Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjant ta' riċiklaġġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27679 u jgħid meta se jitlesta l-Impjant ta' Riċiklaġġ ta' drenaġġ fil-Qammiegħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l-kuntratturi (Joint Venture) responsabbli mix-xogħolijiet fuq l-imsemmi impjant, sabiex tkun stabbilita d-data meta ser ikun jista jibda jopera l-impjant. Dan wara li l-fornitur Taljan naqas milli jibgħat xi tagħmir fiż-żmien li suppost bagħtu. Id-data tkun tista tingħata pubblikament appena jkun hemm qbil finali bejn il-partijiet konċernati.

Barranin li jaħdmu t-tarzna

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27513, 27341 u 27197 u jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt? Ta' liema nazzjonalita huma? Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt? Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il-barranin? Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l-impjegati barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Lufthansa Tecknik

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27528 cioe': Peress li l-Prim Ministru ħabbar li l-bini tal-hanger ġdid għall-kumpanija Lufthansa Tecknik hu joint venture bejn il-gvern u l-kumpanija jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-ispejjeż tal-bini li se jitħallas mill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27531 u jgħid f'liema stadju wasal il-bini taż-żewġ impjanti tat-trattament tad-drenaġġ fil-Mellieħa u Għawdex? Meta hu maħsub li se jitlestew dawn l-impjanti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex jinsab fi stat avvanzat u hu mistenni li jibda jopera fi żmien qasir. Rigward l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ tal-Mellieħa nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 27796.

Ricasoli — Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27557 u jgħid kemm ġew rilokati fabbriki minn Ricasoli sabiex isir il-proġett ta' SmartCity? Fejn ġew rilokati dawn il-fabbriki kull waħda separatment? Liema fabbriki (bl-isem) ma ġewx rilokati għax huma abbandunati eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23550.

Lighting poles

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-Enemalta kemm xtrat steel poles, kemm transmission u kemm lighting poles u kemm ħallset għalihom sena b'sena mill-2004 sal-lum? Kif xtrat u kemm ġew jiswew l-istreet lanterns kollha (70W, 150W, 250W) li nxtraw mill-Enemalta bejn 2000 sal-lum sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MITI — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 25603.

MITI — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għad-domanda tiegħu hija fin-negattiv.

Xewkija Għawdex — Premises ta' l-Enemalta

Question

B'riferenza għall-premises ġodda ta' l-Enemalta li se jsiru fix-Xewkija, Għawdex, peress li f'dawn l-inħawi hemm problema ta' kumulu ta' ilma fl-istaġun tax-xita, jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux xi miżuri dwar dan sabiex jiġu protetti r-residenzi fi Vjal il-Labour?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mhuwiex mistenni li x-xogħol fuq is-sit imsemmija se jkollha effett fuq is-sistema eżistenti tal-culverts ta storm water cioe tal-ilma tax-xita. Il-kuntrattur ta' l-Enemalta ser ikun responsabbli għad-drenaġġ tas-sit, li ser isir minn naħa t'isfel u mhux minn ħdejn id-djar tar-residenti.

Wire tad-dawl

Question

Tista' l-Ministru tara li jitneħħa l-wire tad-dawl antik 3 phase, li jinsab ħdejn il-post d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament, li minnu ħareġ n-nar u huwa perikoluż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret, ma jirrżultax li l-cable għandu bżonn jinbidel u l-anqas li ħareg in-nar minnu u li hu perikoluż.

Birkirkara — Fawran ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi l-problema fis-sistema tad-drenaġġ fit-toroq ta' Birkirkara li bħalissa qiegħed isir xogħol fihom mill-kunsill peress li qiegħed ikun hemm fawran tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq li bħalissa qiegħed isir xogħol fihom mill-Kunsill Lokali huma:- Triq San Gużepp Sqaq Matluwa Triq is-Salib Mqaddes Triq il-Kbira (ħdejn l-Għassa tal-Pulizija) Ma hemm l-ebda problemi fis-sistema tad-drenaġġ u ma kien hemm l-ebda fawran riċenti f’dawn it-toroq.

Bulebel — Qasam Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' titjib u tisbiħ fil-qasam industrijali ta' Bulebel? Kemm hi l-ispiża tax-xogħlijiet? Minn min saru x-xogħlijiet differenti? Kif ingħataw dawn ix-xogħlijiet, u jekk kien hemm sejħa għal offerti kemm applikaw għal kull biċċa xogħol? Meta hu mistenni li jkun tlesta x-xogħol kollu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt tax-xogħolijiet ta’ tisbiħ fil-qasam industrijali ta’ Bulebel kien iffirmat f”Ġunju 2006. L-ispiza tax-xogħolijiet tlaħħaq Lm433,509.00 (ex VAT). Ix-xogħolijiet ħargu bħala proġett wieħed u saru mill-kumpanija Asfaltar Ltd. Dawn ix-xogħolijiet saru wara sejħa miftuħa taħt ir-regolamenti tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Issottomettew erba’ kuntratturi: Vassallo Builders Ltd; Asfaltar Ltd.; C&F Building Contractors Ltd.; Denfar Excavations Ltd. Dawn ix-xogħolijiet huma prattikament lesti.

Barranin li jaħdmu t-tarzna

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27341 u 27197 u jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt? Ta' liema nazzjonalita huma? Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt? Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il-barranin? Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l-impjegati barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Lufthansa Teknik

Question

Peress li l-Prim Ministru ħabbar li l-bini tal-hanger ġdid għall-kumpanija Lufthansa Tecknik hu joint venture bejn il-gvern u l-kumpanija jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-ispejjeż tal-bini li se jitħallas mill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ricasoli — Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rilokati fabbriki minn Ricasoli sabiex isir il-proġett ta' SmartCity? Fejn ġew rilokati dawn il-fabbriki kull waħda separatment? Liema fabbriki (bl-isem) ma ġewx rilokati għax huma abbandunati eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pilots ma' l-Airmalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jibdew il-kors tal-pilots ma' l-Airmalta? Kemm minnhom, skond l-applikazzjoni li tefgħu, kienu eliġibbli biex joqogħdu għall-Psychometric Test tat-22 ta' Awissu? X'kienet ir-raġuni li l-Airmalta ma talbitx lill-kandidati jissottomettu ċ-ċertifikati tagħhom u fl-għażla tagħha qagħdet biss fuq dak li kitbu l-kandidati fl-applikazzjoni tagħhom? Kemm kien in-numru ta' kandidati li ma attendewx għall-Pyschometric Test tat-22 ta' Awissu? Kemm huwa n-numru ta' kandidati li ma attendewx għat-test u ngħataw l-opportunita' li jerġgħu jagħmluh fl-24 ta' Settembru? Kienx hemm kandidati li ma kenux issejħu biex joqogħdu għall-ewwel test tat-22 ta' Awissu imma mbagħad issejħu biex jagħmlu l-eżami fl-24 ta' Settembru? U jekk kien hemm x'kienet ir-raġuni? Kemm beħsiebha ddaħħal pilot trainees l-Airmalta f'dan l-istadju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.