Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk daħlux kunsenji in bulk ta' armi antiki tul l-aħħar sitt snin? Kemm kienu l-armi tan-nar antiki li ġew liċenzjati għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jgħid jekk hemmx xi bord li hu responsabbli mill-armi antiki, u jekk iva min serva fuq dan il-bord tul l-aħħar għaxar snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub fl-ewwel parti tal-Mistoqsija mhux disponibbli taħt forma ta' statistika. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi mill-1996 l'hawn kien hemm 936 arma antika. Filwaqt li l-membri li servew fuq il-Weapons' Advisory Board kienu:
1996 - 2000 Is-Sur Harold Farrugia
Is-Sur Mike Stroud
Is-Sur Mario Gatt
Is-Surġent Guido Aguis
2000 - 2003 Is-Sur Anthony Ghio
Is-Sur Mike Stroud
Is-Surġent Jesmond Cassar
2003 - Is-Sur John Spiteri
Is-Sur P. Libreri
Is-Sur S. Petroni
Is-Supretendent N. Xuereb
Il-Maġġur G. Galea
Is-Surġent Jesmond Cassar
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-persuni li huma Malta b'refugee jew humanitarian status hux se jingħataw id-dritt tal-vot għal xi tul ta' żmien? Jista' jgħid xi drittijiet jew għajnuniet għandhom dritt għalihom persuni li jkunu Malta bħala refuġjati jew taħt id-definizzjoni ta' humanitarian protection?
Response (BORG, TONIO)
Il-vot hu marbut maċ-ċittadinanza u għalhekk min jiġi rikonoxxut bħala persuna protetta m'għandux vot. Id-drittijiet jew għajnuniet li għandhom dritt għalihom persuni li jingħataw status ta' refuġjat jew humanitarian protection huma bażikament dawk stabbiliti mill-Refugee Act.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'ikun l-impatt għal Malta tat-trattati ġodda li hemm maħsuba dwar is-salvataġġ fil-baħar u jagħti indikazzjoni ta' kemm huwa t-threshold li Malta tista' tiflaħ f'immigranti illegali f'detenzjoni jew f'ċentri miftuħa? Kemm huwa n-numru massimu ta' refuġjati jew overstayers li jista' jiflaħ ekonomikament jew soċjalment il-pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
Qed issir evalwazzjoni, flimkien mal-partijiet konċernati, speċjalment l-Armata li hija responsabbli mis-sorveljanza marittima tal-kosta Maltija, dwar it-trattati ġodda li hemm maħsuba dwar is-salvataġġ fil-baħar. Dwar it-tieni parti tad-domanda Malta hija kommessa li tagħti għajnuna u protezzjoni lil min verament ikun ħaqqu u għalhekk qed isiru sforzi mill-Gvern biex Malta jkollha numru akbar ta' postijiet ta' akkomodazzjoni li jkollhom in-neċessitajiet bażiċi. Dan jinkludi il-bini ta' postijiet ta' akkomodazzjoni ġodda f'Ħal Safi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti indikazzjoni jekk l-iskema tal-bakery fil-ħabs kenitx suċċess u kemm għamlu użu minnha l-ħabsin? Hemm xi ħjiel jekk l-iskema hijiex se titkompla?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Bakery tal-ħabs minn dejjem kienet tipproduċi l-ħobż għall-bżonnijiet tal-priġunieri. Minn April ta' din is-sena beda ukoll jiġi prodott ħobż għall-isptarijiet u istituzzjonijiet oħra tal-gvern. Ix-xogħol qed isir mill-istess għaxar priġunieri li kienu jagħmlu dan ix-xogħol qabel.
Billi għadu kmieni wisq biex wieħed jikkalkula kemm din l-inizjattiva ser tkun suċċess, wieħed irid ikun prudenti u jistenna li almenu isiru kalkolazzjonijiet ta' mill-anqas tlett xhur xogħol.
Huwa maħsub li dan ix-xogħol ikompli jikber għal ġid tal-priġunieri.
Stabilimenti li għandhom permess ikollhom żeffiena professjonali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn stabilimenti li għandhom permess li jkollhom żeffiena professjonali impjegati magħhom illum u kemm hawn żeffiena professjonali llum? Kemm minn dawn huma Maltin? Minn fejn huma l-oħrajn?
Response (BORG, TONIO)
Dwar in-numru ta’ Maltin li jistgħu jkunu qed jaħdmu bħala żeffiena fi stabbilimenti lokali nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ninsab infurmat li bħalissa hemm żewġ barranin - raġel u mara - li għandhom permess biex jaħdmu bħala żeffiena.
Skond id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta’ l-
Expatriates
, normalment isiru talbiet biex barranin jaħdmu Malta bħala żeffiena fi żmien speċifiku (bħal fil-Milied, fl-Ewwel tas-Sena u fl-Għid) u għal perjodu limitat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru rave parties din is-sena u kemm daħlu nies b'overdose l-isptar wara dawn l-attivitajiet? Kemm hawn permessi pendenti? Kemm parties oħra diġa' għandhom il-permess approvat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s'issa, matul din is-sena, il-Pulizija ħarġet 11-il permess għal disco, ballu, party jew xi attivita' oħra simili li diġa' saru, filwaqt li hemm permess ieħor għal attivita' li għad trid issir. Applikazzjonijiet pendenti mal-Pulizija m'hemmx. Infurmat ukoll li l-Pulizija kellha rapport ta' każ wieħed, fejn persuna ddaħlet l-isptar b'suspett ta' overdose waqt li kienet f'party.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta taż-żewġ persuni li ndarbu u wara mietu f'Buġibba wara li ġġarraf il-bini f'San Pawl il-Baħar li kienu residenti fih f'Settembru tas-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Naħseb illi l-Onor. Interpellant qed jirreferi dwar l-inċident li kien seħħ fi Triq Ramon Perellos, San Pawl il-Baħar, nhar it-3 ta' Ġunju 2004.
