Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28164 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenzji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' impjiegi ġodda bejn Jannar 2001 sa llum kien ta' erbgħa.
Leg 9 PQ #28214 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Fish Farms / Tuna Penns

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2001 xi studji saru fuq l-impatt ambjentali tal-fish farms u t-tuna penns li għandna mal-kosta tal-gzejjer tagħna? X'konklużjoni waslu għalihom dawn l-istudji? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda kopja ta' dawn ir-rapporti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2001 saru tliet studji fuq l-impatt ambjentali relatati ma' proposti għal fish farms u tuna penns. Tnejn minn dawn l-istudji ġew finalizzati, filwaqt li l-ieħor għadu qed jiġi pproċessat. Dawn l-istudji wrew li filwaqt li l-fish farms u t-tuna penns għandhom ċertu mpatt fuq l-ambjent, dan l-impatt jista' jiġi mmitigat permezz ta' numru ta' miżuri, fosthom siting bil-ħsieb. L-istudji wkoll irrakomandaw li jiġi attwat programm ta' monitoraġġ ta' l-ambjent. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti taż-żewġ studji li ġew konklużi.
Leg 9 PQ #28108 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Triq Hompesch — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu pprogrammat li jdum ix-xogħol fuq Triq Hompesch Fgura? Jista' l-Ministru jgħid jistax isir xi ħaġa sabiex il-ħwienet f' din it-triq ibatu l-anqas inkonvenjent possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #28109 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dranaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa fir-residenza 3 'Toniana' Triq il-Farfett tal-Fejgel, Zabbar peress li kull meta tagħmel ħarba xita, din ir-residenza jidħlilha d-dranaġġ? Jista' l-Ministru jara li dan il-każ jingħata attenzjoni immedjata peress li issa waslet biex tibda x-xitwa u allura l-istaġun tal-maltemp?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li peress li kienet identifikata ħsara fil-main prinċipali li għaddej minn din it-triq , u wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji, anki permezz ta' CCTV camera, inħarġet tender biex isiru x-xogħlijiet relatati mat-tiswija. Ix-xogħlijiet qegħdin preżentament isiru minn kuntrattur.
Leg 9 PQ #28207 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Fawran tad-Dranaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni għala ġurnata wara oħra qiegħed ikun hemm fawran tad-dranaġġ b' mod regolari f' Mosta road H'Attard?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li qiegħed isir tindif fil-mina f'Mosta Road, Attard. Meta dan it-tindif jitlesta mhux mistenni li joħroġ drenagg f'din it-triq. Nstab li kien hemm xi ġebel f'manhole partikolari li kienet mgħottija bit-tarmac li ngħata xi sena ilu. Fil-fatt saru xi xogħlijiet u aktar spezzjonijiet fuq il-main dalgħodu stess.
Leg 9 PQ #28209 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Żbroff tad-Dranaġġ — Ibħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid f' liema lokalitajiet ġie rappurtat żbroff tad-dranaġġ fil-baħar mill-1 ta' Ġunju 2001 sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress illi qiegħda tinġabar l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant, ir-risposta tingħata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #28024 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Scotch Pine Street

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex titneħħa l-iskip li hemm wara Scotch Pine street, San Ġwann ħdejn ir-roundabout billi din qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #28060 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St. James Cavalier

Question

Jista' l-Ministru jgħid min meta beda jintuża St. James Cavalier għal wiri ta' films fuq bażi ta' cinema kummerċjali? Kemm attendew persuni f'dan ic-cinema minn meta beda jopera sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #28065 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Ambjent

