Legislature:
Category:
Reset
Active:

Single parents – allowance tat-tfal – aktar minn wild wieħed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single parents li għandhom iktar minn wild wieħed u jirċievu l-allowance tat-tfal? Jista' jagħti breakdown skont in-numru ta' wlied taħt is-sittax-il sena li għandhom dawn is-single parents?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Single parents – benefiċċju tal-qgħad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single parents li qed jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad? Kemm minn dawn is-single parents huma single mothers u kemm hemm single fathers?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ single parents li qed jieħdu pagamenti tal-Benefiċċju Għal-Qagħad u Children’s Allowance f’isimhom huwa 10, minn dawn 5 huma nisa u 5 huma rġiel.

Awtorità tad-Djar — bdil ta' post - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward bdil ta' post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — bdil ta' post - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigwar bdil ta' post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata m’għandiex applikazzjoni pendenti għal tpartit mal-Awtorita’ tad-Djar u għalhekk hi mħeġġa sabiex tirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care sabiex tissottometti l-applikazzjoni.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – Agreements dwar xogħlijiet

Question

B’referenza għall-intervent tal-Ministru fid-dibattitu tal-Baġit, fejn intqal li l-Ministru għamel 30 agreement ma’ kuntratturi għal xogħol li jista’ jkun hemm mill-Ministeru, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-agreements u jgħid ukoll x’tip ta’ xogħol hu mistenni li jsir minn dawn il-kuntratturi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-“agreements” li saru huma kollha fil-limiti tal-ħlasijiet issettjati mill-Awtorità tad-Djar għal kull xogħol differenti.

Day Centres

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ kollaborazzjoni jagħmel il-Ministeru mal-kunsilli lokali għal dak li jirrigwarda d-day centres li hawn bħalissa f’Malta u f’Għawdex? Fejn hemm day centres u f’kull każ meta nfetħu? Jista’ jagħti tagħrif dwar liema, fost dawn id-day centres, il-Ministeru rċieva lmenti matul l-aħħar sitt xhur (sa Ottubru 2014)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kurà fil-Komunita’ għandu kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali fejn jirrigwardja trasport u użu ta’ proprjetà. Trasport jiġi pprovdut mill-Kunsilli Lokali fi 11-il Day Centre u bħalissa d-Dipartiment għandu 18-il Day Centre fi proprjetà tal-Kunsill Lokali. L-ilmenti fil-perjodu msemmi kienu ġenereċi u jirrigwardja bħal xi xogħlijiet żgħar pendenti, nuqqas ta’ staff, xi problemi tekniċi (bħal arja kundizzjonata mhix taħdem, eċċ). Id-Dipartiment għandu 22 Ċentru ta’ Matul il-Jum. Tabella bid-dettalji mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ir-Raba Distrett Elettorali — Housing Estates - nfiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'manutenzjoni saret, inkluż infiq, fl-aħħar 12-il xahar fil-housing estates tar-Raba' Distrett Elettorali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar 12-il xahar tlestew diversi xogħlijiet ta’ tiswijiet mill-Awtorità tad-Djar, ġo postijiet tal-Gvern. Dawn kienu jikkonsistu f’tiswijiet strutturali ta’ soqfa u gallarijiet, tiswijiet fil-bjut u apramorti, tiswijiet u tibdil ta’ sistemi ta’ dranaġġ kif ukoll xi tiswijiet oħra fil-partijiet komuni tal-blokki. In-nefqa totali, minn Novembru 2013 sa Ottubru 2014 fil-housing estates li jagħmlu parti mir-raba’ distrett elettorali, kienet ta’ €202,959.

L-Isla – lift ma jaħdimx fi blokk flats

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-lift fil-Blokk C, Triq it-Tarzna, Isla, li hu blokk ta' flats tal-Gvern, ilu ma jaħdem iktar minn sena u erba’ xhur?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lift eżistenti fi Blokk C, Triq it-Tarzna, Isla hu lift antik li ilu jitħaddem minn żmien is-Servizzi Ingliżi. L-inkwilini f’dan il-blokk huma responsabbli bejniethom għall-manutenzjoni tal-lift. Minħabba li issa jirriżulta li hemm spejjeż kbar biex dan il-lift jissewwa u jkompli jaħdem b’mod sodisfaċenti, l-inkwilini talbu biex jiġi stallat lift ġdid iffinanzjat mill-Awtorità tad-Djar. Din it-talba ġiet approvata u għaldaqstant, aktar kmieni din is-sena, ġie ppreparat tender għal dan ix-xogħol. Bħalissa t-tender qiegħda fi stadju ta’ evalwazzjoni skont il-proċeduri stabbiliti.

