Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15559 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bullet proof vests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw bullet proof vests fl-1999 u lil min ingħataw? X'kienet l-ispiża totali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 il-Pulizija ma xtratx bullet proof vests. Pero`, kif diġa` kelli l-okkażżjoni li ngħid, huwa ppjanat li matul din is-sena għandhom jinxtraw numru minn dan l-ilbies protettiv.
Leg 9 PQ #15560 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Fizzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fizzjali kollha tal-Korp tal-Pulizija għandhomx aċċess għal użu ta' computers? X'kienet l-ispiża fuq ix-xiri ta' computers fis-sena 1998, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-fizzjali kollha tal-Korp tal-Pulizija, ħlief dak riċentement assenjat mad-Dogs and Mounted Section, għandhom aċċess għal użu ta` computers. Infurmat ukoll li fis-snin 1998/99 l-ispiża tal-Korp fuq computers kienet tammonta għal Lm36,350, liema somma ma tinkludiex numru sostanzjali ta` computers miksuba mingħand il-MITTS.
Leg 9 PQ #15590 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ta' Xbiex — Princess Margaret Street

Question

Billi f'90, Princess Margaret Street, Ta' Xbiex kantuniera ma' G. Cali Street, Ta' Xbiex hemm sit ta' bini abbandunat u li m'għandux bounday wall skond il-liġi u hemm għoli ta' sular u ħafna ilma, jista' l-Ministru jara x'qed tagħmel il-pulizja biex jitneħħa l-perkilu li hemm u tiġi osservata l-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtoritajiet Sanitarji bdew proċeduri bil-Qorti dwar is-sit li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, liema proċeduri għadhom sub-judice. Ninsab infurmat ukoll li s-sid ġie ordnat mill-Pulizija sabiex inaddaf dan is-sit u jtella` ċint.
Leg 9 PQ #13511 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Lockerbie — Investigaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew f'Malta investigaturi mit-team tal-prosekuzzjoni tal-ġuri dwar il-każ ta' Lockerbie?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-investigaturi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew Malta diversi drabi.
Leg 9 PQ #13512 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Sewqan — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 sa l-1996 kemm inġabru flus mill-liċenzji tas-sewqan, sena b'sena"

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lil-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #13513 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Karozzi — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 sa l-1996 kemm inġabru flus mill-liċenzji tal-karozzi (tal-Windscreen) u inġenji oħra li jinsaqu fit-triq li titħallas kull sena mis-sidien tal-vetturi, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lil-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15321 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Gazzetta tal-Gvern No. 16912

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Frar, 2000, No. 16912, paġna 1499, li kien jgħid: Dipartiment ta' l-Artijiet Il-Kummissarju ta' l-Artijiet jgħarraf illi - Offerti ssiġilatti għall-Avviż li ġejjin għandhom jintefgħu fil-kaxxa ta' l-offerti tad-dipartiment ta' l-artijiet, Auberge de Baviere, Valletta sal-10.00 a.m. tal-Ħamis, l-24 ta' Frar, 2000... ... ... Dan ifisser li l-avviż ħareġ jumejn biss qabel ma kellhom jgħalqu dawn l-offerti? Ma jidhirlux l-Ministru li min jirċievi l-Gazzetta tal-Gvern bil-posta, irċieva dan l-avviż probabbli fil-ġurnata li għalqu l-offerti u għaldaqstant kienet inġusta ma' dawk li xtaqtu japplikaw, iżda per konsegwenza, ma setgħux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-avviżi li rreferit għalihom l-Onor. Interpellanti dwar l-offerti li kellhom jinfetħu l-Ħamis, 24 ta` Frar 2000, fl-10.00 ta` filgħodu, dehru għall-ewwel darba fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta` l-4 ta` Frar 2000. Bħall-avviżi kollha li joħroġ id-Dipartiment ta` l-Artijiet għall-kiri / bejgħ ta` proprjeta`, dawn l-avviżi baqgħu jidhru kull nhar ta` Tlieta u kull nhar ta` Ġimgħa, jiġifieri fit-8 ta` Frar 2000, fil-11 ta` Frar 2000, fil-15 ta` Frar 2000, fit-18 ta` Frar 2000 u fit-22 ta` Frar 2000, sakemm għalqu l-offerti fl-24 ta` Frar 2000.
Leg 9 PQ #15338 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Seduti tal-qorti

Question

Jista' l-Minsitru jgħid għaliex il-ġudikanti ma ġewx informati minn qabel li l-pulizija ma jkunux jistgħu jattendu għal uħud mis-seduti tal-qorti fis-6 ta' Marzu, meta kien hawn Malta il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Romano Prodi? X'inhi l-proċedura meta, minħabba xi ħaġa bħal żjara statali, numru ta' pulizija ma jkunux jistgħu jattendu l-qorti u tiġi nformata l-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kif hija l-prassi f`okkażżjonijiet bħal dawn, l-uffiċjal prosekuturi ħadu ħsieb jinfurmaw minn qabel lill-Maġistrati sedenti f`kawżi li l-Pulizija ma setgħux jattendu minħabba li kienu impenjati fuq xogħol ieħor b`konnessjoni maż-żjara li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #13507 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Extra duty

Question

JIsta'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pulizija tas-sitt distrett ilhom majitħallsu ta'l-extra duty għal dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sitt xhur li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant il-membri tal-Korp tħallsu total ta` Lm56,133 talli ħadmu extra duty iġġenerata fis-Sitt Distrett. Dan l-ammont tħallas kif jidher hawn taħt : Lm -- Awissu 21,563 Settembru 7,693 Ottubru 3,333 Novembru 9,063 Diċembru 14,481 Jannar -
Leg 9 PQ #13508 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta'qtil

