Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li wara iktar minn sena li jien stess irrimarkajt fuq dan, jitwaħħal kurċifiss fil-kamra fejn jiltaqa' l-Bord ta' l-Appelli tal-MEPA peress li sal-lum m'hemmx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li għalkemm mhemmx kurċifiss imwaħħal mal-ħajt fil-Kamra fejn jiltaqa’ l-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), hemm kurċifiss espost fuq il-mejda ta’ l-istess Bord.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsiijiet parlamentari 26387 u 26490 u 26688 u 27036 cioe' : Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il-Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal-gvern. Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil-website tal-MEPA? U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is-Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-triq proġettata, li hija kontinwazzjoni ta' Triq il-Wejba u li tgħaqqad Triq il-Miżien ma’ Triq is-Siegħ, trid tinfetaħ kif inhi ndikata fil-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Minn investigazzjoni li saret mis-sezzjoni ta' l-Infurzar ta’ l-Awtorità irriżulta li l-bini mbarrat imsemmi huwa kopert b'permess bin-numru PA 438/03 maħruġ fil-15 ta' Lulju 2003. Minn informazzjoni li għandi ninsab infurmat li dan il-bini qiegħed skond il-linji uffiċjali hekk kif mogħtija mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Infurmat ukoll li, wara l-ispezzjoni li saret fuq is-sit mit-Taqsima ta’ l-Infurzar ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), ma rriżultax li dan is-sit qiegħed jintuża bħala rubbish dump.
Malta National Lab Co. Ltd/Wasteserve Malta Ltd — Accounts
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq fuq il-mejda tal-Kamra l-accounts tal-Malta National Lab Co. Ltd. u tal-Wasteserv Malta Ltd. għas-snin 2004, 2005 u 2006?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Report and Financial Statements tal-WasteServ Malta Ltd għas-snin 2004 u 2005 taħt forma ta’ compact disc minħabba konsiderazzjonijiet ambjentali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l–accounts għas-sena 2006 għadhom mhumiex iffinalizzati u ser ikunu ffinalizati waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li ser issir għall-aħħar ta’ Lulju 2007.
Dwar il-Malta National Lab Co Ltd nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jivverifika kif inħareġ permess mill-MEPA għall-iżvilupp fi Triq San Pietru, Mġarr proprju biswit "it-tempji ta' Ħaġrat" meta dan l-iżvilupp żgur se jkollu effett mill-aktar negattiv fuq l-istess tempji?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sit li fuqu saret l-applikazzjoni PA 1272/00 fil-fatt huwa diġà mibni u okkupat minn garaxx. Din l-art ilha fiż-żona għall-iżvilupp sa mill-1988 u hija barra l-archaeological buffer zone. Fil-fatt l-applikazzjoni kienet oriġinarjament għall-Demilition of existing garage and construction of a terraced house with an underlying ground floor garage. Din l-applikazzjoni ġiet approvata wara li nbidlu l-pjanti ta’ l-iżvilupp propost u tneħħiet il-basement. L-applikazzjoni, li ġiet approvata ukoll mis-sezzjoni ta’ l-Integrated Heritage Management fi ħdan id-Direttorat ta' l-Ambjent, kienet approvata b’diversi kundizzjonijiet fosthom il-kundizzjoni li jsir monitoraġġ minn arkeologu waqt li jkun qed isir ix-xogħol. Għalkemm l-applikazzjoni ġiet approvata, permess jista’ joħroġ biss wara li tiġi ppreżentata garanzija bankarja ta' Lm2,500 (elfejn u ħames mitt Lira Maltin) biex tiġi salvagwardata din il-kundizzjoni.
Jista' l-Ministru jara li l-enforcement officers tal-MEPA jiċċekkjaw lill-kuntrattur tas-sit tal-Galaxy f'Tas-Sliema peress li kull nhar ta' Ħadd ikun hemm il-ħaddiema jaħdmu bla ebda kopertura fuq il-faċċata u minħabba f'hekk ir-residenti qegħdin jgħixu fi trab kontinwu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li saru ¿ewġ spezzjonijiet il-bieraħ, 15 ta’ Lulju 2007, bejn is-7.30 u t-8.00 u bejn l-10.00 u l-10.30 ta’ filgħodu. Ma ġew innutati l-ebda xogħlijiet fuq is-sit. Is-sit in kwistjoni se jibqa’ taħt sorveljanza. Sadanittant tajjeb wieħed ifakkar li l-pubbliku jista’ jċempel fuq in-numru ta' emergenza ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), Malta 9926 9926 u Għawdex 9924 9924, anke nhar ta' Ħadd, biex jirraporta allegat ksur fil-kundizzjonijiet ta' permess.