Ninsab infurmat illi l-inkjesta dwar dan il-każ ingħalqet fil-21 ta' Ġunju 2005, u l-proċess verbal relattiv intbagħat lill-Avukat Ġenerali fit-22 ta' Ġunju 2005.
Korp tal-pulizija — Persuni trasvestiti bħala membri
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-korp tal-pulizija idaħħalx persuni trasvestiti bħala membri u jekk le, għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Kull persuna li għandha l-kwalifiki neċessarji skond l-avviż pubbliku tista' tapplika biex tidħol fil-Korp. Il-Bord ta' l-għażla f'"interview" li għaliha jattendi, jeżamina jekk l-applikant hix persuna idoneja li taqdi dmirha b'mod effiċjenti u effettiv fil-Korp tal-Pulizija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani bin-numru ta' vetturi/muturi, eċċ. li għandu fil-preżent il-korp tal-pulizija sabiex iwettqu dmirhom mill-għases u distretti?
Jista' jipprovdi l-istess dettall għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat tul dawn l-aħħar ħames snin, sal-lum, kien hemm 40 vettura u 27 mutur assenjati espressament fil-ħdax-il Distrett tal-Pulizija. Ma' dawn wieħed irid iżid ukoll il-vetturi tal-Mobile Squad, li x-xogħol tagħhom huwa wkoll fid-Distretti, il-vetturi tat-Taqsima ta' l-A.L.E., li x-xogħol tagħhom huwa wkoll l-infurzar tal-liġi fid-Distretti, kif ukoll dawk ta' l-S.A.G. li wkoll jassistu kif u fejn ikun meħtieġ. Infurmat ukoll illi fil-weekend u btajjel pubbliċi tul is-sena kollha, ikun hemm ukoll is-servizz ta' Mobile Police Station ġewwa Paċeville, filwaqt li ikun hemm oħra f'Marsascala matul ix-xhur tas-sajf.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet il-popolazzjoni ta' Santa Venera għall-finijiet tal-liġi tal-kunsill lokali, sena b'sena mill-1995 'il hawn? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu barranin? Kemm kellhom 'il fuq minn 18-il sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-popolazzjoni ta' kull lokalita' hija skond dik ippublikata ta' kull sena fil-Gazzetta tal-Gvern mill-Ministru responsabbli għall-Istatistika skond Artiklu 73 ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali.
Il-popolazzjoni ta' Santa Venera, mill-1994 'l hawn kienet hekk:
1994 6,394
1995 6,320
1996 6,300
1997 6,404
1998 6,774
1999 6,717
2000 6,656
2001 6,806
2002 6,859
2003 6,922
2004 8,038
2005 6,721
Għar-rigward tal-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet kollha tal-kunsilli lokali llum? Jista' jgħid meta dawn il-funzjonijiet ġew mgħoddija sena b'sena? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħataw funzjonijet u responsabbiltajiet oħra u meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet kollha tal-Kunsilli Lokali u s-sena li ġew fis-seħħ huwa kif murija fid-dokumenti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13149, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk jistgħux jinżabru s-siġar tat-telgħa tal-Mellieħa mill-Għadira u ċ-Ċirkewwa għax kibru b'mod goff u qed ikunu ta' periklu għall-vetturi li jgħaddu mill-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li t-telgħa mill-Għadira għall-Mellieħa taqa' fir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali Mellieħa, dik taċ-Ċirkewwa hi triq arterjali u għalhekk mhux taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill.
Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-entitajiet responsabbli.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti statistika ta' kemm saru trips ta' safar matul l-2002, l-2003, l-2004 u l-2005 sal-lum minn persuni fis-settur pubbliku kollu, cioe' persuni li mhux biss jaħdmu fiċ-ċivil imma wkoll fis-settur pubbliku kollu, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onorevoli Membru, li tkopri medda ta' erba' snin, trid ħafna żmien biex tinġabar u naħseb li l-ħin tal-uffiċjali li jkunu jridu jitqabbdu biex jiġbruha jista' jintuża aħjar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-pulizija in segwitu għal rapport li sar u li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-status ta' exempt person lill-persuna li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant kien tneħħa. Il-Pulizija qed tagħmel l-istħarriġ meħtieġ sabiex din il-persuna tkun rintraċċata u jkunu jistgħu jittieħdu passi opportuni skond il-liġi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-dipartiment in segwitu għal rapport li sar u li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta’ l-Expatriates bħal ma jsir f’każijiet simili, informa lill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni sabiex dan jieħu l-passi meħtieġa billi jitħassar it-timbru tal-“freedom of movement” mill-passaport u din il-persuna tiġi mġiegħla tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha hawn Malta.
Nirreferi wkoll għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13261 f'din l-istess Seduta.