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-murders li saru mill-1994 'il hawn? Jista' jgħid meta saru dawn il-murders? Fejn saru? Min kien il-vittma? Kemm-il każ kien solvut? Kemm-il każ ma kienx solvut? X'eżitu kien hemm fuq kull każ fil-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #15270 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Twaħħil ta' apparat tal-mobile

Question

Meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tagħti permess biex jitwaħħal apparat għat-trażmissjoni tas-servizz tal-mobile fl-inħawi residenzjali, qed tqis l-impatt fuq is-saħħa tar-residenti minħabba tniġġiż radju-attiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tikkonsulta mad-Dipartiment tas-Saħħa waqt l-ipproċessar ta` applikazzjonijiet għat-tip ta` żvilupp li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Dan minkejja li ma teżistix informazzjoni konklussiva dwar l-impatt imsemmi fil-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #13387 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5477.
Leg 9 PQ #15051 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' kuntrabandu rrapportati lill-pulizija matul Jannar, Frar u l-ewwel 20 jum tax-xahar ta' Marzu? X'passi ttieħdu u x'kienu r-riżultati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija kellha 12-il-rapport dwar kuntrabandu. F`żewġ każijiet l-investigazzjoni irriżultat fin-negattiv, f`każ ieħor inbdew proċeduri quddiem il-Qorti, filwaqt li l-każijiet l-oħra għadhom qed ikunu nvestigati.
Leg 9 PQ #15418 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza — Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jinformani meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament se tingħata ċ-ċittadinanza Maltija peress li ilha li applikat f'April, 1998, miżżewwġa Maltija u ilha toqgħod Malta madwar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadu qed jiġi pproċessat u li din il-persuna tiġi nfurmata minnufih malli tittieħed deċiżjoni.
Leg 9 PQ #15193 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Programm fuq il-PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex beħsiebha tinvestiga dak li qal ġurnalista - ismu qed jintbagħat separatament - li llum jaħdem ma' l-Independence Print, Radju 101 u NET TV, fuq il-programm "Xarabank" tal-PBS nhar il-Ġimgħa, 10 ta' Marzu, 2000 fejn qal li hu kien involut biex logħba tal-football tiġi rranġata xi snin ilu għaliex hekk kien fl-interess ta' team wieħed u li l-pulizija u xi nies oħra kienu jafu b'dan minn qabel? Peress li f'dak li qal il-ġurnalista hemm ammissjoni ta' korruzzjoni, ma jaħsibx li għandha ssir investigazzjoni serja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija ngħataw parir legali li peress li l-allegat reat seħħ madwar sittax-il sena ilu kull azzjoni kriminali dwaru issa hija preskritta.
Leg 9 PQ #15194 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing/clamping ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Jannar u Frar ta' din is-sena kemm sar towing u clamping ta' vetturi? Liema huma l-lokalitajiet fejn l-aktar saru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #15281 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Esproprjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm art li qedha f'idejn il-Gvern ta' Malta bit-titolu ta' possession and use, kemm kirjiet qed jitħallsu mill-istess Gvern minħabba dan u jekk jistax jiġi kkunsidrat li fejn hemm bini eżistenti u terzi jridu wkoll jixtruh bħal Triq ir-Regatta, Bormla, din tiġi esproprjata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija jrid isir eżami ta` numru kbir ta` files u records manwali li jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta` dan iż-żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li n-numru ta` kirjiet li l-Gvern qiegħed iħallas għall-proprjeta` li qegħda għand il-Gvern b`titlu ta` possession and use u public tenure huwa ta` 2,702. L-ammont li jitħallas għal dik il-proprjeta` li qegħda b`titlu ta` public tenure huwa ta` ċirka Lm30,000, filwaqt li l-ammont li jitħallas għal dik il-proprjeta` li qegħda b`titlu ta` possession and use huwa ta` ċirka Lm8,000. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija wieħed japprezza d-diffikulta` nvoluta fit-twettieq tas-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant. Fil-fatt, mill-1987, il-Gvern, b`eċċezzjoni ta` każ wieħed li imbagħad ġie konvertit f`xiri assolut, ma ħariġx iktar 'possession and use'. Il-proposta ta` l-Onor. Interpellant iżda diġa` qegħda tiġi studjata, u jekk tinstab soluzzjoni ġusta, din titwettaq.
Leg 9 PQ #15282 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Esproprjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 2000 sal-15 ta' Marzu, x'valur huwa kkalkolat li ttieħed, u kemm-il tomna ġiet hekk esproprjata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 2000 sal-15 ta` Marzu 2000 saru seba` (7) talbiet ġodda għall-esproprijazzjoni. L-ebda waħda minn dawn ma kienet għall-esproprijazzjoni ta` bini. Dwar it-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li f`dan l-istadju għadu m`huwiex magħruf peress li dawn l-esproprijazzjonijiet għadhom qegħdin jiġu pproċessati.
Leg 9 PQ #15283 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Valletta — Lower St Elmo

Question

B'referenza għad-domandi parlamentari li saru preċedentement, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarx xi żvilupp għar-rigward il-post hekk imsejjaħ Lower St Elmo fil-Belt, Valletta u hemmx għalhekk il-possibbilta' li partijiet minnha jinfetħu għall-pubbliku fis-sajf?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda żvilupp dwar il-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #15284 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Xgħajra — Forti San Anard

Question

Jista' l-Ministru in vista tat-tweġibiet parlamentari preċedenti jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba mill-bidu tas-sena sal-lum kienx hemm żviluppi ġodda sabiex fl-aħħar jew jiġi ddentifikat sit alternattiv għal min qiegħed jokkupa din il-Fortizza ta' San Anard ġewwa x-Xgħajra jew jinħoloq arranġament differenti ma' min qiegħed jokkupa l-post preżentement?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda żvilupp dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.