Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19640?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li meta fl-1970 ħarġet il-Memo numru 344, li titratta dwar id-deċiżjoni tal-Malta Electricity Board li jniedi skema ta' pensjoni għall-impjegati tiegħu, din ma setgħetx tidħol fis-seħħ minħabba li ma kellhiex l-approvazzjoni tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien. Għaldaqstant l-imsemmi Bord ma kellu l-ebda dritt li joħroġ dik il-Memo.
Sa l-1979 il-Malta Electricity Board kienet għaqqdet 'reserve account' ta' Lm458,000 pero' dan il-fond ma kienx intenzjonat li jmur għall-'pension reserve fund' li tissemma fil-Memo numru 344. Infatti din is-somma kienet intenzjonata li tkopri żewġ fondi oħra. Dawn kienu l-ħlas ta' gratuity lill-impjegati tal-Malta Electricity Board li rtiraw mis-servizz jew kienu laħqu telqu minn rajhom. Għal dan il-għan, sa l-1979, kien meħtieġ li titħallas is-somma ta' Lm112, 848. Parti minn din is-somma kienet tħallset sa Diċembru ta' l-1980.
Is-somma fir-'reserve account' kienet mistennija wkoll li tkopri l-pensjoni li l-Board kien mistenni li jħallas lill-impjegati li kienu daħlu jaħdmu ma' l-istess Board mis-Servizz Ċivili fl-1963. Din il-pensjoni titħallas ma' l-eta' ta' l-irtirar mis-servizz.
Meta fl-1979 il-Gvern ta dak iż-żmien introduċa s-sistema ta' pensjoni taż-żewġ terzi, il-Korporazzjoni Enemalta applikat dis-sistema għall-impjegati tagħha.
Jista’ l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fuq bieb 27, Triq il-Regatta, Blokk 8, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Membru ġie riferit lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa, u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20486?
Response (BONNICI, JOSEF)
Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li l-informazzjoni kif mitluba tieħu perjodu ta' żmien biex tinġabar, meta jittieħed in kusiderazzjoni l-fatt li minbarra li tkopri perjodu ta' erba' snin, l-informazzjoni tinkludi numru ta' dettalji. In vista ta' dan, it-tweġiba tingħata meta tali informazzjoni tkun inġabret kollha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kwalita' ta' ilma li qed jirċievu r-residenti fl-inħawi tax-Xatt ta' Tas-Sliema, partikolarment Triq San Publiju, qed tkun ħażina ħafna u ta' kulur kannella?
Peress li dan qed joħloq inkonvenjent lir-residenti u dawn qed ikunu kostretti li jaħlu ħafna ilmijiet żejda peress li ma jistax isir użu minnu għal tisjir u ħasil, jista' l-Ministru jgħid x'rimedju ser jingħata lir-residenti f'dawn l-inħawi imsemmija aktar 'il fuq u jekk huwiex ser isir tnaqqis fil-kont għal ħela bla bżonn ta' ilmijiet li qed ikunu kostretti li jagħmlu sakemm l-ilma jiċċara u jsir tajjeb għal użu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-problema tal-kwalita' ta' l-ilma bis-sadid f'dawn l-inħawi jidher li ġejja minn xi tibdil li sar fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma ta' dan il-lokal. Dan it-tibdil sar biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkun tista' tagħmel l-istudji tagħha dwar il-leakage control. Minħabba li qed tiġri din il-problema ta' l-ilma bis-sadid, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ser tara x'jista' jsir biex tissolva din il-problema.
Immedjatament, ser isiru wash outs, u wara jsir ukoll bdil fil-pajpijiet u aċċessorji oħra.
Possibbli l-Enemalta tara li tinxtegħel il-bozza ta' ħdejn ir-residenza "San Antonio", Triq il-Qadi, Żejtun li kienet intfiet mill-ħaddiema ta' l-Enemalta xi tliet ġimgħat ilu waqt li bdiet tissparkja bil-maltemp u baqgħet mitfija sal-lum?
Possibbli li din il-bozza tinxtegħel għax minkejja diversi telefonati mir-residenti, s'issa għadha mitfija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li x-xogħol li kien meħtieġ biex tinxtegħel din il-bozza sar fl-24 ta' dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-MIA?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?
Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.
Jekk fil-futur isir trasferiment ta' ħaddiema, dan isir minħabba l-esiġenzi tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Industrija?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?
Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment ta' l-Industrija, bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000 saru żewġ trasferimenti, wieħed minħabba li l-persuna involuta ingħatat promozzjoni u l-ieħor fuq talba ta' l-impjegat inniffsu.
Jekk fil-futur ikun fl-interess tad-Dipartiment li jsiru trasferimenti, allura dawn isiru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Konsumatur?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?
Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni li għandi, matul il-perjodu indikat minnu, fid-Dipartiment tal-Konsumatur sar trasferiment ta' impjegata waħda.ż
Fil-futur jistgħu jsiru trasferimenti jekk ikun fl-interess tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Konsumatur mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu indikat ġew impjegati tlitt ħaddiema ġodda mad-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Tnejn minn dawn l-impjegati ġodda ġew ingaġġati wara li kien hemm sejħa għall-applikazzjonijiet, filwaqt li l-ieħor mar jaħdem fid-Dipartiment minn dipartiment ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kummerċ mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant, ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kummerċ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Istatistika mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-Maltacom?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?
Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza kien hemm ċaqlieq ta' 148 ħaddiem minn sezzjoni għal oħra tal-Maltacom. Wieħed jifhem li f'azjenda ta' dan it-tip iċ-ċaqliqiet huma meħtieġa sabiex ix-xogħol jibqa' għaddej b'mod effiċjenti. Dawn it-trasferimenti kollha saru minħabba l-esiġenzi tal-Kumpanija u għal dan il-għan mhux eskluż li jsiru fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Air Malta?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?
Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat saru sitt trasferimenti ta' staff bejn dipartiment u ieħor ta' l-Air Malta. Dawn it-trasferimenti, li huma parti integrali mill-amministrazzjoni ta' l-azjenda, saru, kif naturalment ser jibqgħu isiru, biex jinqdew aħjar l-esiġenzi tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-MDC?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?
Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu indikat minnu ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fil-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta.
Fil-futur mhux eskluż li jsiru trasferimenti jekk dan ikun fl-interess tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta ddaħħal fl-estimi tagħha għall-budget għas-sena 2001, sistema ta' dawk aktar adegwat għal qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed, Rabat u Vjal il-Ħaddiem sabiex dawn l-inħawi fir-Rabat ikunu mdawwla aħjar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li t-talbiet biex jiżdied id-dawl fit-toroq imsemmija qed jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Maltacom mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000, il-Maltacom impjegat persuna waħda wara li saret sejħa għall-applikazzjoni permezz tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq talba tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant, ġew impjegati 415-il persuna ma' l-Air Malta. Minn dawn, 397 ġew impjegati fuq bażi temporanja jew 'part-time', kif hi l-prattika kull sena minħabba n-natura staġjonali tax-xogħol tal-linja nazzjonali ta' l-ajru. Il-ħaddiema ġodda ġew impjegati b'dan il-mod.
398 permezz tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ
12 wara sejħa għall-applikazzjonijiet
5 minn agenziji tax-xogħol barranin
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MDC mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta ma mpjegatx ħaddiema ġodda.