Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35039 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Provvista ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-Ministru f'seduta tal-Parlament jgħid li qed jiġi provdut ilma lill-bdiewa li jitolbuh fl-inħawi ta' l-aħrax tal-Madonna, l-Mellieħa u f'seduta oħra jgħid li ma jistax ikun li jipprovdi l-ilma lill-bdiewa ta' dawk l-inħawi għas-spejjeż tax-tax payers?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħidli għal liema seduti qiegħed jirriferi.
Leg 9 PQ #35002 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu dan li ġej: Bord Kumpens/Benefiċċji Agricultural Export Marketing Board Chairman: Lm750 fis-sena Membri: Lm350 kull wieħed fis-sena Kummissjoni dwar l-Għajnuna Finanzjarja xejn Bord Konsultattiv dwar il-Frott u Ħxejjex xejn Bord dwar is-Sajd xejn Bord Konsultattiv dwar l-Inbid xejn School Arbor Committee xejn Bord dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi xejn Kumitat Jum Dinji ta' l-Ikel xejn
Leg 9 PQ #34970 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Metodu Organiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' varjetajiet ta' ħxejjex li tkabbru bi prova b'metodu organiku fil-farm esperimentali tal-Għammieri mill-1999 'l hawn? X'tip ta' varjetajiet ta' ħxejjex kienu? X'livell ta' ċertifikazzjoni nkisbet u fejn saret l-analiżi ta' dawn il-prodotti sabiex ikun stabbilit il-livell tal-produzzjoni agrikola organika f'Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma sar l-ebda tkabbir ta' ħxejjex b'metodi organiċi fil-qasam esperimentali tal-Għammieri, la qabel l-1999 u lanqas wara.
Leg 9 PQ #34972 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Irżieżet

Question

Jista' l-Ministru jgħid skond in-normi tal-liġijiet ta pajjiżna l-bdiewa huma permessi li jbiegħu frott u ħxejjex dirett mill-irżieżet tagħhom? Hemm xi proċeduri partikolari li l-bdiewa jridu jsegwu sabiex jkunu jistgħu jbiegħu huma stess mill-irżieżet tagħhom? Jirrikjedu xi permess? Minn huma l-awtoritajiet kompetenti li qed jimponu kontra dan id-dritt tal-bdiewa? U għaliex qed jimponu kontra dan id-dritt tal-bdiewa Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma hemm xejn xi jżomm lill-bdiewa li jbiegħu frott u ħxejjex direttament mill-għalqa tagħhom (farm gate). Sa fejn hu magħruf ħadd ma qed iżomm lil xi bdiewa li jbiegħu prodotti agrikoli mill-għalqa tagħhom.
Leg 9 PQ #35240 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prezz tal-Ħobż

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kwalita' kien u x'kien jissejjaħ id-dqiq/qamħ tal-ħobż Malti, qabel ma għola u issa li f'Awissu għola fil-prezz?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #34823 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li 'il fuq minn 25 bidwi fl-aħrax tal-Mellieħa fil-parti magħrufa tal-Madonna, stqarrew miegħi li qabel it-2 ta' Lulju ħadd mid-dipartiment tal-biedja ma kelliemhom jew provdilhom ilma, kif weġibt int għall-mistoqsija tiegħi, tista' jekk jogħġbok tiprovdi l-ilma, peress li barra n-nixfa ta' uċuħ tar-raba' hemm l-annimali fl-inħawi li huma milquta' ukoll? Meta u min huwa l-persuna li l-bdiewa jridu jikkuntatjaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Wara li sar survey minn nies tat-Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali, bil-kooperazzjoni tal-bdiewa tal-post, ta' l-art milquta minn nuqqas ta' ilma, qed isiru arranġamenti biex min irabbi l-bhejjem ikun pprovdut bl-ilma għalihom. Jien infurmat li hu mpossibli li jingħata ilma bil-bowser għall-uċuħ tar-raba minħabba l-kobor ta' l-art milquta u minħabba li m'għamlitx xita biżżejjed biex ikun hawn ħażna adekwata ta' ilma. Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-volum ta' ilma fl-aquifers ma jiddependix mid-Dipartiment iżda huwa marbut ma kemm tagħmel xita u ma kemm isir ippumpjar ta' ilma mill-istess aquifers.
Leg 9 PQ #34788 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Programm Edukattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali li jintużaw għall-programm edukattiv 'ngħożżu l-biedja' fl-Għammieri li nbiegħu matul l-1999, 2000, 2001 u din is-sena? X'kienet r-raġuni li nbiegħu u kemm daħlu fi flus għalihom?

