Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Raħal Ġdid - Manutenzjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li tiġi rranġata l-bitħa ta' l-entratura tal-Flats fi Block 2, Scheme 2, Paola Hilla, Paola, jiġi mbajjad il-ħajt u jitpoġġew xi qsari u jsir ukoll xi madum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtiega.

Ministeru tal-Familja — Safar

Question

Tista' il-Ministru tinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha? Tista' tinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ammont globali minfuq bejn Jannar u Settembru 2004 kien ta' Lm34,663. Ninsab infurmata wkoll li hu kalkolat li bejn Ottubru u l-aħħar tas-sena ser jintefqu madwar Lm10,000.

Djar — Kiri ta' postijiet privati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8353, tista' il-Ministru tgħid jekk dak li ntqal fit-tweġiba japplikax ukoll għal rigali taħt forma finanzjarja u li xi drabi tilħaq l-eluf?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tweġiba hi fl-affermattiv.

Awtorita' tad-Djar — Manutenzjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li jiġu rranġati l-ħsarat li hemm fil-gallarija tal-post tal-gvern fl-Isla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Awtorita' tad-Djar — Manutenzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jirranġa l-partijiet komuni, bħal turġien miksurin, fi Blocks A, B u C, Dockyard Terrace, Senglea?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jiena nfurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar ġa approva dan ix-xogħol u dan ser isir fil-futur immedjat.

Djar — Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' lift f'appartament - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - peress li wieħed mill-inkwilini għandu diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni taħt Skema V għal stallar ta' lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Raħal Ġdid — Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li persuna minn Raħal Ġdid - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tiġi provduta b'post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.

Servizzi Soċjali — Każ ta' Relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hijiex qed tirċievi l-ammont korrett tar-relief li qiegħda tibbenefika minnu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - quddiem xi wieħed mill-awtoritajiet tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li la l-Awtorita' tad-Djar u lanqas id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandhom xi applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Awtorita' tad-Djar — Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibbenefika mis-servizz tal-care and repair ta' l-awtorita' tad-djar minħabba li l-kamra tal-banju tal-post tal-gvern fl-Isla ma tinstabx f'kondizzjoni tajba u m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tirranġaha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar m'għandha l-ebda talba taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li b'dankollu l-Awtorita' ser tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika mill-imsemmija inizjattiva.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozzi tal-Kiri

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tagħha bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tagħha? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta’ mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu wkoll għal min f’dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta’ karozza uffiċjali li, f’ċertu ċirkostanzi, tista wkoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu ‘transport allowance’ minflok ma jiġu pprovduti b’karozza. Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta’ karozzi, li f’ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-messaġġiera fis-Segretarjat. Bħalissa hemm 3 karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. L-informazzjoni dwar minn fejn u b’liema rata qed jinkrew tinsab fil-lista annessa. L-ammont totali minfuq fuq kiri ta’ karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm5,715.

Dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar — Spezzjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar fis-snin 2003 u 2004 (s'issa)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-istatistika miżmuma mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar turi n-numru ta' talbiet għal spezzjonijiet u mhux in-numru ta' spezzjonijiet li jkunu saru. F'numru ta' każijiet ikun meħtieġ li ssir aktar minn spezzjoni waħda dwar l-istess talba. Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta' dawn it-talbiet għas-sena 2003 kien 3,365 filwaqt li din is-sena, sa l-aħħar ta' Awwissu, kien 2,109.

Awtorita' tad-djar — House building programme

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefaq mill-awtorita' tad-djar għall-house building programme mis-sena 1999 sal-lum, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar — Sussidji fuq kirjiet tal-privat

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefaq mill-awtorita' tad-djar għal sussidji fuq il-kirjiet tal-privat mis-sena 1999 sal-lum, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar — Operational & maintenance expenses

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefaq mill-awtorita' tad-djar għal operational and maintenance expenses mis-sena 1999 sal-lum, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Manutenzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġi rranġat is-saqaf tal-fond fl-Isla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ġie approvat fil-11 ta' Novembru 2004. Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar mistenni jagħmel dan ix-xogħol fil-futur immedjat.

Kalkara — Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-koppja żagħżugħa b'żewġt it-tfal mill-Kalkara - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - biex jiġu pprovduti post alternattiv mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qed jinjora l-problema akuta li għandu l-applikant - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li jgħix f'post bla ebda sistema infrastrutturali, jiġifieri mingħajr dawl u ilma u drenaġġ u jbati minn problemi mentali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6961, f'Seduta 165.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw biex jibbenefikaw minn Skema S? Kemm ġew aċċettati u kemm ġew proċessati? Kemm kien l-ammont ta' flus li ħarġet l-awtorita' tad-djar f'dan ir-rigward (Referenza għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004) issa li twaqqfet din l-iskema u ġiet varata skema ġdida, kemm hu l-vot finanzjarju għal din l-iskema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fl-ewwel tliet partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li għas-sena finanzjarja 2004/2005, l-Awtorita' tad-Djar mistennija tonfoq Lm374,000 għall-iskema l-ġdida.