Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizzi elettroniċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ kemm-il darba intuża (jiġifieri ngħata s-servizz sħiħ u/jew ġiet eżekwita transazzjoni elettronika) kull servizz elettroniku li huwa fully-transaction based u jagħti din l-informazzjoni xahar b’xahar għas-snin 2014 u 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MIP – eviction notices

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maħruġa eviction notices mill-Malta Industrial Parks (MIP) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill Onor Interpellant li fis-sena 2012 ma kienx hemm evictions notices, fl-2013 u fl-2014 kien hemm erba’ rispettivament u fis-sena 2015 kien hemm 10 evictions notices.

MIP — evictions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twettqu evictions mill-Malta Industrial Parks (MIP) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill Onor Interpellant li fis-sena 2012 ma kienx hemm evictions, fl-2013 kien hemm tlieta, fl-2014 kien hemm erba’ u fis-sena 2015 kien hemm għaxar evictions.

Entitajiet — Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ direct orders bid-dettalji ta’ kull direct order li ngħataw minn dawn l-entitajiet bejn Ottubru 2015 u Frar 2016 a. Il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar b. MIMCOL c. MGI d. MITA e. MCA f. MGA g. Malta Enterprise h. MIP i. KGT j. Malta Freeport Corporation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Malta Government Investment – Financial Statement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22367 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ Financial Statements awditjati tal-Malta Government Investment?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

WI-FI access points

Question

Jista’ l-Ministru jagħti update ta’ numru ta’ WI-FI access points ġewwa Malta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ WiFi Points li kien hemm f’Diċembru kienu 190. Bħalissa t-total ta’WiFi Points huwa ta’225. Huwa ppjanat li sal-aħħar tas-sajf in-numru ta’ WiFi Points jitla għal bejn 300 – 350.

Kompjuters tal-gvern — upgraded

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kompjuters tal-gvern ġew upgraded għall-Windows 10?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li l-MITA wetqet 51 ‘Operating System upgrades' għall-Windows 10. Dan in-numru huwa żgħir minħabba li bħalissa għaddej process ta’ piloting tal-Windows 10 f’ dipartimenti differenti. Għaddejja inizjattiva oħra sabiex aktar applikazjonijiet ikunu ‘compatible’ mall-Windows 10 u għalhekk in-numru tal-kompjuters bil-Windows 10 ikunu jistaw jiżdiedu. Il-pjan hu li aktar kompjuters ġodda u dawk li jiġu reformatted jibdew isiru bil-Windows 10 sabiex il-kompjuters bil-Windows 10 fil-Ġvern jiżdiedu bil-mod mingħajr ma jinħoloq inkonvenjent għall-utenti. Apparti dawn l-fiġuri, bejn -2014 u l-2015 il-MITA wetqet ‘Operating System upgrades' fuq diversi komputers tal-Gvern: · Fl 2015, twettqu 2,203 software upgrade għall-Windows 8.1, 15 għall-Windows 10 · Fl 2016 (sa 7 ta’ Marzu 2016) twettqu, 720 upgrades għall-Windows 8.1, 36 għall- Windows 10 Dawn il-fiġuri jeskludu compjuter upgrades fl-iskejjel.

Tmexxija tal-Malta Enterprise – investiment lejn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-perjodu li fih il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat dam imexxi l-Malta Enterprise x’kien il-valur tal-investiment li nġieb lejn Malta, imqabbel mal-valur ta’ investiment li nġieb lejn pajjiżna bejn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn 2009 u 2012 il-valur tal-investiment li nġib lejn Malta kien jammonta ta' 269.52 miljun ewro fi zmien tlett snin. Ma dan l-ammont hemm inkluż il-17.8 miljun ewro ta' TRC Entertainment li l-Gvern kien investa fiha (equity) u issa għalqet. Barra minnhekk inkuż ukoll hemm investiment ta' 80 miljun ewro ta' kumpanija fis-settur tal-enerġija li din qatt ma bdiet l-operat tagħha. Bejn Marzu 2013 u Settembru 2015, il-valur ta' nvestiment approvat jammonta għal 222.4 miljun ewro fi żmien tlett snin mistennija jiġġeneraw 3,433 mpjieg ġdid. Barra dawn hemm ukoll investiment marbut ma proġetti oħra li nġibu Malta bil-ħidma tal-Malta Enterprise imma l-investiment tagħhom mhux inkluż għax ma talbux għajnuna diretta mill-Korporazzjoni. Eżempju huwa il-każ ta’ Barts School of Medicine and Dentistry / Queen Mary University of London, liema proġett huwa orjentat lejn is-suq barrani.