Response (ZAMMIT, NINU)

----------------- Jien infurmat li l-bejgħ ta' l-annimali li kienu jintużaw fil-programm edukattiv ' ngħ oż ż u l-biedja' fl-Għammieri sar kif ġej: 1999 2000 2001 2002 Rhea -- -- -- -- Lama -- 1 -- -- (Lm162.90) Ponies -- 1 -- 3 (Lm 20.00) (Lm316.00) Pigmy Goats -- 1 3 -- (Lm 11.00) (Lm 24.00) Dawn l-annimali nbiegħu għaliex minħabba wild kien hemm numru ta' annimali żejda.

Floriana — Żbir ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jinżabru s-siġar fi Triq Sir Luigi Preziosi Floriana peress li dan ilu ħafna ma jsir u hu ta' nkonvenjent għar-residenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-siġar li hemm ħdejn il-ġnien Sir Luigi Preziosi nżabru f'Diċembru 2000. Peress li bħalissa dawn is-siġar, li huma Oleander, huma jkunu bil-fjuri, se jerġgħu jinżabru lejn l-aħħar ta' Settembru.
Leg 9 PQ #34782 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rziezet Reġistrati

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm huwa n-numru ta' rziezet tat-tjur reġistrati f'Malta u Għawdex u kemm minhom jiproduċu summien u dundjani?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-numru ta' rziezet tat-tjur reġistrati f'Malta u Ghawdex hu ta' 441. Dawn huma maqsuma 98 Għawdex u 343 Malta. F'Malta hemm żewġ reġistrazzjonijiet bis-summien u 13 bid-dundjani. F'Għawdex hemm 11-il reġistrazzjoni bid-dundjani.
Leg 9 PQ #34783 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani bit-tagħrif li jien tlabt skond mistoqsija 32741, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista' ta' 539 prodott ta' ikel li fuqhom se jkun hemm special safeguards ta' l-agriculture products li l-UE għanda reġistrati mad-WTO wara li Malta ssir membru ta' l-UE kif spjegat fit-tweġieb tiegħu fis-seduta 720?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nerġa' nirriferi l-Onor. Interpellant għall-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-WTO, li sar qabel u jifforma parti mill-ftehim ta' Maarachesch.
Leg 9 PQ #34785 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Safar

