Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3380 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef Intervention Scheme — Vot

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-vot tal-Beef Intervention Scheme approvat fl-estimi tal-Budget ta' din is-sena 1999? Kemm kien fl-1998? Kemm fil-fatt tnaqqset il-levy fuq il-laħam frisk pproċessat importat wara l-5 ta' Settembru, 1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-Estimi għas-sena 1999 ġew ivvutati Lm120,000 għall-'Guidance and Guarantee Scheme: Beef', iżda d-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju ġie awtoriżżat jonora l-ftehim mar-raħħala dwar il-prezz taċ-ċanga li jfisser li l-Gvern qed jiggarantixxi l-prezz minimu miftiehem għaċ-ċanga kollha li normalment tinqatel fil-biċċerija. Fl-Estimi għas-sena 1998 ġew ivvutati Lm120,000, għalkemm in-nefqa kienet akbar ukoll. Ma tnaqqset l-ebda levy fuq l-importazzjoni tal-laħam frisk ipproċessat. Kien hemm interpretazzjoni tal-klassifikazzjoni ta' xi prodotti taċ-ċanga minn naħa tal-World Customs Organization. Riżultat ta' dan inħolqot problema tal-'unseasoned pure beef burgers' li jaf biha kulħadd.
Leg 9 PQ #3375 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta'l-Agrikoltura — Sistema ta'laboratorji

Question

Peress li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jenħtieġ sistema ta' laboratorji speċjalizzati sabiex ikunu jistgħu jiġu ntejba s-servizzi xjentifiċi li jagħti lill-bdiewa, jista' l-Ministru jinformani lill-Kamra bil-programm tal-Gvern sabiex jegħleb din il-problema tad-dipartiment? Se jsir l-investiment meħtieġ sabiex id-dipartiment ikun jista' jissokta bl-Agri Eco Survey?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ġew allokati LM15,000 għall-1999 sabiex jitjiebu l-faċilitajiet tal-Laboratorju tal-Kimika Agraria. Id-Dipartiment qed jissokta bl-Agro Ecological Survey. Dan jikkuntrasta maż-żmien li kien Ministru l-Onorevoli Interpellant, meta ma kienu allokati l-ebda fondi speċjali għal dan il-għan, iżdafl-1997 kienu jittieħdu mill-vot ġenerali tad-Diviżjoni tal-Kura tal-Pjanti għal ħtiġijiet komuni. Fl-1998 kienu ittieħdu ukoll LM950.74 mill-vot kapitali tal-Farm Sperimentali. Qed jitħejja ukoll proġett sabiex il-Laboratorju tal-Kimika Agraria jiġi attrezzat kif jixraq.
Leg 9 PQ #3376 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Industrija tal-Laħam

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa kkalkolat li l-Industrija lokali pproċessat laħam, taċ-ċanga, tal-majjal u tat-tjur matul l-1997 u l-1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-laħam li nxtara mill-biċċerija mill-proċessuri fis-snin 1997 u 1998 kien skond kif jidher hawn taħt. LAĦAM TAĊ-ĊANGA 1997 290 metric tons 1998 216 metric tons L-industrija tat-tjur ħadmet il-produzzjoni kollha tul dawn is-sentejn, jiġifieri 5525 tunnellata fl-1997 u 6148 tunnellata fl-1998. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar il-laħam tal-majjal tinżamm mill-KIM (Kooperattiva ta' min Irabbi l-Majjali) u mhux mid-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju.
Leg 9 PQ #3377 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef Intervention Scheme — Tender

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien il-prezz tat-tender tal-laħam tal-Beef Intervention Scheme f'dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-tender tal-laħam tal-BIS nħarġet biss fis-sena 1998, fejn il-prezz kien ta' 78cents kull kilo. Fis-snin ta' qabel, il-laħam kien jinbiegħ direttament lill-proċessur interessat bi prezz ta' 65cents, liema prezz kien kompetittiv ma' dak tal-laħam impurtat.
Leg 9 PQ #3471 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Bordijiet governattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3046 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jgħid għal liema perjodu qiegħed jirreferi. Niġbidlu l-attenzjoni għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1283 fejn jidhru l-ammonti li ntefqu bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998.

Pixkerija — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Pixkerija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn id-29 ta' Ottubru 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998 sar trasferiment wieħed biss fil-Pixkerija. It-trasferiment sar minħabba fl-eżiġenzi tas-servizz. Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall-Pixkerija stess.

