Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta – EU Information Centre — ħaddiema

Question

Jista’ jgħid kemm mill-persuni kollha li ħadmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, kien hemm impjegati li kienu diġà jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku qabel ma bdew jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre u kemm minnhom ma kenux? Jista’ jgħid kemm baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku wara li l-Malta - EU Information Centre ma baqax jopera u f’kull każ fejn baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku?

Response (VELLA, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #24150 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: TONIO FENECH To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Brussell – Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-attakki terroristiċi fi Brussell fejn impjegat tar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell ġie milqut mill-attakk suwiċida, fejn waslu d-diskussjonijiet dwar Insurance għad-Diplomatiċi, liema diskussjoni ila minn Novembru?

Response (VELLA, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 21309 u ninfurmah li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Leg 12 PQ #23746 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Hemm persuna waħda li taħdem f'dan il-Ministeru u d-dekasteru tiegħu li hija rreġistrata mal-ETC li għandha diżabilita'. Dan ma jeskludix il-fatt li hemm persuni b'diżabilita' li jaħdmu mal-Ministeru u d-dekasteru tiegħu li m'humiex reġistrati hekk mal-ETC, allura ma tistax tingħata ċifra eżatta għal-fini ta' din il-mistoqsija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #23684 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xogħol mogħti lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u d-dekasteru tiegħu ma tawx xogħol lill-kumpanija li l-mistoqsija qed tagħmel referenza għaliha.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xogħlijiet ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u d-dekasteru tiegħu ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija li qed jirreferi għaliha fil-Mistoqsija Parlamentari.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — membri ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?

Response (VELLA, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant għall-fatt li mistoqsijiet bħal dawn fejn tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta' snin, jieħdu ħafna xogħol sabiex jinġabru. L-Onor Interpellant għandu japprezza illi dan il-Ministeru m'għandux la r-riżorsi u lanqas iż-żmien sabiex jiġbor din l-informazzjoni. Għalhekk nitolbu sabiex jindika x'informazzjoni għandu bżonn speċifikament fejn hija meħtieġa.

Istitut tal-Ġustizzja – arranġamenti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7776, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien ġie ffirmat mal-Istati Uniti tal-Amerika għat-twaqqif tal-Istitut tal-Ġustizzja f’pajjiżna u jista’ jinforma lill-Kamra x’ħidma qegħda ssir u xi żviluppi ulterjuri kien hemm?

Response (VELLA, GEORGE)

Minħabba s-sensittivita' tal-ftehim, ma nħossx li għandi npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu, jekk l-Onor. Kollega jixtieq xi informazzjoni, lest li ngħaddihielu. L-Istitut beda jopera fl-20 ta' Ġunju 2014. Mit-twaqqif tiegħu aktar minn 1,000 professjonist (leġislaturi, pulizija, prosekuturi, imħallfin) minn partijiet differenti tad-dinja attendew programmi dwar kif għandhom jiġu indirizzati t-terroriżmu u attivitajiet kriminali transnazzjonali fil-qafas tal-istat tad-dritt. Għalkemm il-mandat tal-Istitut huwa ta' natura globali, ħafna mill-programmi ġew organizzati għall-pajjiżi fl-Afrika ta' Fuq, il-Lvant Nofsani, kif ukoll għall-pajjiżi fil-Punent u fit-Tramuntana tal-Afrika.