Proġett tal-White Rocks

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex wasal il-proġett tal-White Rocks u x’effett mistenni jkollu dan il-proġett fuq l-ekonomija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġett tal-White Rocks Malta wasal fl-istadju ta’ evalwazzjoni tal-Proposti sottomessi għar-Request for Proposals (‘RFP’) relattiv. L-effett li dan il-proġett se jkollu fuq l-ekonomija jkun magħruf meta l-proċess ta’ evalwazzjoni tal-proposti jkun ġie konkluż.

Malta Shipbuilding — Proġett tal-Marine Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Marine Hub fis-sit tal-Malta Shipbuilding u x’mistenni jkun l-effett ta’ dan il-proġett fuq l-ekonomija? Jista’ jgħid kemm huwa maħsub li se jkun in-numru ta’ impjiegi ġodda li mistenni joħloq dan il-proġett u f’liema setturi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Proġett ta’ ċentru internazzjonali ta’ loġistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb wara l-idea tal-gvern li jagħmel minn pajjiżna ċentru internazzjonali ta’ loġistika u x’effett ekonomiku jista’ jkollu dan il-proġett? Jista’ jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jinvolvi lill-privat f’dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern huwa determinat li jtejjeb il-kapaċita’ loġistika ta’ dan il-pajjiż sabiex il-merkanzija li tidħol u toħroġ f’Malta u Għawdex tkun tista’ tagħmel hekk bl-inqas spiża possibbli. Permezz ta’ hekk tiżdied il-kompetittivita’ internazzjonali tal-ekonomija nazzjonali tagħna. Dan it-titjib huwa fl-istess waqt pediment assolutament neċessarju sabiex Malta ssir ċentru loġistiku internazzjonali u b’hekk inkunu nistgħu nisfruttaw il-pożizzjoni ġeografika ta’ pajjiżna fiċ-ċentru tal-Mediterran, nofs triq bejn Port Sajd u Gibilta’ b’mod aktar redditizju milli qatt għamilna s’issa. Dan ser ifisser l-ewwel u qabel kollox aktar impjiegi. Biex dan kollu jseħħ huwa meħtieġ investiment qawwi f’dawk li huma infrastruttura, taħriġ u titjib f’proċeduri amministrattivi aktar effettivi. Dan il-gvern qed jaħdem fuq pjan dettaljat ta’ dak li huwa meħtieġ li jsir. Meta din il-ħidma titlesta jkun hemm sejħa għall-espressjonijiet ta’ nteress biex investituri privati jissieħbu mal- Gvern fit-twettiq tal-pjan.

Settur tal-gaming – proċess ta’ due diligence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb biex jissaħħaħ il-proċess, diġà rigoruż, ta’ due diligence li jgħaddu minnu kumpaniji qabel jingħataw il-liċenzja sabiex joperaw fis-settur tal-gaming, wara każijiet li ħarġu fil-pubbliku fl-aħħar ġimgħat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita bdiet proċess dettaljat ta’ “review” bl-assistenza ta’ esperti tekniċi barranin, sabiex tizgura li l-proċessi relatati ma “due diligence” ikunu ta klassi mondjali biex b’hekk Malta tkun “a best practice regulator” f’dan il-qasam. Dan ir-“review” jista jwassal biex l-Awtorita tammeljora il-proċessi ezistenti li diġa huma ta livell għoli meta ikkomparat ma’ Awtoritajiet simili barranin. Barra min hekk, L-Awtorita bdiet ukoll il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-4th Anti Money Laundering Directive li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea f’Ġunju ta’ din is-sena. Dan sabiex Malta tkun fost l-ewwel pajjizi li taddotta din id-direttiva li trid tiġi mplimentata sa Ġunju tal-2017.