Jista' il-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 8174 u cioe' jgħid kemm kien l-infiq u d-dħul, sena b'sena, sa mit-twaqqif tal-freeport? Jista' l-informazzjoni jaqsamha skond fejn sar l-infiq u fiex u jindika mnejn ġie kull dħul?
Response (GATT, AUSTIN)
L- Onorevoli Interpellant jista' jieħu l-informazzjoni mitluba mill-kontijiet tal-Freeport li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra tul dan iż-żmien.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu li twaqqaf il-hedging agreement li kellha l-korporazzjoni Enemalta? Meta kien sar? B'kemm kien jinxtara ż-żejt meta kellna dan il-ftehim u kemm inxtara (b'kull bidla li seħħet fil-prezz u d-data) minn meta twaqqaf sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7723 u cioe' jgħid kemm minn dawk li kienu impjegati ta' MDC, IPSE u METCO u li ma ġewx integrati mal-Malta Enterprise għadhom ma nstabilhomx xogħol ieħor produttiv u permanenti u għadhom jiddependu minn xi qasam ieħor tal-gvern jew minn xi kumpannija li tagħha l-gvern huwa shareholder ewlieni?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li n-numru ta' impjegati ta' l-MDC, IPSE u METCO li sat-22 ta' Ottubru 2004 ma ġewx integrati mal-Malta Enterprise u għadu ma nstabilhomx xogħol huma ta' 22. Uħud minn dawn diġa għamlu xi intervisti għal impjieg u għalhekk in-numru jinbidel (jonqos) minn żmien għal żmien hekk kif jinstab xogħol fejn jiġu assenjati.
Sa l-istess ġurnata instab xogħol alternattiv għal 45 impjegat mal-gvern jew parastatali fejn qed ikunu produttivi fil-postijiet rispettivi tagħhom.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika — Rapporti ta' Serq
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru?
X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħruġ tat-tender tal-lukanda ta' l-Air Malta operata mill-Holiday Inn? X'inhi l-pożizzjoni ta' l-impjiegi tal-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Air Malta ser tbigħ l-ishma tagħha fil-kumpanija Tigne Development Co. Ltd. permezz ta' sejħa għall-offerti. Il-preparamenti għall-ħruġ ta' din is-sejħa jinstabu fi stadju avvanzat u huwa stmat li din issir sa l-ewwel nofs tal-2005. Rigward l-impjegati tal-kumpanija Tigne Development Co. Ltd dawn għandhom relazzjoni kuntrattwali mal-kumpannija Tigne Development Co. Ltd.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm arranġamenti preferenzjali dwar xiri taż-żejt mil-Libja? Jekk iva, meta xtrat l-aħħar il-korporazzjoni Enemalta minn dan is-sors, kemm xtrat u jekk le, meta ntemm l-arranġament?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Enemalta ma għadx għandha arranġamenti preferenzjali dwar xiri taż-żejt mil-Libja.
L-aħħar arranġament li kien hemm, intemm fl-aħħar tas-sena 2003.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8007 u cioe' jista' jgħid x'inhu eżattament l-investiment tal-Malta Freeport Co. Ltd fil-port ta' Brindisi? Jista' jagħti rendikont sena b'sena sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għad-dokumenti dettaljati mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi l-Ministru riċentement għarraf lill-Kamra li l-gvern Malti ilu ma jixtri żejt b'rati preferenzjali mil-Libja għal dawn l-aħħar sentejn, jista' il-Ministru jgħid: jekk dan l-arranġament intemmx għax kien skada l-ftehim? Jekk ma baqax jiġi wżat on grounds of policy? Jekk sarux xi attentati min-naħa tal-gvern biex dan il-ftehim jiġi rijattivat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-arranġament intemm meta skada l-ftehim minħabba li n-National Oil Corporation tal-Libya ma setatx tissuplixxi 'fuel oil' f''sulphur content' ridott kif bdiet tuża l-Enemalta fl-2003.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8165 u cioe' jirrispondi mistoqsija parlamentari 7727 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarux xi laqgħat dwar il-futur tal-ħaddiema ta' Ħal Ferħ Complex f'Għajn Tuffieħa? Jekk iva, ma' min saru l-laqgħat u x'inhu l-futur tal-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 8463.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ biex id-djar kollha fil-Qortin tal-Mellieħa jkollhom is-sistema tagħhom imqabbda mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7838, jista' il-Ministru jgħid għaliex hu maħsub li l-ispiża titla' għal madwar Lm8,000? Jista' jgħid x'xogħol hemm bżonn isir u jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li hemm involuti?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-proġett biex jinbidel il-main qadim ta' din it-triq jikkonsisti fi tqegħid ta' 535 metri ta' pipe ta' 63 mm dijametru fi Triq il-Brolli f' B'Bugia, minn Triq il-Port il-Ħieles 'l ġewwa. Il-breakdown ta' din l-istima hi kif ġej:
1. Excavation & back fill Lm 1,950
2. Pipelaying Lm 371
3. Roadworks Lm 4,550
4. House services Lm 244
5. Cost of pipes & fittings Lm 879
------------
Stima totali Lm 7,994
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar unaudited accounts annwali tal-kumpannija Gozo Channel li jkopri l-perijodu ta' bejn Ottubru 2003 u Settembru 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fl-intrapriżi stabbiliti f'Għawdex fis-sena 2003 u 2004 (s'issa) għat-trasport bejn Malta u Għawdex ta' merkanzija manifatturata minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien nfurmat li għall-ispejjeż b'konnessjonji ma' trasport , li ntefqu matul is-sena finanzjara 2003, mill-kumpannija li joperaw f' Għawdex, Il-Korporazzjonni (MaltaEnterprise) approvat dan l-ammont ta'
Lm122,357
Dan jikkonstitwixxi biss 25% mill-kumpanniji li normalment jitolbu rimborż ta' assistenza. Il-75% huma mistennija li jitolbu rimborż meta jagħqu l-audited acounts.
Il-medja tar-rimborż għas-snin 2001 u 2002 hi stmata Lm281,963.
Il-pagament lill dawn l-intrapriżi jiġi effetwat mill-Ministeru għall-Għawdex.
Għas-sena 2004 għadu kmieni wisq biex jiġu mitluba rimborżi.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex tissolva l-problema ta' l-ilma fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li meta uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma marru biex jispezzjonaw il-fond indikat, sabu li dan hu magħluq.
Is-sid tal-post sejjer ikun ikkuntatjat fl-indirizz fejn joqgħod ħalli tkun tista' ssir spezzjoni bħala l-ewwel pass għall investigazzjoni neċessarja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ministru responsabbli għall-korporazzjoni Enemalta, sarx xi hedging taż-żejt min-naħa tal-korporazzjoni? Jekk iva, meta sar dan u jekk le, għaliex ma sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1976 u 2454 datati 14 ta' Ottubru 2003 u l-4 ta' Novembru 2003 rispettivament dwar is-servizz tal-helicopter, peress li minn meta saru dawn id-domandi għaddiet sena, jaqbel il-Ministru li l-poplu għandu jkun jaf x'se jiġri minn dan is-servizz u x'se jiġri mill-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.