Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25745 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li jbatu mid-dijabete — siringi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu mid-dijabete u qed jingħataw is-siringi? Kull pazjent kemm qed jingħata siringi? ? Kemm minnhom huma Type 1 u kemm huma Type 2?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ghall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25744.Permezz ta’ Memo mahruga f’Marzu 2012 (DPA Memo 01/2012 Schedule V Reform and Diabetes Mellitus Management) pazjenti li għandhom Kartuna Safra għad-Dijabete huma intitolati għal-30 siringa fix-xahar. Dijabetiċi li għandhom Kartuna Roża għad-Dijabete huma intitolati għal-10 siringi fix-xahar.
Leg 12 PQ #25746 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li jbatu mid-dijabete — strips

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu mid-dijabete u qed jingħataw l-istrips biex jiċċekjaw il-livell taz-zokkor fid-demm? Kull pazjent kemm qed jingħata strips? Kemm minnhom huma Type 1 u kemm minnhom huma Type 2?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Glucose Strips huma mogħtija lill-pazjenti li jbatu minn Type 1 diabetes biss. Pazjenti ‘l fuq minn 18-il sena huma intitolati għall-50 fix-xahar. Pazjenti taħt it-18-il sena huma intitolati għall-4 Glucose Strips kuljum filwaqt li n-nisa tqal huma intitolati għall-100 Glucose Strip fix-xahar.
Leg 12 PQ #25831 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Ftehim bejn il-Gvern u Barts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat mill-Gvern mal-Iskola ta' Barts aktar minn sena ilu u ċjoè fit-18 ta' Marzu 2015 u li sal-lum għadu mhux pubblikat? Wara dak il-ftehim ġew iffirmati ftehim oħra dwar l-istess skola?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ftehim li qed jirreferi ghalih ser jigi ppubblikat aktar tard din is-sena.
Leg 12 PQ #25927 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-Djar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar fejn beda s-servizz ta’ tqassim ta’ mediċini fid-Djar tal-Anzjani u kemm qed igawdu minnha anzjani? Jista’ jgħid jekk bediex isseħħ u jekk il-ħaddiema li qed jagħtu jew se jagħtu dan is-servizz, humiex ħaddiema tal-Gvern jew tal-kuntrattur? Jekk huma tal-kuntrattur, min huwa l-kuntrattur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelant li din l-Iskema ġiet imnedija bħala Proġett Pilota f’ Novembru 2015 fil-lokalitajiet tar-Raħal Ġdid u r-Rabat; u minnufih bdew jintlaqgħu l-Applikazzjonijiet mingħand il-pazjenti li joqgħodu f’dawn il-lokalitajiet. Fil-31 ta’ Mejju 2016, dan il-Proġett daħal fit-tieni fażi tiegħu fejn il-pazjenti ġew infurmati mill-POYC Unit biex jagħmlu kuntatt mal-ispiżjar/a tal-POYC tagħhom sabiex jingħataw informazzjoni ta’ kif għandhom iħejju r-riċetti għall-mediċini u d-dokumenti li jintitolawhom għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, biex imbagħad il-mediċina tkun tista titwasslilhom id-dar. Dan is-servizz ser jingħata mill-ispizjara privati fil-komunita’ li qed jipparteċipaw fl-Iskema tal-POYC b’għajnuna skond il-ħtieġa mill-POYC Unit.
Leg 12 PQ #25991 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ mediċini?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kaz qed jigi segwit.
Leg 12 PQ #26004 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Kartuna r-roża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25896 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu azzjoni immedjata dwar il-Pink Form fejn dawk il-persuni li kienu dijabetiċi qabel is-sena 2012 kellhom dritt li jibqgħu jieħdu l-Kartuna r-Roża? Peress li ħafna telfulhom dan id-dritt u tilfu wkoll numru ta’ benefiċċji, jista’ jara li kull min kellu l-Kartuna r-Roża għaliex huwa dijabetiku jiġi kkuntattjat u terġa’ tinħareġ din il-Kartuna r-Roża? Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni dwar mijiet ta’ nies li qalbulhom il-pilloli minn fuq il-Kartuna r-Roża għal fuq is-Safra meta dawn ma kellhomx id-dritt li jagħmlu hekk?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz ta’ Avviz Legali fl-2012 id-Diabetes Mellitus Type 1 u Type 2, flimkien mat-Tuberkolosi, l-Polio u l-Lebbra tneħħew minn fuq l-Iskeda II (Il-Kartuna r-Rosa) u żdiedu mal-Lista tal-Kundizzjonjiet Kroniċi li jaqgħu taħt l-Iskema V (Il-Kartuna s-Safra). Fl-2012 il-pazjenti li kienu jbatu mill-kundizzjoni tad-diabete ngħataw l-għażla jekk jaqilbux għall-Kartuna s-Safra jew jibqgħux fuq il-Kartuna r-Roza.
Leg 12 PQ #26030 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-Saħħa (Malta) – konsulenti — total

