Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur — Public Warning Statement - deċiżjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, kemm-il deċiżjoni tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur ġew onorati wara li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ħareġ Public Warning Statement skont artiklu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tinghata f'xi seduta ohra.
Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149, tista’ l-Ministru tikkonferma li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ħareġ tlieta u tletin (33) deċiżjoni mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni? Tista’ allura tgħid skont liema liġi d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ħareġ dawn id-deċiżjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Nixtieq niċċara punt lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju fir-rapport annwali, ma użax il-kelma “deċiżjonijiet” iżda semma l-kelma “każijiet”. Illi skont l-Artiklu 19(2) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, l-Uffiċċju jista’ jippubblika deċiżjonijiet skont is-segwenti artikli biss: 12A(6), 12Ċ, 12D, 14(3), 15 u 21. Jista’ wkoll jippubblika deċiżjonijiet skont regolament 17 tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet.
Illi huwa minnu, inoltre, li l-Uffiċċju rrisponda illi fil-bqija tal-każijiet, (jiġifieri t-33 każ) ma ħariġx deċiżjoni kif jikkontempla l-Att dwar il-Kompetizzjoni, madanakollu xorta waħda ġew magħluqa il-bqija tal-każijiet hekk kif se jiġi spjegat:
· Tlettax il-każ taħt Artikolu 14 (2) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni billi l-Uffiċċju bagħat ittra lil min għamel l-ilment li m’hemmx raġunijiet suffiċjenti biex jaġixxi fuq l-ilment
· Disa’ każijiet wara li l-Uffiċċju kien kiteb lil min għamel l-ilment jew għamel laqgħa u dan ma weriex aktar interess
· Tliet każijiet għax il-kwistjoni ġiet solvuta bejn il-partijiet
· Żewġ każijiet peress li l-intrapriżi li kienu qed jiġu investigati ħadu l-passi neċessarji mitluba mill-Uffiċċju
· Żewġ każijiet wara li l-Uffiċċju għamel l-analiżi neċessarja u nstab li ma jaqgħux taht il-liġi tal-konċentrazzjonijiet
· Każ wieħed wara li l-Ufficcju informa lil intrapriżi li l-prattiċi ikkontemplati jistgħu ikunu suġġetti minn ilmenti ta’ terzi
· Każ wieħed wara li l-Uffiċċju ppubblika inkjesta settorjali taħt l-artikolu 11A fejn għamel numru ta’ rakkomandazzjonijet
· Żewġ każjiet wara li l-Uffiċċju ta parir (
advocacy
) taħt l-artikolu 14 tal-Att dwar l-Awtorita ta’ Malta ghall-Kompetizzjoni u għall-affarijiet tal-Konsumatur
Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għat-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni tista’ l-Ministru tgħid liema setturi tal-ekonomija dawn kienu jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
L-ewwelnett nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari 30451 fejn urejt li huwa zbaljat fil-konkluzjoni tiegħu li d-deċizjonijiet ma ħarġux skont il-liġi.
Infurmata li l-kazijiet li ġew magħluqa skont il-liġi kienu jikkonċernaw is-setturi tal- ikel, trasport, enerġija, parkeġġ, edukazzjoni, ambjent, benessere tal-persuna, stationery, Uniformijiet tal-Iskola, Assikurazzjoni u Finanzjarju.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — person of trust u position of trust
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tagħha sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il każ daħal fid-Dipartimenti tal-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 rispettivament u kemm-il każ minn dawn li ġew reġistrati kien:
a. solvut; u
b. ma ġiex solvut?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – persuni ta’ fiduċja f’entitajiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna ngħatat impjieg bħala persuna ta’ fiduċja (person of trust) ma’ entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru rispettiv fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Tista’ tgħid minn dawn il-persuni li ġew impejgati bħala person of trust, kemm minnhom illum qed jaħdmu bħala impjegati regolari ma’ entitajiet tal-Gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Tista’ l-Ministru tgħid x’pagamenti se tkun qed tagħmel fir-rigward ta’ International Memberships li għalihom il-Ministeru qed jitlob €180,000 żieda fil-finanzjament, kif jidher mill-Cost Centre 25 “International Memberships” taħt Vot 18 tal-Estimi Supplimentari?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Industrial and Employment Relations – Salaries/Wages — żieda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fir-rigward tal-Industrial and Employment Relations fiex se tkun tikkonsisti ż-żieda f’nefqa ta’ €60,000 li qed tintalab taħt il-cost centre Salaries/Wages taħt Vot 19 tal-Estimi Supplimentari? Tista’ tgħid dawn is-€60,000 kif se jintefqu u min se jitħallas b’dawn is-€60,000 żieda li qed jintalbu?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ż-żieda ta’ €60,000 għal Salaries/Wages taħt il-Vot 19 tal-Estimi Supplimentari għall-2016 ġiet mitluba fid-dawl taż-żieda ta’ impjegati ġodda li ġew ingaġġati fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg matul l-2016 fosthom 7 EIRA Inspectors, Terminations Officer u Senior Manager (Contracts Compliance) biex id-Dipartiment ikollu aktar riżorsi biex iħares il-kundizzjonijiet tal-impjieg b’mod aktar effettiv.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarjiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – safar — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (Travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016 ?X’safar għamlet il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kienet akkumpanjata? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dawn is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt iż-żjajjar f’dawn il-pajjiżi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Prodott jew servizz b’kaġun ta’ xi prattika kummerċjali mħux ġusta – rimedji li għandu l-konsumatur
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'rimedji għandu l-konsumatur taħt it-Taqsima VIII tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta, fil-każ li hu jkun xtara xi prodott jew servizz b’kaġun ta’ xi prattika kummerċjali mhux ġusta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-konsumatur għandu l-fakultà li jirreferi l-każ għand l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-istess Awtorita’ għall-medjazzjoni. Jekk ma jintlaħaqx ftehim mal-bejjiegħ, il-każ jigi riferut quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur.
Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) – ħruġ ta’ ordni għar-restituzzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid sa issa kemm-il darba d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ħareġ ordni għar-restituzzjoni ta’ flus jew proprjetà mogħtija mill-konsumatur a tenur tal-artiklu 107A tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Ma ħarġet l-ebda ordni għar-restituzzjoni kif qed jitlob l-Onor. Interpellant.
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jaħdem sabiex il-konsumaturi jiġu kkumpensati mill-kummerċjant ikkonċernat u b’hekk tiġi evitata l-applikazzjoni tal-Artikolu 107A tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Personal Emoluments - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — persuni f'position of trust
Question
Tista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 ġew maħtura 7 persuni f’position of trust mal-Ministeru Għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili. Bħalissa fil-Ministeru, fadal 2 f’position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.
Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta’ Malta – emendi relattivi
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra xi żviluppi hemm dwar l-emendi relattivi għall-Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Imsieħba Soċjali fi ħdan il-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi għamlu l-proposti tagħhom lill-Gvern f’Diċembru li għadda, u issa l-Gvern qiegħed jevalwa dawn il-proposti u jipprepara l-pożizzjoni tiegħu.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet pendenti u liema huwa l-ixjeħ każ quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar ta’ Diċembru 2016?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li Quddiem it-Tribunal Industrijali sa tmiem l-2016 kien hemm 594 każ pendenti.
Dawn jinkludu 313 każijiet li daħlu fis-16 ta’ Diċembru tal-2003, li kienu ġew ippreżentati mill-General Workers Union (GWU) f’isem il-ħaddiema tal-eks-Malta Drydocks li qatt ma bdew jinstemgħu. Ir-raġuni għala dawn il-każijiet għandhom ma bdewx jinstemgħu hija li s’issa nstemgħu u ġew deċiżi żewġ
test cases
partikolari li nqatgħu f’Jannar tal-2014 u f’Ottubru 2016 rispettivament ta’ żewġ ħaddiema oħra tal-eks-Malta Drydocks (il-Każ Nru 1843/MF u l-Każ Nru 1827/LC). Sussegwentement għas-smigħ ta’ dawn iż-żewġ
test cases
, issa għandha tkun il-GWU li tiddeċiedi jekk tipproċedix jew le bit-313-il każ pendenti, filwaqt li t-Tribunal jista’ biss jistenna biex jara kif il-GWU ser tipproċedi.
L-aktar każ antik huwa l-każ 1777 – Charles Galea vs Malta Air Traffic Services Ltd li daħal fl-4 ta’ Lulju 2003.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – European Consumer Summit – interventi taċ-Chairperson
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28534 rigward il-European Consumer Summit li attenda ċ-Chairperson fi Brussel f’Ġunju 2015, tista’ l-Ministru tgħid għal liema seminars organizzati fi ħdan l-imsemmi Summit iċ-Chairperson attenda?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li s-seminars saru fl-istess ħin. Iċ-Ċhairpesron tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur attenda “Consumer Information in the Digital Market”.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28923 rigward deċiżjonijiet meħuda mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati minn Marzu 2013, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ elenkat, kemm minn dawk id-deċiżjonijiet ġew appellati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata fir-rigward tal-lista mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28923, l-ebda deċiżjoni ma ġiet appellata.
Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur — każijiet
Question
Tista’ l-Ministru telenka, wieħed wieħed, il-każijiet kollha li ġew mismugħa quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur minn mindu dan it-tribunal twaqqaf?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-każijiet huma;
· Melita Mobile Limited vs Direttur Għall-Affarijiet tal-Konsumatur
· Benny Borg Bonello nomine vs Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
· Melita Plc (C 12715) vs Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
· Melita Plc (C 12715) u Melita Mobile Limited (C 35794) et vs Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
· Ufficcju ghall-kompetizzjoni Gusta vs Korporazzjoni Enemalta et
· Onorevoli Joe Mizzi vs Ufficcju ghall-Kompetizzjoni
· Malta Bargains Limited (Uk) Vs Awtorita' Tat-Turizmu Ta' Malta Et
· Liquigas (Malta) Limited Vs Ufficcju Ghall-KompetizzjoniU Communications Limited Vs Ufficcju Ghall-Kompetizzjoni
· Miqna Systems Limited u MaltaTicket.com Limited vs Ufficju ghall-Kompetizzjoni wara l-ilment tal-istess Miqna Systems Limited
· Datastream Limited Vs Camline Internet Services Limited
· Imnara Limited Vs Ufficcju Ghall-Kompetizzjoni Ufficcju Ghall-Kompetizzjoni Vs Korporazzjoni Enemalta Wara L-Ilment Ta' Attard Services Et
· Falzon Group Holdings Limited (C1731) Et Vs Direttur Generali (Kompetizzjoni)
· A.a.j.e. Abela Brothers Partnership Et Vs Ufficju Ghall-Kompetizzjoni wara l-Ilment Ta' Carmelo Meli L
· Federated Association Of Travel And Tourism Agents Vs Deutsche Lufthansa Ag(Malta) Et
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28920 peress li ma kontx staqsejt jekk ġewx ippubblikati l-business plans tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur imma staqsejt biex dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-business plans? Tista’ tikkonferma li dawn il-business plans saru minn Marzu 2013 ‘l hawn? Jekk dawn ma sarux, tista’ tgħid għaliex dawn ma sarux?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan li għandha l-Awtorita’ għal perjodu 2014-2016.