Brighton Declaration – Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Brighton Declaration tal-2009 tal-Kunsill tal-Ewropa u jgħid jekk Malta ffirmathiex u meta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ma hemm l-ebda Brighton Declaration tal-2009 imma Brighton Declaration tal-2012, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra. Din id-dikjarazzjoni ġiet addottata unanimament mill-pajjiżi membri tal-Kunsill tal-Ewropa.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u d-dekasteru tiegħu taw direct order lill-kumpanija msemmija fil-mistoqisja parlamentari. Id-dettalji huma: Date Cost of Work in € For 16/11/2005 1992.78 Professional Fee and Administration costs regarding Maltese Libyan Arab Fishing Co. Ltd.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija msemmija ma ngħatatx xogħolijiet mill-Ministeru għall-Affariiet Barranin u dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija msemmija ma ngħatatx xogħolijiet mill-Ministeru għall-Affariiet Barranin u dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Voice of the Mediterranean — Managing Director – pakkett finanzjarju u perkeċċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha tal-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra li kien jirċievi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sena b’sena, fi żmien li dam jokkupa l-kariga ta’ Managing Director tal-istazzjon Voice of the Mediterranean? Jista’ jagħti d-dati li matulhom l-istess persuna dam jokkupa l-kariga ta’ ambaxxatur? Jisa’ jgħid jekk kienx intgħażel wara sejħa pubblika?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji kollha tal-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra li kien jirċievi l-individwu kkonċernat, sena b’sena, fi żmien li dam jokkupa l-kariga ta’ Managing Director tal-istazzjon Voice of the Mediterranean kienu: Sena Deskrizzjoni (1 ta’ Lulju sa 31 ta’ Diċembru 2000) Salarju fis-sena ta’ LM 6,278 bonuses statutorji Hospitality Allowance annwali liema benefiċċju kien jiġi mħallas wara preżentazzjoni tal-irċevuti ta LM700 fis-sena (1 ta Jannar 2001 sa 30 ta’ Ġunju 2003) Salarju fis-sena ta’ LM9,000 bonuses statutorji Hospitality Allowance liema benefiċċju kien jiġi mħallas wara preżentazzjoni tal-irċevuti ta’ LM 700 fis-sena Karozza bi spejjeż kollha mħallsa u spejjeż ta’ fuel mħallsa kull ġimgħa ta’ LM10 (1 ta’ Lulju 2003 sa 31 ta’ Diċembru 2003) Salarju ekwivalenti għal Skala 4 tal-Iskali tas-Servizz Pubbliku LM9,950 bonuses statutorji Hospitality Allowance ta’ LM700 fis-sena liema benefiċċju kien jitħallas wara preżentazzjoni tal-irċevuti Karozza bl-ispejjeż kollha mħallsa u LM10 fuel kull ġimgħa Faċilitajiet ta’ telefon 2004 Terminal Benefits u Notice Money ta’ LM4,209.70 Din il-persuna okkupat il-kariga ta’ Ambaxxatur mhux Residenti bejn l-14 t’April 2003 u 31 ta’ Marzu 2004. Huwa okkupa wkoll il-kariga ta’ Ambaxxatur Residenti bejn l-1 ta’ April 2004 sat-30 ta’ Settembru 2007. Il-persuna ntagħżlet wara nomina mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin nhar is-27 ta’ Ġunju 2000 u għaldaqstant ma saret l-ebda sejħa pubblika.

Ambaxxatur – pakkett finanzjarju u perkeċċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha tal-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra li kien jirċievi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sena b’sena, fi żmien li dam jokkupa l-kariga ta’ ambaxxatur? Jista’ jagħti d-dati li matulhom l-istess persuna dam jokkupa l-kariga ta’ ambaxxatur?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija kienet tokkupa l-kariga ta’ Ambaxxatur mhux residenti bejn l-1 ta’ April 2003 u t-30 ta’ Marzu 2004 u l-kariga ta’ Ambaxxatur residenti bejn l-1 ta’ April 2004 u t-30 ta’ Settembru 2007. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fit-tabella hawn taħt : 2003 2004 2005 2006 2007 Onorarja €3,444.99 €1,158.64 - - - Global Emoluments - €41,945.96 €56,030.00 €56,030.00 €47,471.81 Representation Allowance - €2,441.38 €3,261.12 €3,261.12 €2,448.07 Transferimenti ta’ affetti personali, inkluża insurance - €4,704.27 - - €5,926.00 Settling-in allowance - €8,484.99 - - - Outfit Allowance - €941.20 - - - Telefon - €4,861.21 €6,023.50 €6,509.22 €3,467.96 Vjaġġi - €587.00 €4,245.14 €3,191.96 €1,682.04 Bħal diplomatiċi oħra, il-persuna kienet intitolata wkoll għal rimbors ta’ 90% tal-ispejjeż mediċi tagħha u tal-familjari li akkumpanjawha barra minn Malta.

L-Awtorità Libjana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-Nazzjonijiet Uniti (UN) talbitx lill-Malta biex tospita l-Awtorità Libjana li għandha l-barka tagħhom biex tifforma Gvern ġdid biex titmexxa l-Libja? Jekk iva, kemm-il darba saret din it-talba u x’kienet it-tweġiba tal-Gvern Malti?