Miżieb — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux se jittieħdu passi biex ma jibqax jiżbokka drenaġġ fil-Miżieb c/o Mellieħa (fin-naħa tal-Majjistral) liema drenaġġ qed jiżbokka minn boreholes tad-drenaġġ stess?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol huwa konness mal-Master Plan tas-sistema tad-drenaġġ għal Malta. Fil-fatt, pjanijiet li huma konnessi ma' dan ix-xogħol huma lesti u x-xogħol mistenni jibdas-sena d-dieħla. Ix-xogħol jikkonsisti f'main li jkun għaddej mill-inħawi.
Leg 9 PQ #28098 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Tisbiħ ta' l-Ambjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti u x'tipi ta' ftehim għandu mal-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex għall-finijiet ta' tisbiħ ta' l-ambjent fil-lokalitajiet rispettivi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru m'għandu l-ebda tip ta' kuntratt mal-Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex għall-finijiet ta' tisbiħ ta' l-ambjent fil-lokalitajiet rispettivi. Li jeżistu huma xi Voti Kapitali li minnhom isiru proġetti ta' tisbiħ f'diversi lokalitajiet f'Malta.
Leg 9 PQ #27896 Sitting 600 2001-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjan ta' l-estensjoni tas-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija? Meta se jsiru x-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li m'hemmx ħsieb li fil-futur qarib issir xi forma ta' komunikazzjoni tad-Drenaġġ mas-sistema eżistenti tar-Rabat. Fil-fatt, illum il-Baħrija teżisti sistema tad-drenaġġ fejn il-mains tad-drenaġġ imorru ġo fossa komuni kbira li titbattal mill-Gvern stess. Qiegħda tiġi studjata possibbilta' ta' impjant żgħir ta' trattament għal dan il-lokal.
Leg 9 PQ #27870 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ġnien il-Marġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex jiġi kontrollat il-fawran tad-drenaġġ fl-inħawi ta' ġnien il-Marġa l-Baħrija L/O Rabat? Jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi għan-normal u ċioe li jiżdiedu l-bowsers tal-fossa tad-drenaġġ f'dawn l-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn nhar it-Tnejn 16 ta' Lulju beda jsir tbattil tal-fossa tal-Baħrija minn kuntrattur ġdid peress illi l-kuntratt l-antik spiċċa. Il-problema ta' fawran tal-fossa tal-Baħrija għaldaqstant għandha tispiċċa.
Leg 9 PQ #243 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Triq il-Furnar — Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Furnar - Qormi se titnaddaf mill-iskart kbir li hemm għaliex din it-triq qed issir bħal miżbla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #295 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Drainage — Triq il-President Anton Buttiġieġ, Zejtun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li parti minn Triq il-President Anton Buttiġieġ, Zejtun fejn hemm mill-anqas xi 20 familja tinsab mingħajr drainage? Billi l-familji l-oħra fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, Zejtun għandhom is-servizz tad-drenaġġ, mgħoddi w hija l-aħħar biċċa tat-triq li tagħti għal Triq Xorb l-Għaġin (Żejtun) li hi bla estensjoni tad-drainage, possibli fl-aħħar jittieħdu passi biex din l-estensjoni tad-drainage issir għax dawn il-familj qed ibatu inkonvinjenza kbira?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-estensjoni msemmija għandha bżonn ta' xi 'easements' minn ġo l-għelieqi. Malli nirċievu l-'clearances' kollha meħtieġa, tkun tista' tinħareġ tender għax-xogħlijiet. Hu maħsub li dan ix-xogħol ikun inkluż fil-programm tax-xogħlijiet tad-Dipartiment tad-Drenaġġ għas-sena 2002.
Leg 9 PQ #299 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Tindifa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir tindifa ġenerali liz-zona industrijali Tal-Ħandaq f'Ħal Qormi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet innotata u x-xogħol għandu jinbeda hekk kif jitlestew xogħlijiet aktar urġenti.
Leg 9 PQ #315 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Greenlines

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji deċiżivi kienu li wasslu biex tintagħżel il-Kumpanija Greenlines għat-tindif tas-Cesspits mill-areas residenzjali li fejn għad m'hemmx drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Greenlines intagħżlet flimkien ma' kumpanija oħra biex jitbattlu l-fosos mill-'areas' residenzjali fejn m'hemmx drenaġġ għaliex tagħhom kienu l-irħas offerti u l-kumpaniji magħżula huma attrezzati biżżejjed biex jagħmlu x-xogħol b'mod sodisfaċenti.
Leg 9 PQ #27839 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Kottonera — Appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-proġett tal-Kottonera f'dak li għandu x'jaqsam ma' bini ta' appartamenti u minn 80 issa se jibnu 125? Hemm xi kundizzjonijiet ġodda għall-iżviluppaturi wara dan it-tibdil? Liema huma l-kundizzjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' appartamenti li ser jinbnew bħala parti mill-proġett tal-Kottonera huwa governat mill-permess ta' l-iżvilupp kif jinħareġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #27854 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Sanctuary Street

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il-katusi li hemm fl-isprall quddiem 63 Sanctuary Street, San Gwann ma jitħallewx jimblukkaw ruħhom kull meta tagħmel l-ewwel xita?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #27864 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Southern Concrete

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27764, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar dan il-każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kwestjoni tal-latrina ġiet imressqa quddiem il-Kumitat Park Nazzjonali Ta' Qali li ser jikkonsidra jekk għandhiex titwaqqa' u tinbena mill-ġdid x'imkien ieħor wara li tiġi eżaminata l-kundizzjoni tal-latrina eżistenti u l-ħtiġijiet ta' dawk l-inħawi.