Jista' il-Prim Ministru ġentilment jagħti konsiderazzjoni xierqa biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien irriżenja mill-AFM għal raġunijiet ta' saħħa, jiġi kkonsidrat għal re-engagement issa li l-kundizzjoni u l-problemi personali li kellu tjiebu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-persuna msemmija ġiet maħlula mis-servizz wara li l-każ ġie deċiż minn Bord Mediku skond proċeduri ta’ l-Armata. Il-Bord Mediku stabbilixxa li dan l-individwu, fil-kundizzjoni li kellu, ma setgħax jaqdi d-dmirijiet normali ta’ suldat u li ma kienx hemm possibbilità li huwa jfieq. Fil-fatt l-individwu nħarġitlu wkoll pensjoni tas-servizz pro rata. Ċirkustanzi bħal dawn jipprekludu li l-persuna nvoluta tiġi kkunsidrata għal-re-engagement fl-Armata.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-internal investigations and audit directorate li jaqa' taħt l-uffiċċju tal-kabinett qattx ħejja xi rapport mit-twaqqif tiegħu sal-lum dwar jekk is-servizz ċivili u s-settur pubbliku jaqblilhomx li jikru l-karozzi flok li dawn jinxtraw? Jekk fl-affermattiv, jista' iqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninstab infurmat li d-Direttorat ta’ l-Internal Audit and Investigations fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kabinett ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru normalment iwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu fuq bażi ta’ programm ta’ sentejn għall-kull Ministeru, programm li jiġi stabbilit wara konsultazzjoni mas-Segretarji Permanenti rispettivi. Mit-twaqqif tiegħu fis-sena 2000, id-Direttorat għamel numru ta’ audits relatati ma’ l-użu tat-trasport f’diversi Dipartimenti.
Irrid inżid ngħid li ċertu kategoriji ta’ uffiċjali fis-Servizz Pubbliku, jiġifieri Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi li jaħdmu fuq bażi ta’ Performance Agreement għandhom d-dritt skond il-kuntratt tagħhom għall-użu ta’ fully-expensed car u d-dritt ukoll li jixtru din il-karozza, skond kriterji stabbiliti, meta jirtiraw mis-Servizz Pubbliku. Għalhekk, f’dawn il-każijiet, l-għażla ta’ kiri/leasing tal-karozza fil-prattika ma teżistiex.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk minn Mejju 1987 sal-lum il-ministeru tal-finanzi qattx ħejja rapport dwar jekk is-servizz ċivili u s-settur pubbliku jaqblilhomx jikru l-karozzi flok jixtruhom? Jekk fl-affermattiv, jista' ġentilment iqiegħed kopja fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid hemmx xi pjan li jħejji tali rapport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet kollha li rċieva l-Ministeru tal-Finanzi mill-1 ta' Novembru, 2004 sal-lum mis-servizz ċivili u mis-settur pubbliku biex jinxtraw karozzi u inġenji ġodda, filwaqt li jqiegħed ukoll kopja tat-tweġibiet li l-istess ministeru ħareġ għat-talbiet magħmula?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jimxi fuqhom il-ministeru tal-finanzi meta jiġi biex jiddeċiedi jekk vettura tikkwalifikax għal reġistrazzjoni bl-ittri TF? Dawn il-kriterji jagħmlu parti mil-liġi? Jekk ma jagħmlux, ma jħossx il-Prim Ministru li wasal iż-żmien u allura jagħti direttiva f'dan is-sens li dawn il-kriterji jifformaw parti mil-liġi għal aktar trasparenza, aktar u aktar fid-dawl tal-fatt li f'dawn l-aħħar snin kien hemm żieda qawwija fil-ħruġ tal-blue badge li suppost tinħareġ biss fir-rigward ta' persuni li jinsabu f'wheelchairs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk bdietx tiffunzjona l-financial management monitoring unit li twaqqfet fi ħdan il-ministeru tas-saħħa? X'se jkunu l-funzjonijiet tagħha? Jekk twaqqfet u bdiet tiffunzjona, jista' jgħid jekk bediex isir xi stħarriġ dwar entitajiet tal-gvern? Tista' tghid x'inizjattivi se tieħu din it-taqsima biex ikun żgurat li ma jibqax jeżisti żbilanċ qawwi bejn is-salarji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, użu tal-karozzi tal-kiri, użu tal-mobiles, eċċ., eċċ. ta' l-uffiċjali u mpjegati oħra fid-diversi entitajiet li fihom il-gvern għandu sehem ta' aktar minn 50%, inklużi awtoritajiet, korporazzjonijiet u aġenziji oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9944, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi mil-lotterija minn meta daħal fis-seħħ il-ftehim bejn il-gvern u l-kumpannija Maltco?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hija l-prassi tal-Gvern li d-distribuzzjoni ssir fit-tieni nofs tas-sena, meta jkunu daħlu kemm it-talbiet u kif ukoll ikun magħruf l-ammont approssimattiv li ser ikun disponibbli.