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34032, kemm minn nefqa ta' Lm 38,137 intnefqu sabiex jintbagħtu żgħażagħ, ħaddiema mad-dipartiment tal-biedja, jitħarrġu fuq il-produzzjoni agrikola u kemm fuq il-landscaping urban u rurali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li spejjeż imħallsa bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena għall-taħriġ barra minn Malta ta' impjegati fid-Dipartimenti tal-Biedja u tas-Saħħa tal-Pjanti kienu jammontaw għal Lm 4,636. Kien hemm okkażjonijiet fejn taħrig ingħata bla ħlas mill-istituzzjoni barranija kif ukoll kienu provduti faċilitajiet. Wieħed mill-impjegati għadu għaddej bit-taħriġ. L-ispejjeż għal taħriġ ta' impjegati barra minn Malta ma kinux inklużi fiċ-ċifra li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija 34032. Dan għaliex iċ-ċifra mogħtija kienet tirreferi għal safar konness ma' 'conference' jew 'working'.
Leg 9 PQ #34786 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders li ingħataw mid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mill-2000 sa llum? X'jinvolvu dawn ix-xogħlijiet u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor Interpellant ingħataw "Direct Orders" dwar xogħlijiet u ħwejjeġ simili kif indikat hawn taħt : Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali 2000 Lm Trasport ta' Materjal: 237.25 Servizzi Professjonali: 184.00 Xogħol urġenti fil-Fiddien: 1,147.70 Ħlasijiet: 126.50 Twaħħil ta' rħama: 217.00 Servizzi Professjonali: 330.00 Tindif ta' laboratorji: 329.61 Tindif ta' laboratorji: 239.20 Ġarr ta' Container: 155.25 2001 Lm Servizzi Professjonali: 251.25 Ġarr u clearence ta' containers: 574.00 Servizzi Professjonali: 143.75 Servizzi Professjonali: 172.50 Servizzi Professjonali: 1,497.50 Servizzi Professjonali: 485.00 Tiswija ta' serra: 203.99 Servizzi Professjonali: 460.00 2002 Lm Ġarr u clearence ta' containers: 602.00 Ġarr u clearence ta' containers: 114.96 Xogħol urġenti fuq il-main sewer fl-AR&DC: 230.00 Servizzi Professjonali: 565.00 Estensjoni ta' toilets: 475.00 Bini ta' ħajt fil-Ġonna ta’ San Anton: 402.00 Taqsima għall-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd 2000 Lm Slipways: 199 2001 Lm Slipways: 13,801.90 2002 Lm Slipways: 8,096.10 Dawn id-Direct Orders ingħataw għax ma kienx hemm min jagħti offerti oħra.

Ġnien Romeo Romano

Question

Jista' l-Ministru jgħid rigward il-ġnien Romeo Romano: liema xogħlijiet i) saru f'dawn l-aħħar snin ii) se jsiru fiż-żmien li ġej?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li f'dawn l-aħħar snin saru diversi xogħlijiet ta' manutenzjoni u tisħiħ fi ġnien Romeo Romano, Santa Venera. Dawn kienu jinkludu: 01. tnaddfu u nksew mill-ġdid żewġt ibjar; 02. tindif u kisi tal-ġibjun il-kbir minn fejn inġabru wkoll 25 skip mill-kbar imbarazz; 03. tiswija ta' drenaġġ li kien jiskula fil-ġibjun; 04. bini ta' żewġ culverts jaqsmu t-triq ta' quddiem il-ġnien biex jilqgħu l-ilma tax-xita għal ġol-ġiebja; 05. restawr għall-istat oriġinali ta' kanali tal-ġebel 'l fuq minn mitt metru tul; 06. tiswija ta' diversi bjut biex ma ssirx aktar ħsara; 07. tqegħid ta' katusi tal-fuħħar li jwasslu ilma mill-bjut għal ġol-ġibjun; 08. tneħħija ta' materjal mill-passaġġi qabel it-tqegħid taċ-ċangatura; 09. stallazzjoni ta' pajpijiet ġodda ta' l-ilma; 10. tqegħid ta' ċangatura; 11. fis-sienja sar xogħol ta' restawr tal-ħitan u ta' travi kif ukoll sar xogħol fuq il-ħadid; 12. xogħol fl-entratura tal-ġnien li ġiet mibdula u attrezzata; 13. tiswijiet ta' ħitan li kienu jinkludu tneħħija ta' ħadid u pajpijiet u tkaħħlu mill-ġdid; 14. tneħħija ta' gallarija tal-ġebel li reġgħet inbniet għall-oriġinal; 15. restawr ta' żewg funtani; 16. bini ta' gaġġa għall-għasafar; 17. livellar ta' ħamrija; 18. tqegħid ta' arbli tad-dawl u bankijiet; u 19. kisi ta' żewġ btieħi biċ-ċangatura. Xogħlijiet li ser isiru fill-futur huma: 01. tkomplija ta' tiswijiet tal-ħitan madwar u fil-ġnien; 02. jitkompla xogħol ta' tqegħid ta' ċangatura fil-passaġġi; 03. tkomplija ta' xogħol ta' restawr fir-razzett; u 04. stallazzjonijiet tad-dawl.
Leg 9 PQ #34777 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

