Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC) – nuqqas ta’ televiżjoni fil-wards fejn jingħata l-chemotherapy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fis-SAMOC, il-pazjenti m’għandhomx televiżjoni fil-kmamar fil-wards meta dawn il-pazjenti jqattgħu ħin twil ħafna jieħdu l-chemotherapy?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar tal-Onkologija Sir Anthony Mamo hemm provdut servizz WI-FI b’xejn biex ikun jista jintuza kemm mill-pazjenti u kif ukoll mill-vizitaturi. Barra min hemm hemm servizz ta’ televizjoni fil-common areas.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-1 ta’ Frar 2016 il-mediċini li jidhru hawn taħt kienu out of stock? X’kienet ir-raġuni għalfejn dawn il-mediċini kienu out of stock? Kemm minnhom inxtraw b’direct order urġenti? Kemm kien il-valur ta’ kull direct order? Minn min ġiet awtorizzata d-direct order? Mil-liema kumpanija/kumpaniji nxtraw dawn il-mediċini permezz ta’ direct order?
Alimenazine (Trimeprazine) 300mg/5ml
Atenolol 50mg tablets
Atorvastatin 80mg tablets
Baclofen Syrup
Bromocriptine 2.5mg tablets
Coal Tar Shampoo
Cyproterone Acetate 50mg tablets
Didanosine tablets
Ethinylestradiol 0.01mg tablets
Ferrous Gluconate tablets
Fluvastatin 80mg capsules
Gentamycin & Hydrocortisone eye drops
Imipramine 10mg tablets
Ivermectine 3mg tablets
Indomethacin 100mg suppositories
Low Electrolyte Syrup
Mebeverine 135 mg tablets
Menadiol 10mg tablets
Mexiletine 200mg tablets
Monogen Food Preparation
Nicorandil 10mg tablets
Ondasetron 4mg/5ml syrup
Prednisolone eye drops
Pilocarpine 4% drops
Progestamil Powder
Phenindione 10mg tablets
Phenindione 50mg tablets
Rifampicin 100mg/5ml syrup
Rosuvastatin 40mg tablets
Sodium Cromoglycate tablets
Sulindac 200mg tablets
Tiopronin 250mg tablets
Trifluoperazine 1mg/5ml Syrup
Vitamin b complex tablets
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-9 ta’ Frar 2016, l-ebda mill-mediċini li jidhru fil-mistoqsija numru 23248 ma kienu out of stock. Nitlob lill-Onor Interpellant biex tivverifika l-informazzjoni li għandha peress li hija Central Procurement and Supplies Unit li tixtri u tqassam il-mediċini fis-servizz tas-saħħa. Dawn il-mediċini inxtraw kollha skond ir-regolamenti.
Tajjeb li nfakkar li fi Żmien l-amministrazzjoni preċedenti in-numru ta’ mediċini out of stock kien jaqbeŻ il-183 mediċina iŻda f’dawn l-aħħar sentejn saru diversi tibdiliet fl-operat tas-CPSU bħal sistema kompjuterizzata ta’ stock management biex dan id-dipartiment isir aktar effiċjenti fl-operat tiegħu.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6644 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 361 ta' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Frar 2016)
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fid-9 ta’ Frar 2016, il-mediċini li jidhru hawn taħt kienu out of stock? X’kienet ir-raġuni għalfejn dawn il-mediċini kienu out of stock? Kemm minnhom inxtraw b’direct order urġenti? Kemm kien il-valur ta’ kull direct order? Minn min ġiet awtorizzata d-direct order? Mil-liema kumpanija/kumpaniji nxtraw dawn il-mediċini permezz ta’ direct order?
Baclofen syrup
Cabergoline 0.5mg tablets
Didanosine tablets
Digoxin 0.25mg tablets
Ferrous Gluconate tablets
Ga Gel
Lamotrigine 25mg Dispersable
Levetiracetam Syrup
Mianserin 30mg tablets
Monogen Food Preparation
Nicotinamide 250mg tablets
Phosphate supplements eff. tablets
Pku Anamix
Quetiapine 200mg (seroquel)
Ropinerole 0.25mg tablets
Sodium Cromoglycate Tabs
Sulindac 200mg tablets
Tiopronin 250mg tablets
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-9 ta’ Frar 2016, l-ebda mill-mediċini li jidhru fil-mistoqsija numru 23249 ma kienu out of stock. Dawn il-mediċini inxtraw kollha skont ir-regolamenti
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema toroq f’Għawdex ġie mgħoddi s’issa l-main li se jwassal l-ilma second class mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ għal diversi postijiet f’Għawdex? Mil-liema rħula f’Għawdex ġie mgħoddi s’issa dan il-main? L-ilma second class, minn min se jintuża? Il-bdiewa u raħħala Għawdxin se jużaw minnu? Jekk iva, kemm se jħallsu għal dan l-ilma? Meta hu mistenni li jibdew jużawh?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-main tan-new water għaddej minn dawn it-toroq:
· Triq Lambert, Għajnsielem
· Mġarr Road, Xewkija/Victoria
· Triq ir-Repubblika, Victoria
· Triq Sant’Orsola, Victoria
· Qasam San Ġorġ, Victoria/Kerċem/Sta Luċija
· Triq San Niklaw, Sta Luċija/San Lawrenz
L-Ilma ġdid li se jkun qed jiġi prodott għandu jagħti nifs lill-ilma tal-pjan u mistenni jippermetti biex titnaqqas id-domanda fuq l-ilma tal-pjan u b’hekk is-sostenibbiltà tal-ilma tal-pjan.