Għalhekkk, filwaqt li l-arranġamenti neċessarji jkunu qed isiru matul is-sena, dawn jiġu finalizzati kif qed jingħad aktar ’il fuq.
Dipartiment tat-taxxi interni — Skejjel ta' l-Ingliż
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslet il-ħidma tad-dipartiment tat-taxxi interni fil-ġbir tat-tagħrif dwar kemm l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin ħallsu lill-familji li jżommu l-istudenti magħhom għas-snin 1998-2004? X'użu se jsir mill-ġbir ta' dan it-tagħrif?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed fl-istadju li jiġbor informazzjoni għal skop ta’ verifika bħal ma jagħmel f’kull każ ieħor fejn ikun hemm bżonn ta’ verifikà.
Il-Prim Ministru kif jispjega d-diverġenza li hemm fl-istatistika għal April 2005 dwar partenzi minn Malta meta ta' l-NSO turi tnaqqis ta' 3.8% u ta' l-MIA tnaqqis ta' 7% imqabbel mal-partenzi f'April 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-diverġenza li rrefera għaliha l-Onorevoli Membru ġejja mill-fatt li d-data li tippubblika l-MIA kull xahar hija n-numru ta’ passiġġieri ħerġin mill-pajjiż, filwaqt li d-data ta’ l-NSO tirreferi għall-partenzi ta’ turisti biss. Dan hu spjegat ukoll fin-nota 5 tal-Methodological Notes f’paġna 10 tan-News Release 115/2005.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-familji li jżommu l-istudenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż jiġu ntaxxati fuq id-dħul tagħhom minn din l-attivita'? B'liema rata se jiġu ntaxxati u kif se jiġi kkalkolat id-dħul tagħhom peress li dan id-dħul jinkludi spejjeż ta' ikel, ilma, dawl u bżonnijiet oħra ta' l-istudenti li jgħixu magħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sistema ta’ tassazzjoni hi l-istess waħda li kienet teżisti fi żmien l-amministrazzjoni Laburista ta’ l-1996-1998.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12186 u cioe': Peress li l-art li hemm eżattament quddiem ir-Razzett tal-Ħbiberija, fi Triq il-Gemmugħa bejn Triq Sant'Antnin u Triq il-Qrempuċ fid-direzzjoni lejn Triq iż-Żafran, tinsab fi stat maħmuġ u ta' abbandun u tagħti dehra ta' żdingar għal min ikun dieħel Wied il-Għajn, u peress li x-xogħol meħtieġ biex din l-art tiġi mnaddfa u fi stat aċċettabbli jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' diversi ministeri, jista' il-Prim Ministru jordna li dik l-art, li minn nofsha għaddejjin il-katusi tad-drenaġġ u hemm ukoll inspection chamber miftuħa li minnha joħorġu ħafna ġrieden, tiġi mnaddfa u fiha jitħawwlu xi pjanti u ward kif qed isir fi bnadi oħra madwar Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid xi ħlas għandhom is-suldati fl-AFM fl-iskali u gradi kollha? X'inhuma l-ħlasijiet ta' l-għases li jsiru? Jista' jgħid jekk nhar ta' Ħadd humiex jitħallsu doppjament jew le?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji dwar il-ħlas jew kontribuzzjoni li Malta hija obbligata tagħmel lill-Unjoni Ewropea matul l-2004-2005, u kemm se jkunu l-fondi li Malta se tirċievew jew irċeviet fl-istess snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru, permezz tad-DOI, jgħid meta saru l-aħħar updates mid-dipartiment ta' l-informazzjoni dwar id-diversi dipartimenti governattivi, ministeri, kummissjonijiet, eċċ li jaqgħu taħthom u li jidhru fuq il-website ta' l-e-gov.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma teżisti l-ebda
website
bl-isem e-gov., imma hemm żewġ servizzi, wieħed bl-isem ta’ “
e-government
” u l-ieħor “servizz.gov”, li t-tnejn li huma jinsabu fuq il-
website
tal-Gvern,
www.gov.mt
.
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni www.doi.gov.mt, allura għandi ngħarrfu li l-informazzjoni dwar ministeri, dipartimenti governattivi, kummissjonijiet etc, tiġi aġġornata regolarment mid-DOI, kull meta jkun meħtieġ.