Xogħlijiet fi blokk tal-Gvern — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hemm bżonn ta' xi xogħlijiet fil-komun tal-blokka għall-bejgħ tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-problema msemmija fi blokk ta’ maisonettes Ħal-Tarxien, diġa’ saru diversi kuntatti mar-residenti kkonċernati kif ukoll mal-kuntrattur sabiex isiru tiswijiet b’tip ta’ madum maqbul mar-residenti.

Assistenza Soċjali – Baġit 2015 — Tnaqqis fl-għadd ta’ benefiċċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jistenna l-Gvern li jnaqqas persuni minn fuq il-benefiċċji tal-assistenza soċjali minħabba miżuri mħabbra fil-baġit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tal-miżuri tal-Baġit m'huwiex kemm se jitnaqqsu persuni minn fuq il-benefiċċji soċjali imma li jingħata futur aħjar lill-istess benefiċjarji u lill-uliedhom, li jitnaqqas il-faqar, u wkoll li jitnaqqas l-abbuż fejn jeżisti. Nittama li l-Oppożizzjoni taqbel mal-passi li qed jieħu l-Gvern biex jinqatgħu xi abbużi li jsiru minn flus il-poplu.

Benefiċċji Soċjali — abbuż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdu jabbużaw mill-benefiċċji soċjali fl-aħħar ħames snin? X’kien l-ammont finanzjarju ta’ frodi kull sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Sena Numru ta’ Persuni (Każijiet) Ammont 2010 677 €3,716,295 2011 742 €3,661,150 2012 548 €2,827,459 2013 565 €3,391,478 2014 * 473 €3,057,312 *Sa l-aħħar ta’ Ottubru 2014

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex, bħala kjarifika, tindika għal-liema perjodu ta’ programmar qed tirreferi , jiġifieri jekk hux dak għall-perjodu 2007 – 2013 jew inkella għall-perjodu l-ġdid 2014 – 2020.

Residenza San Vinċenz de Paul – ħaddiema bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11493 u jgħid kemm hemm ħaddiema bit-teleworking fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il siegħa teleworking għandu kull ħaddiem

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-Residenza San Vinċenz de Paul hemm 24 ħaddiem bit-teleworking kif indikat fit-tabella hawn taħt: numru ta' ħaddiemanumru ta' siegħat telework fil-gimgħa 78 39 410 113 113.75 216 119 118 320 135

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — safar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11024, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Wegħda tal-Baġit 2014 — Persuni b’diżabilità – studji u tħejjijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern iwettaq studji u tħejjijiet biex matul din il-leġiżlatura persuni b’diżabilità, li l-ġenituri tagħhom jiġu nieqsa, jiġu integrati fi djar fil-komunità, twettqitx? Jista’ jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Sigurtà Soċjali – każ ta’ individwu minn Raħal il-Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12468 u jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament fuq każ ta’ sigurtà soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament kien ikkuntattjat bit-telefon darbtejn mid-Direttur (Benefiċċji Mhux Kontributorji) fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fis-26 ta’ Novembru 2014.

Benefiċċji Soċjali – single parents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn single parents li jieħdu benefiċċji soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali – etajiet ta’ single parents

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-etajiet ta’ single paretns li jieħdu l-benefiċċji soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali – single parents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ benefiċċji soċjali huma intitolati għalihom is-single parents?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali – single parents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn single parents f’Malta li jirċievu l-benefiċċji li huma intitolati għalihom? Kemm jammonta dan il-benefiċċju għal kull individwu? Kemm huwa l-ammont globali minfuq fuq dan il-benefiċċju? X’presentaġġ hija din in-nefqa fuq in-nefqa totali tal-benefiċċji soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.