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom l-enforcement officers li jaħdmu mal-MEPA f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-enforcement unit ta' Għawdex l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha erba’ (4) enforcement officers. Tnejn minnhom għandom Degree Course fil-Planning. Wieħed għandu Diploma fis Social Studies u bħalissa qiegħed jagħmel Degree fis-Social Policy/Administration. Ieħor għandu ċertifikat fis-Secretarial Studies u o'level passes fil-Matematika, Ingliż, Malti, Computer Studies, Reliġjon u Typing.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli minn terzi quddiem il-MEPA s'issa? Kemm kien hemm deċiżjonijiet li ttieħdu favur jew kontra dawn l-appelli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minn meta twaqqaf il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar, il-Bord irċieva 6,894 appell. Dawn kienu minn:
1. Avviżi biex Tieqaf u/jew ta' Twettiq
2. Permessi għall-Iżvilupp
3. Rifjut ta' Permessi għall-Iżvilupp
4. Skedar ta' Propjetà
5. Emergency Conservation Order
6. Multi/Garanzija Bankarja/Planning Gain
7. Kundizzjoni/jiet tal-Permess
8. PC application
9. GDO/DNO
Minn dawn kienu deċiżi 5,718-il appell.
Mill-1 ta' Jannar 2004 sat-30 ta' Ġunju 2007 il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar irċieva 151 appell minn terzi persuni. Minn dawn ġew deċiżi ħamsin (50) appell kif ġej: wieħed (1) favur l-appellanti (il-permess ġie annullat); wieħed (1) favur l-appellanti (il-permess ġie emendat); erbatax (14) kienu rtirati mill-appellanti; u erbgħa-u-tletin (34) kontra l-appellanti (il-permess baqa' fis-seħħ). L-informazzjoni ma kinitx tinżamm separata qabel is-sena 2004.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun il-budget allokat għall-iskema li jmiss ta' bdil tal-gallariji ta' l-injam fl-urban conservation areas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-baġit allokat għall-iskema ta’ bdil tal-gallariji ta’ l-injam fl-urban conservation areas għas-sena 2007/2008 għadu qed jiġi stmat peress li l-iskema għadha qed tiġi ffinalizzata.
Jista' l-Ministru jivverifika kif il-MEPA laqgħet talba - applikazzjoni MEPA 02588/07 - għal ristorant class 6 fi Triq Mensija, San Ġiljan, meta dan il-fond huwa mdawwar minn djar ta' residenti li għandhom dritt jgħixu fil-kwiet? Jista' jgħidli jekk hemmx oġġezzjonijiet minn nies, residenti u l-kunsill lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant josserva l-prassi maqbula f’din il-kamra dwar applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Iżda sadanittant tajjeb li l-Onorevoli Interpellant jinnota li mis-sit elettroniku pubbliku (website) ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) wieħed jista’ josserva li din l-applikazzjoni PA 2588/07 fil-fatt għadha qed tkun ipproċessata. S’issa daħlu żewġ oġġezzjonijiet minn terzi persuni.
Jista' l-Ministru jgħid meta hi mistennija li toħroġ l-iskema ta' għajnuna mill-MEPA għall-irranġar, titjib u tibdil ta' galleriji? F'liema lokalitajiet se jkunu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27173.
Peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex il-kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur tal-bini m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-MEPA fuq safar matul is-sena 2006, xahar b'xahar? Jista' jgħid fejn kienet id-destinazzjoni ta' kull safra, x'kienet ir-raġuni, min mar f'kull safra u x'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) nefqet Lm43,703.55 f’safar għas-sena finanzjarja 2006. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-bqija tad-dettalji mitlubin mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Affarijiet Rurali u Ambjent — Xogħol sub contracting
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew id-dipartiment ikkonċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jeħtieġ informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qiegħed jirreferi għall-għoti ta' kuntratti pjuttost milli subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara dan fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Irrid inżid li dawn id-direct orders ingataw skond ir-regoli finanzjarji.
Jista' l-Ministru jara li l-ġnien ta' taħt il-bieb prinċipali ta' l-Imdina jitnaddaf peress li llum hemm ħafna skart li jagħti dehra kerha lil dawk l-inħawi li huma tant popolari mat-turisti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.