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ konsulenti li hemm fil-Qasam tas-Saħħa f Malta? Kemm minnhom huma nisa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 246 Konsulent li joffru is-servizzi taghhom gewwa d-Dipartimenti tas-sahha f’Malta. Fost dawn hemm 61 konsulenti nisa.
Leg 12 PQ #26031 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-Saħħa (Għawdex) – konsulenti — total

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ konsulenti fil-Qasam tas-Saħħa f’Għawdex? Kemm minnhom huma nisa? Kemm hemm fuq Contract A?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 17 –il Konsulent li joffru is-servizzi taghhom gewwa l-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Fost dawn hemm 5 konsulenti nisa. Fuq Contract A hemm total ta’ 8 konsulenti.
Leg 12 PQ #25736 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Health Care Services — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Primary Health Care Services għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25737 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Health Care Services – Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Primary Health Care Services għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25738 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12373.
Leg 12 PQ #25739 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech – Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Isptar Karin Grech għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25740 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Boffa u SAMOC (MDH)- Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Boffa u ċ-Ċentru Tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) (Mater Dei Hospital) għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25741 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Boffa u SAMOC (MDH)- Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Isptar Boffa u ċ-Ċentru Tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) Mater Dei Hospital għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25887 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex – konsulenti fuq Contract A

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fl-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex li qegħdin fuq Contract A? Kemm hu t-total tal-konsulenti? Kemm minnhom li huma fuq Contract A huma nisa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm total ta’ 79 konsulent fuq Contract A ġewwa l-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Minn dawn hemm 30 konsulent fuq Contract A li huma nisa.
Leg 12 PQ #445 Sitting 399 2016-06-06 Written · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa/entitajiet – rwol ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandha jew kellha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija: a. fil-Ministeru tas-Saħħa; b. fid-Dipartiment tas-Saħħa; c. fl-Isptar Mater Dei; d. fl-FMS; e. fl-Isptar Karin Grech; f. fl-Isptar ta’ Għawdex; u g. fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija msemmija minnha kienet konsultata minn MA-JV waqt ix-xoghol tal-progett tal-MAU f'Mater Dei. Il-persuna msemmija minnha ma ghandha l-ebda relazzjoni mad-Dipartiment tas-Sahha.
Leg 12 PQ #446 Sitting 399 2016-06-06 Written · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa/entitajiet – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu jew kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija: a. fil-Ministeru tas-Saħħa; b. fid-Dipartiment tas-Saħħa; c. fl-Isptar Mater Dei; d. fl-FMS; e. fl-Isptar Karin Grech; f. fl-Isptar ta’ Għawdex; u g. fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12955.
Leg 12 PQ #447 Sitting 399 2016-06-06 Written · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa/entitajiet – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu jew kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija: a. fil-Ministeru tas-Saħħa; b. fid-Dipartiment tas-Saħħa; c. fl-Isptar Mater Dei; d. fis-CPU; e. fl-Isptar Karin Grech; f. fl-Isptar ta’ Għawdex; u g. fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 20992.
Leg 12 PQ #25730 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25731 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.