bżonnijiet soċjali tal-persuni u tal-familji li jirrikorru għal tali servizz. Kull min għandu ħtieġa u jixtieq servizz ta’ social work kulma għandu jagħmel hu li jmur sa wieħed miċ-Ċentri tal-LEAP u jiġi ggwidat għall-għajnuna jew servizz meħtieġ. Hu ppjanat ukoll li dan is-servizz ta’ social work jiġi estiż ukoll għaċ-ċentri l-oħra tal-LEAP meta jkun hemm biżżejjed social workers.

Family Resource Centres — Ħidma fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqfu l-Family Resource Centres u x’ħidma twettqet fil-komunità minn kull Family Resource Centre li għandna mwaqqaf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Home Based Therapeutic Service (HBTS)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Home Based Therapeutic Service u kif wieħed jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-għan tal-‘Home Based Therapeutic Service’ (HBTS) huwa li jiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali billi jipprovdi għajnuna terapewtika lill-familji bi problemi varji fil-kommunita’ fejn jgħixu. Dawn il-familji jkollhom diversi problemi kumplessi relatati ma’ faqar, vizzji ta’ droga, vjolenza fil-familja, problemi ta’ saħħa mentali u li jkunu f’riskju li t-tfal jitneħħew mill-kustodja tadl-familji naturali tagħhom u jitqiegħdu taħt Ordni ta’ Ħarsien (Care Order). It-tim terapewtiku jikkonsisti fi professjonisti bħal terapisti tal-familja, psikoterapewti u counsellors. L-għajnuna tiġi offruta kemm fuq bażi individwali, kif ukoll mal-familja milquta, fosthom programmi fuq trobbija. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Home Based Therapueti Service (HBTS) qiegħed ikun offrut lill dawk il-familji li jkunu refereuti mill-Aġenzija Appoġġ, b’mod partikolari biex titjieb is-sitwazzjoni tal-familja fid-dar tagħhom, speċjalment meta jkun problemi fid-dar fejn issir ħidma mal-familja biex tfal jibqgħu fl-ambjent naturali tagħhom u mhux jittieħdu mill-familja, kif ukoll lil dawk il-familji fejn it-tfal ma baqgħux taħt il-kustodja tal-familja naturali sabiex flimkien mal-professjonijiet, il-familja taħdem aktar biex it-tfal jerġgħu lura fil-familha naturali.

Tender għal ikel

Question

B’referenza għat-tender tal-ikel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ippubblikat fit-30 ta’ Settembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ewwel konsenja ġietx imqassma diġà? Jista’ jgħid kemm-il persuna bbenefikaw minn din l-ewwel konsenja? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll liema kategorija ta’ persuni kkwalifikaw għal dan l-ikel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li rebaħ it-tender iffirma l-kuntratt u t-tqassim se jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Minn din l-iskema se jibbenefikaw 33,000 persuna u se tirċievi dan l-ikel kull familja li tirċievi xi forma ta’pensjoni/għajnuna soċjali mhux kontributorju u li d-dħul tagħha ma jaqbisx €8,886-00 u li għaldaqstant tirċievi l-benefiċċju tal-Enerġija u li ma tkunx diġà bbenefikat mill-iskema tat-tqassim tal-ikel iffanzjata mill-Unjoni Ewropea.

Santa Luċija – persuni li jieħdu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu Santa Luċija kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni minnu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Iż-Żejtun – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu ż-Żejtun li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jgħixu ż-Żejtun u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien jammonta għal 66, li minnhom kien hemm 35 raġel u 31 mara.