Response (VELLA, GEORGE)

Ir-relazzjoni ta’ Malta mal-awtoritajiet tal-Ġnus Magħquda, u mar-rappreżentanti tagħhom għal-Libja, kemm Bernardino Leon kif ukoll Martin Kobler, dejjem kienu mill-aħjar. Dwar is-sitwazzjoni fil-Libja matul iż-żmien kien hemm ħafna żviluppi. Mhix prassi internazzjonali li diskussjonijiet bħal dawn isiru pubbliċi. Jekk u meta jkun hemm xi żviluppi dawn isiru magħrufa lill-pubbliku.

Ambaxxata Maltija f’Budapest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nfetħet u meta ngħalqet l-Ambaxxata Maltija f’Budapest? Kemm swiet, sena b’sena, fi spejjeż rikurrenti u kapitali separatament? Min kien l-Ambaxxatur matul dan iż-żmien? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur kienx maħtur mis-servizz diplomatiku? X’kien il-ħlas li kien jirċievi l-Ambaxxatur?

Response (VELLA, GEORGE)

L-Ambaxxata Maltija f’Budapest infetħet fl-1 ta’ Ottubru 2003 u fit-30 ta’ Ġunju 2005. Ta’ min jirrimarka li l-fatt li l-Ambaxxata ngħalqet wieħed u għoxrin xahar wara li fetħet ma tantx jindika li kien hemm xi studju profond wara d-deċiżjoni li tinfetaħ. L-ispejjeż fuq din l-Ambaxxata kienu dawn: 2003 2004 2005 Rikorrenti €61,327 €346,085 €218,084 Kapitali - €89,875 - L-ispiża kapitali tinkludi x-xiri ta’ karrozza għal €32,435. L-Ambaxxatur kien Dr Noel Buttigieg Scicluna, li kien inħatar minn barra s-servizz diplomatiku. Il-ħlas li rċieva l-Ambaxxatur kien €15,964 fl-2003, €64,099 fl-2004 u €30,163 fl-2005.

Kontribuzzjonijiet dovuti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sab kontijiet dwar kontribuzzjonijiet dovuti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li kienu għadhom ma tħallsux sal-aħħar tas-sena 2012?

Response (VELLA, GEORGE)

Sal-aħħar tas-sena 2012 kien hemm kontijiet pendenti dovuti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jaqgħu taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru għall-Affariiet Barranin fil-valur ta' €845,632.