FAO

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 31375 għas-sena 1998? Meta kien żar Malta id-direttur ġenerali tal-FAO?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Direttur Ġenerali tal-FAO kien żar Malta bejn it-12 u l-14 ta' April 1997, meta l-istess Onor. Membru kien Ministru. Nerġa' ntenni li ma jirriżulta mkien li kien sar xi ftehim bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd u l-FAO. Jekk l-Onor. Interpellant, bħala l-Ministru responsabbli dak iż-żmien, għandu xi kopja tal-ftehim li qed jgħid li sar, napprezza ħafna jekk jgħaddili kopja.
Leg 9 PQ #34780 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bid-dettall li jiena tlabt f'mistoqsija 32740, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista' ta' 87 prodott ta' l-ikel li se jkunu suġġett ta' kwota u tariffa wara li Malta ssir membru ta' l-UE kif spjegat fit-tweġieb tiegħu fis-seduta 720?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nerġa' nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-TARIC ta' l-Unjoni Ewropea, fejn isib l-informazzjoni kollha.
Leg 9 PQ #34943 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Marfa

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34729, meta huwa maħsub li tkun lesta l-ħidma biex tkun stabbilita l-kawża tan-nuqqas ta' ilma mhux tas-soltu fl-ispejjer tal-Marfa.

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħidma għadha għaddeja sabiex tinstab il-kawża kif ukoll is-soluzzjoni għal din il-problema. Pero nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-volum ta' ilma fl-aquifers ma jiddependix mid-Dipartiment iżda huwa marbut ma kemm tagħmel xita u ma kemm isir ippumpjar ta' ilma mill-istess aquifers.
Leg 9 PQ #34744 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għaqdiet, assoċjazzjonijiet, korporattivi tal-bdiewa u raħħala li qablu mat-tneħħija tal-levy tal-biedja? X'kienu r-raġunijiet li matul l-1999 u 2000 qal li l-levy se tibda titneħħa wara li nidħlu fl-UE u issa bdiet titneħħa meta għadna barra mill-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf biżejjed li t-tneħħija tal-levies trid issir nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea u nisfidah li bil-mudell ta' Svizzera fil-Mediterran iġib garanzija lill-poplu Malti mill-Unjoni Ewropea li l-levies jinżammu ad eternum.
Leg 9 PQ #34745 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna tal-Buskett

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-ġonna tal-buskett tħallew daqstant jiddeterjoraw matul l-1999, 2000, 2001 u fl-ewwel 6 xhur ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kuntrarjament għal dak li qed jingħad mill-Onor. Interpellant qegħdin isiru diversi xogħlijiet ta' tiswija fuq ħitan tas-sejjieħ kemm mill-ħaddiema tat-Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali kif ukoll mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Sar rapport minn perit fuq strutturi perikolużi fil-Buskett. Sar ukoll pjan ġenerali li dwaru t-Taqsima qed tistenna xi kummenti mingħand l-Awtorita' dwar it-Turiżmu.
Leg 9 PQ #34747 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna tal-Buskett

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-iżviluppi ta' mistoqsija 32588 - b'referenza għall-istat ħażin li jinsabu fih il-ġonna tal-buskett, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru matul l-1999, 2000, 2001 u l-2002 dwar din is-sitwazzjoni? X'kienu r-raġunijiet li minkejja li skond il-ministru kellhom isiru x-xogħlijiet fir-Razzett tal-Bagħal matul dawn l-aħħar tlett snin, il-bini tar-razzett kompla ġġarraf aktar - ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 34745.

Biċċerija — Pressjoni ta' l-Ilma

Question

Sabiex tiżdied il-pressjoni ta' l-ilma fil-Biċċerija, jista' l-Ministru jara li tibda tiffunzjona l-pompa li ilha stallata mhux ħażin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-biċċerija hemm pressure normali ta' ilma. Madanakollu, ser jiġi ċċekjat l-operat tal-pompa msemmija.