Dan l-ilma se jintuża għall-agrikoltura, industrija, postijiet ta’ rikreazzjoni u landscaping. Fl-ewwel ġimgħat ta’ produzzjoni, l-ilma prodott mill-impjant se jkun ittestjat estensivament sabiex tiġi assigurata l-kwalita’ tiegħu, u kif ukoll jiġi kkalibrat l-impjant sabiex l-ilma jkollu bilanċ ottimu ta’ minerali importanti għall-agrikoltura. Huwa wara dan il-perjodu ta’ ttestjar li l-ilma jkun jista’ jintuża.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20675, jista' l-Ministru jara li l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dewmien fil-kartuna s-safra jiġi solvut?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-rekords li ghandha l-POYC Unit din l-applikazzjoni waslet ghandna mic-Centru tas-Sahha ta’ Bormla fl-10 ta’ Novembru 2015. L-Applikazzjoni ġiet proċessata u approvata fit- 23 ta’ Novembru 2015 u d-dokument ta’ Schedule V gie impustat direttament lill-pazjenta fl-istess ġurnata.
Ħal-Tarxien — Triq Mario Schembri - Arblu tad-Dawl
Question
Jista’ l-Ministru jara li jitneħħa l-arblu tad-dawl imsaddad fi Triq Mario Schembri, Tarxien peress li weħel wieħed ġdid però l-antik għadu ma tneħħix?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Enemalta plc li x-xogħol indikat sar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi il-Kumpanija msemmija ingħatat b’kemm jiswew €1,037.38 xogħol mid-Dipartiment tas-Saħħa
Adozzjonijiet – problemi mad-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-problemi relatati mad-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta li qed jiġu ffaċċjati fil-proċess ta’ adozzjoni ma’ pajjiżi barranin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.
Każijiet ta’ Adozzjoni quddiem id-Dipartiment tas-Saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-każijiet ta’ adozzjonijiet ta’ tfal minn pajjiżi barranin li għad iridu jiġu pproċessati mid-Dipartiment tas-Saħħa sal-31 ta’ Jannar 2016??
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Tilqima tal-influwenza lill-ħabsin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tilqima tal-influwenza ġiet amministrata fil-ħabs? Kien hemm żieda fin-numru ta’ tilqim tal-influwenza għall-istaff u l-ħabsin minn mindu faqqgħet l-influwenza fil-ħabs?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.
B’referenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta’ The Times of Malta tal-Erbgħa, 3 ta’ Frar 2016, f’paġna 3 jista’ l-Ministru jgħid x’investigazzjonijiet saru mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq dan il-każ? Min mexxa dawn l-investigazzjonijiet? Meta bdiet l-investigazzjoni u meta ġiet magħluqa? Jista’ jgħid għaliex la darba rriżulta li persuna kellha f’idejha dokumenti privati li ttieħdu mill-Isptar, ma nħassx il-bżonn li jsir rapport lill-Pulizija biex dawn jinvestigaw kif inħareġ dan il-file?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex tispecifika ghal-liema rapport qed tirreferi peress fil-pagna indikata hemm aktar minn rapport wiehed.
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hi l-medja ta’ telefonati fuq il-112 għall-ambulanza? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għaliex fl-ewwel ġranet ta’ Frar kien hemm żieda ta’ sejħiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2015 kien hemm medja ta’ 88 –il telefonata kuljum ghall-ambulanza.
Sptar Mater Dei – pazjenti li ġew discharged re-admitted ftit ġranet wara
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2015 sa Jannar 2016 (xahar b’xahar) kemm pazjenti ġew discharged mill-Isptar Mater Dei biex reġgħu daħlu wara inqas minn ħamest ijiem?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn tagħrif miġbur mill-Isptar Mater Dei in-numru ta’ pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Mater Dei u reġgħu daħlu lura b’mod urġenti taħt l-istess speċjalita medika wara inqas minn ħamest ijiem huwa medja ta inqas minn 1% tat-total li gew discharged fl 2015. Din il-figura hija 20% inqas minn dik tas-sena ta’ qabel.
Jista’ jgħid, sena wara li wiegħed il-pubblikazzjoni tat-tieni National Cancer Strategy għall-pajjiżna, għalfejn din l-istrateġija għadha ma ġietx ippubblikata? Xi pjan għandu l-Gvern f’dan il-qasam? Il-Gvern, meta għandu pjan li jippubblika din l-istrateġija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Pjan Nazzjonali kontra l-Kanċer qiegħed jiġi żviluppat. Il-proċess li qiegħed jintuża jinkludi numru konsiderevoli ta’ konsultazzjonijiet ma diversi entitajiet u professjonisti li huma responsabbli mill-ħafna servizzi li huma nvoluti fil-kontroll tal-kanċer fosthom prevenzjoni, protezzjoni, skrinjar u kura multi-dixxiplinarja. Din l-involviment qiegħed jsir ħalli l-istakeholders involuti jkunu jistgħu jieħdu tassew ownership tal-Pjan li qiegħed jiġi mfassal u għalhehkk l-implimentazzjoni tiegħu jkun iktar żgurat.
San Pawl il-Baħar – arbli tad-dawl fl-inħawi tal-Ġnien Borg/Għajn Stas
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex numru ta’ arbli tad-dawl li hemm fl-inħawi ta’ Ġnien Borg/Għajn Stas, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, jinqalgħu u jinbidlu qabel jikkawżaw xi traġedja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-arbli antiki indikati u li jinsabu f’għelieqi maħduma, għandhom imwaħħlin magħhom cables tat-telekomunikazzjoni u mhux tal-elettriku. Meta jitneħħew dawn il-linji tat-telekomunikazzjoni, ikun jista’ jsir arranġament mal-bdiewa konċernati biex l-arbli jitneħħew fi żmien meta l-għelieqi ma jkunux qed jinħadmu.