Kontijiet dwar ivvjaġġar mhux imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sab kontijiet għal ivvjaġġar li kienu għadhom ma tħallsux sal-aħħar tas-sena 2012?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li sibt kontijiet għal €10,448.44 għal ivjaġġar li kien għadhom ma tħallsux sal-aħħar tas-sena 2012.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – inizjattivi dwar id-diżarm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu mill-Ministeru tiegħu dwar id-diżarm minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u llum, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kompla jippromovi l-pożizzjoni tradizzjonali ta’ Malta ta’ appoġġ qawwi u kontinwu lill-isforzi ta’ diżarm madwar id-dinja. Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Globali fi ħdan il-Ministeru jaħdem id f’id mal-Missjonijiet tagħna, u partikolarment mar-Rappreżentanti Permanenti ta’ Malta f’Ġinevra u New York, kif ukoll mal-Ambaxxati tagħna f’Vjenna u The Hague, bil-għan li naffermaw u nsaħħu trattati, konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali fuq id-diżarm. Malta ukoll tieħu sehem bħala osservatur f’numru ta’ sessjonijiet tal-konferenza dwar id-diżarm li jinżammu f’Ġenevra matul is-sena. F’dan il-kuntest, Malta tingħaqad ma’ pajjiżi oħra sabiex tisponsorja u tivvota favur rizoluzzjonijiet u inizjattivi dwar id-diżarmi. Il-Ministeru u l-Missjonijiet tagħna jipparteċipaw f’diversi laqgħat internazzjonali, inklużi l-laqgħat tal-Gruppi ta’ Ħidma tal-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea li jseħħu fi Brussel, primarjament il-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Diżarm Globali u l-Kontroll tal-Armi (CODUN). Il-Ministeru huwa wkoll involut fil-preparazzjoni ta’ dossiers għal diversi laqgħat li għalihom jattendu uffiċjali tal-Gvern fuq dan is-suġġett. Matul dan il-perjodu, il-Ministeru kompla jippromovi l-ħtieġa għad-diżarm f’numru ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari fil-Mediterran u l-Lvant Nofsani. Tajjeb li jingħad li Malta hi waħda mill-pajjiżi ewlenin li tisponsorja r-rizoluzzjoni li titressaq kull sena fl-Ewwel Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda ‘Strengthening of Security and Cooperation in the Mediterranean’ liema rizoluzzjoni tkun adottata unnaminament mill-Plenarja tal-Assemblea Ġenerali. Malta kompliet issegwi mill-qrib il-qagħda mwera fil-Libja, u l-konsegwenzi li jistgħu jiżvolġu jekk is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata kif meħtieġ, kif ukoll is-sitwazzjoni ġewwa s-Sirja. Il-Ministeru appoġġja l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE fuq il-ġestjoni ta’ armi żgħar u armamenti ħfief (SALW) fil-Libja u ta wkoll kontribut finanzjarju għall-Fond Fiduċjarju li twaqqaf mill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi mmirata lejn il-qerda ta’ armi kimiċi fis-Sirja, att li wera bis-sħiħ l-impenn sod ta’ Malta fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Barra minn hekk, Malta appoġġjat pubblikament is-sejħa lis-Sirja biex tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-programm ta’ armi kimiċi tagħha jkun kompletament u irriversibbilment eliminat. Fil-qasam tad-diżarm nukleari tajjeb li nsemmi wkoll li Malta kienet waħda mill-ewwel pajjiżi fost 113-il pajjiż li appoġġa u sponsorja, fuq inizjattiva tal-Awstrija, il-‘Humanitarian Pledge’ addottata mill-‘Vienna Conference on the Humanitarian Impact of Nuclear Weapons’ li nżammet f’Diċembru 2014. Din il-konferenza ndirizzat il-konsegwenzi umanitarji ta’ kull użu ta’ armamenti nukleari fuq is-saħħa, l-ambjent, l-agrikoltura u s-sigurta’ tal-ikel, migrazzjoni u l-ekonomija, fost setturi oħra. Fl-2013, Malta hija kburija li ppresjediet is-sessjoni tal-Kummissjoni tad-Diżarm tal-Ġnus Maqgħuda permezz tar-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta. Is-sessjoni sostantiva ikkonkludiet b’suċċess hekk kif ir-rapport tagħha ġie adottat b’kunsens. Ukoll fl-2013, Malta ffirmat it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (Arms Trade Treaty) u irratifikatu s-sena ta’ wara, biex b’hekk kienet parti mill-ewwel 50 ratifika meħtieġa sabiex it-Trattat jidħol fis-seħħ.

Kunsill tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima — kandidatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma wettaq il-Ministeru tiegħu biex tkun promossa l-kandidatura ta’ Malta għall-Kunsill tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (l-IMO)? X’kienu r-riżultati ta’ din il-ħidma?

Response (VELLA, GEORGE)

Matul dawn l-aħħar sentejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħa diversi inizzjattivi sabiex il-kandidatura ta’ Malta tiġi promossa bis-sħih. Saru numru ta’ laqgħat bilaterali sabiex jintalab l-appoġġ għall-kandidatura ta’ Malta. Fl-istess ħin, ir-Rappreżentazzjonijiet u l-Ambaxxati ta’ Malta bagħtu talbiet għall-appoġġ għall-kandidatura ta’ Malta lir-Rappreżentazzjonijiet akkreditati lill-istess pajjiż jew Organizzazzjoniet Internazzjonali, li kienu kkumplimentati minn rappreżentazzjonijiet personali sabiex jgħinu biex jiġi akkwistat l-akbar numru ta’ konfermi ta’ appoġġ possibli. Il-Ministeru bagħat, direttament jew permezz tar-Rapreżentazzjonijiet u l-Ambaxxati ta’ Malta, talbiet għal appoġġ reċiproku għal skambju ta’ voti. Dan ix-xogħol sar f’ħidma u koordinazjoni ma’ Transport Malta u mal-Ambaxxatur Malti għall-IMO. B’rizultat ta’ din il-ħidma, fl-elezzjoni li seħħet fit-23 ta’ Novembru 2015, Malta ġiet eletta fil-Kunsill tal-IMO b’136 vot minn 155 vot disponibli, l-ogħla numru ta’ voti mill-2011 'l hawn. Dan ir-riżultat daqshekk pożittiv huwa turija tal-apprezzament tax-xogħol li twettaq Malta f’din l-Organizzazjoni kif ukoll ir-rispett li jgawdi pajjiżna.