Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — top management position

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7494, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — Kommemorazzjoni

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-prezenza tiegħu fil-kommemorazzjoni li saret ilbieraħ filgħodu fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata biex jitfakkru l-pulizija li laħqu għaddew għall-ħajja aħjar kienet tkun ferm aprezzata kieku avverat ruħha? Jaf li fl-aħħar 25 sena kull Ministru għall-Intern sedenti, sakemm ma kienx imsiefer barra minn Malta, dejjem kien preżenti għal din il-kommemorazzjoni li tfisser ħafna għall-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru jattendi dejjem għal kull kommemorazzjoni u attività tal-Korp tal-Pulizija. Dik il-ġurnata l-Ministru kien indispost xi ħaġa kif jaf l-Onorevoli Interpellant tista’ tiġri lil kulħadd.

Korp tal-Pulizija — Kommemorazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fil-kommemorazzjoni li saret il-Ħadd, 7 ta’ Lulju, fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata biex jitfakkru l-pulizija li għaddew għall-ħajja aħjar, hu kien rappreżentat miċ-chief of staff tiegħu u mhux mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dakinhar, kif diġà għedt fil-Mistoqsija Parlamentari 3584 kont indispost fl-aħħar ħin u għalhekk iċ-Chief of Staff tiegħi, li jassistini f’kull attività u kommemorazzjoni bħala Kap tas-Segretarjat tiegħi, daħal biex jirrapreżentani fin-nuqqas tal-preżenza tiegħi.

Ħlas tal-Overtime lill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pulizija se jitħalsu tal-extra jew overtime li ħadmu tal-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-overtime li nħadem mill-Pulizija b’konnessjoni mal-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu 2013, tħallas.

Kuntratti ffirmati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti, id-dokumenti, skritturi, memoranda, ftehim u simili li l-Gvern Malti ffirma wara Marzu 2013 mal-kumpanija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u ma kwalsiasi sussidjarja jew aġenti tagħha fuq kwalsiasi materja, inkluż il-kuntratt u dokumenti relatati mal-hekk imsejjaħ Individual Investor Programme?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-istqarrija tal-Gvern numru PR2413 maħruġa mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali li fiha ġie ppubblikat parti mill-Kuntratt ta’ Henley and Partners dwar il-commissions. Il-kumplament tal-kuntratt huwa ta’ natura kunfidenzjali.

Traffikar tad-droga fil-ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif tħalliet tidħol il-ħabs persuna li nqabdet iddaħħal id-droga l-ħabs ftit jiem ilu f’Ġunju 2013 meta kien hemm ordni biex ma titħalliex tidħol? X’inhi d-data tal-ordni oriġinali li fiha d-Direttur tal-Ħabs kien ordna li tali individwu ma jitħalliex jidħol il-ħabs?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-awtoritajiet tal-ħabs m’għandhom l-ebda rekord ta’ dak li qed jallega hu. Jekk forsi jkun aktar speċifiku, fl-isem, l-awtoritajiet tal-ħabs ikunu jistgħu jaslu għal tweġiba aktar speċifikata.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Uffiċċju tal-Aġent Direttur — xiri ta’ materjal għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-LPO jew dokument ieħor tax-xiri tal-materjal kollu, inkluż irħam u madum, li qed jintuża fix-xogħlijiet fl-uffiċċju tal-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – operations coordinator — kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-operations coordinator li se jkun impjegat fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mill-ġimgħa d-dieħla?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Minħabba raġunijiet ta’ Sigurtà ma’ nħossx li hu għaqli li jiġi ppublikat l-kuntratt ta’ xi ħadd li jaħdem fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin. Jekk irid l-Onorevoli Interpellant nista’ ngħaddilu kopja tal-kuntratt b’mod personali u kunfidenzjali.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – operations coordinator — impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex ikun impjegat operations coordinator fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Dan hu messaġġ ta' sfiduċja fil-management tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nibda biex nippreċiża mal-Onorevoli Interpellant li fuq rakkomandazzjonijiet tal-Bord tar-Riforma tal-Ħabs, inħolqot struttura ġdida fil-Facilita Korretiva ta’ Kordin. Din l-istruttura tara Direttur, manager tal-Operationers u Manager fuq l-edukazzjoni. Naqbel ma’ l-Onorevoli Interpellant li dan hu messaġġ ta’ sfiduċja i¿da mhux fil-management tal-Faċilita iżda fil-mod kif din il-Faċilita kienet titmexxa taħt il-Gvern preċedenti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – operations coordinator — kwalifiki u abilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiċi jew abilitajiet iktar għandu l-operations coordinator li se jkun impjegat fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mill-management preżenti tal-Faċilità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Bir-rispett kollu lejn l-Onorevoli Interpellant din kwistjoni ta’ struttura ġdida li qed topera bir-riżultat li l-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin qed issir aktar iffukata u effiċjenti fl-għan tagħha, jiġifieri li tirrijabilità r-residenti fi ħdana.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7048 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta – titjira lejn Sqallija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-2011 il-Prim Ministru kien għamel użu minn ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta biex isiefer lejn Sqallija? Jekk iva, jista’ jgħid għal liema raġuni saret din it-titjira lejn Sqallija? Jista’ jagħti d-data preċiża meta saret din it-titjira? Jista’ jgħid liema ajruplan intuża? Jista’ jgħid meta u x’ħin telaq l-ajruplan u meta u x’ħin ġie lura? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża għal din it-titjira? Jista’ jgħid min kienu l-passiġiera mal-Prim Ministru fuq din it-titjira u f’liema kapaċità kienu preżenti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Malta Security Service – persuni trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ġew trasferiti mill-Malta Security Service l-11-il persuna fl-1 ta’ Lulju 2013? X’sens għamel li ġew maqlugħa mill-Malta Security Services nies ta’ esperjenza kbira, inkluż f’xogħol barra minn Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellat kif irrepetejt kemm–il darba, li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