Ninsab infurmat ukoll li meta l-update ikun jitratta ħatriet ta’ kapijiet ta’ dipartimenti jew chairpersons/membri ta’ entitajiet governattivi, l-informazzjoni fuq il-website tad-DOI tiġi aġġornata hekk kif dawn il-ħatriet jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. L-informazzjoni tiġi wkoll aġġornata meta d-dipartimenti jew l-entitajiet rispettivi jinformaw lid-DOI b’xi tibdil li jkun sar, jew meta tali tibdil jirriżulta minn updating exercises li d-DOI jagħmel mad-diversi dipartimenti u entitajiet minn żmien għal żmien.
Peress li l-Independent insurance li kienet tagħmel motor vehicle insurance waqfet milli tkompli topera mill-1 ta' Settembru 2001 u dawk li kienu għadhom inxurjati magħha u kien għad għandhom il-polza valida ġew mgħarrfa li kellhom jingħataw lura pro-rata tal-premium mhux skadut, u peress li issa għaddew aktar minn tliet snin u nofs u min kien inxurjat magħhom kien ġie assigurat li hawn Malta kienu nżammu flus biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għal ħlas lura tal-premium mhux skadut, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk tħallasx xi ħadd lura u meta se jitħallsu l-flus lura lil dawk li kienu assigurati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-kumpanija Independent Insurance Company Ltd hija kumpanija barranija, proċeduri ġudizzjarji ta’ likwidazzjoni qegħdin quddiem il-High Court of Justice ta’ l-Ingilterra. Din il-Qorti fis-17 ta’ Ġunju 2001 ħatru lis-Sur Dan Schwarzmann u s-Sur Mark Batten it-tnejn minn Pricewaterhouse Coopers ta’ Londra bħala Stralċjarji Proviżorji tal-kumpanija. Is-Stralċjarji Proviżorji tal-kumpanija ħatru l-kumpanija Micallef Insurance Agency Ltd sabiex ixxolji l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni li din l-kumpanija kellha f’Malta.
Micallef Insurance Agency Ltd ġie mitlub mis-Stralċjarji Proviżorji biex jibda jiftiehem claims kif ukoll premiums mhux maqlugħin ma’ brokers fl-assigurazzjoni li kkonkludew kuntratti ta’ l-assigurazzjoni ma’ l-Independent Insurance Company Ltd għan-nom ta’ klijenti tagħhom. Fil-futur immedjat Micallef Insurance Agency Ltd sa jibda l-istess proċess ma’ assigurati li l-kuntratt ta’ assigurazzjoni tagħhom kienu magħmulin minnu bħala l-aġent lokali ta’ l-Independent Insurance Company Ltd.
L-assi li l-kumpanija għandha hawn Malta huma miżmuma mill-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta skond il-Liġi. Wara li jiġu miftehmin il-claims u l-premiums mhux maqlugħin mal-claimants u l-assigurati kollha jibda ħlas ta’ dawn l-assi. B’hekk jiġi garantit li l-fondi jiġu mqassma b’mod ġust bejn dawk il-kredituri “in bona fide”.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern ħallasx xi kumpens lill-familji tal-vittmi fil-każ ta' l-inċident ta' l-Um El Faroud? Jekk le, hemmx xi proposta ta' kumpens pendenti u jekk iva, f'liema ammont?
Kemm-il darba tħallas dan il-kumpens, jew f'każ li l-ħlas ta' kumpens għadu biss propost, tista' tispjega x'inhu l-ammont ta' kumpens imħallas jew propost għal kull każ li hemm quddiem il-qorti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li issa waslu fil-fażi finali tagħhom l-arranġamenti meħtieġa biex jiġu kkumpensati l-qraba tal-vittmi, flimkien mar-rappreżentanti legali tagħhom.
Billi l-kumpens miftiehem hu arranġament amikevoli milħuq barra l-Qorti, ma jinħassx prudenti li jingħataw dettalji finanzjarji.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern fejn jidħlu taxxa tad-dħul, fejn jikkonċerna dawk il-familji li jżommu studenti barranin bħala host families?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema tat-taxxa fuq id-dħul li hija addottata f’Malta hija bbażata fuq is-self assessment.
Ma jidhirlix li għandi nagħti indikazzjonijiet dwar pjani tal-gvern f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistema tat-tassazzjoni f’pajjiżna.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12689, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant, matul din is-sena, fl-Uffiċċju tiegħi ma kien hemm l-ebda re-appointments ta’ diretturi, jew diretturi li ma ġewx ri-appuntati.
F’rigward il-Ministeru tal-Finanzi, kien hemm żewġ re-appointments u dawn kienu s-Sur Mark Borg, Direttur Budget Office b’effett mis-26 ta’ Marzu 2005 u s-Sur Anthony Imbroll, Direttur Capital Transfer Duty b’effett mid-29 ta’ Jannar 2005. Ma kien hemm l-ebda direttur matul din is-sena li ma ġiex ri-appuntat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeri kollha għas-sena 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġiet tiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12500.