Ministeru għall-Intern — intervista

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ried ifisser biha meta f’intervista li saritlu wara l-ħatra tiegħu hu qal li ma jixtieqx li 80% tal-ħin u riżorsi tal-Malta Security Service jibqa’ jkun iddedikat biex jiġi miġġieled it-traffikar tad-droga?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-intervista li kelli jiena kont għedt illi l-iskop u spirtu li ġiet mwaqqfa l-Malta Security Service kien is-sigurtà tal-istat Malti, b’hekk illi dan is-servizz m’għandux jkun il-lungamano tal-Korp tal-Pulizja. Is-servizz għalhekk għandu jkollu aktar ħin għal kwistjonijiet tas-sigurtà, b’dan pero li xorta titkompla l-ġlieda kontra l-kriminalità partikolarment il-ġlieda kontra l-abbuż tad-droga.

Forzi Armata ta’ Malta – trasferiment tal-Kurunell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Kurunell tal-HR u Administration tal-AFM se jkun trasferit lejn id-Detention Services?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti fil-Forzi Armati ta’ Malta, inkluż dik tal-Kurunell tal-HR u l-Administration, kif infurmajtu kemm-il darba, isiru skont l-esiġenzi tas-servizz.

Pulizija trasferiti għal-lock up

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għala llum tliet pulizija li kienu SRT fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ġew trasferiti għal-lock up?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kelli l-okkazzjoni ninforma lill-Kamra, iċ-ċaqliq u l-ispostament tal-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija jsir skont il-ħtiġijiet u n-neċessitajiet tas-servizz.

Forzi Armati ta’ Malta – trasferiment ta’ impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għala l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li huwa responsabbli mir-Riżorsi Umani u Amministrazzjoni, illum ġie trasferit għad-detention services?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3455.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – traffikar tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru u d-data tal-istqarrija li ħareġ il-Ministeru tiegħu li fiha tħabbar li sar traffikar tad-droga fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fix-xahar ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministeru konċernat.

Dipartiment tal-Probation u l-Parole — rikorsi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati rikorsi mid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole marbutin ma’ ksur ta’ direzzjonijiet jew ordnijiet ta’ probation ai termini tal-liġi? Jista’ jindika kemm il-community order ingħata f’dawn l-aħħar ħames snin possibilment sena b’sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Fis-sena 2013 ġew preżentati 55 rikors mid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole marbutin ma’ ksur ta’ direzzjonijiet jew ordnijiet ta’ probation ai termini tal-liġi. Tul l-aħħar ħames snin ingħataw: 2009 Community Orders: 6 Community Services Orders: 2 2010 Community Orders: 8 Community Services Orders: 7 2011 Community Orders: 8 Community Services Orders: 4 2012 Community Orders:11 Community Services Orders: 7 2013 Community Orders: 21 Community Services Orders: 10