Dipartiment ta' l-Agrikolutra — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn id-29 ta' Ottubru 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998 saru disa' trasferimenti minn sezzjoni għal oħra fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. It-trasferimenti saru minħabba fl-eżiġenzi tas-servizz. Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #2968 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għammieri — Produzzjoni agrikola

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'riċerka fuq produzzjoni agrikola organika qed tissokta fil-Farm ta' l-Għammieri u barra f'farm esperimentali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma hemm xejn x'inżid mar-risposta għall-mistoqsija numru 676.
Leg 9 PQ #3459 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-persuni kollha li jaħdmu fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd huma dawn li ġejjin: ISEM IMPJIEG PRECEDENTI GRAD PREZENTI DIPARTIMENT/AZJENDA Abela George Settur Privat Personal Driver/ Mhux applikabbli Security Officer Aquilina Benny Settur Privat Secretariat Officer Mhux Applikabbli Bonnici Salvina General Hand Charwoman Dip.Agrikoltura Bugelli Martin Public Relations Communications Ufficcju tal- Officer Coordinator President Camilleri Carmen Accounts Clerk Secretariat Pool N.T.O.M. Camilleri Joseph Accredited Private Secretary Dip. Welfare Social Worker Ciantar Anthony Clerk Policy Coordinator Malta Drydocks Debono Elizabeth Clerk Secretariat Pool Min.Gustizzja Farrugia Rose General Hand Charwoman Dip.Edukazzjoni Galea Anthony Chief Messenger Secretariat Officer Dip. Artijiet Magro George Blaster Personal Driver/ Malta Drydocks Security Officer Micallef Tarcisio Trenching Secretariat Messenger Water Services Operator Corporation Mifsud Anthony Principal Scientific Assistant Private Dip. Agrikoltura Officer Secretary Pomroy William Settur Privat Secretariat Officer Mhux Applikabbli Vassallo Lucienne Assistant Secretariat Officer Maltacom p.l.c. Principal Dawn l-impjegati kollha jagħmlu dmirijiet skond il-"job description" li hemm fl-agreements ta' kull wieħed u waħda minnhom.
Leg 9 PQ #1764 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkali Crates Limited

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ħarġet sejħa għall-offerti għal xiri ta' makni tal-ħasil ta' kaxxi dugħ? Meta kienu dawn il-ħarġiet xahar b'xahar u x'kienu r-raġunijiet li dawn it-tenders ħarġu aktar minn darba? Kemm saru laqgħat bejn uffiċjali tal-Ministeru Pitkali Crates Limited matul dawn l-aħħar 24 xahar dwar ix-xiri tal-makna ġdida tal-ħasil tal-kaxxi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall mistoqsija parlamentari numbru 305. Fil-fatt ħarġu żewġ sejħiet għall-offerti. L-ewwel sejħa ħarġet bi 'specifications' magħmula mid-Dipartiment tal-Agrikoltura. Għal din is-sejħa ntbagħtu diversi offerti li ġew evalwati. L-orħos fost dawn l-offerti kienet ta' xi Lm32,000. Għal din it-tender kien hemm oġġezzjonijiet mill-Pitkali Crates Ltd., għax qalu li l-'specifications' ma kienux saru sewwa u qalu wkoll li fis-suq kien hemm magni aħjar minn dik offruta u bi prezz orħos, ta' bejn wieħed w ieħor Lm24,000. Dawn l'oġġezzjonijiet kienu fil-perjodu bejn 1 t'Awissu 1997 u l-31 ta' Diċembru 1997. Għalhekk ħarġet it-tieni tender bi 'specifications' magħmula minn Engineer fid-9 ta' Frar 1998. Għal din is-sejħa reġa kien hemm diversi offerti u wara żjara minn membri tal-Pitkali Crates Ltd. barra minn Malta sabiex jaraw il-magna, ġie deċiż li tinxtara magna għas-somma ta' Lm61,190. Jien infurmat li saru diversi laqgħat bejn uffiċjali tal-Ministeru u rappreżentanti tal-Pitkali Crates Ltd., dwar ix-xiri tal-magna iżda n-numru mhux magħruf.
Leg 9 PQ #1765 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

San Lucian — Produzzjoni tal-finger links

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-finger links fiċ-Ċentru ta' l-Akwakultura f'San Luċian matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu stallati ċ-chillers il-ġodda u x'użu għandhom u x'benefiċċji se jkollhom dawn fuq is-sistema tal-hatchery?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Produzzjoni tal-friegħ miċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura matul l-aħħar ħames snin: Sena Numru 1993 231,000 1994 468,250 1995 1,264,314 1996 971,333 1997 836,205 Jien infurmat li c-chiller il-ġdid se jasal ġoċ-Ċentru fil-bidu tax-xahar id-dieħel u għandu jiġi nstallat sa l-aħħar ta' Diċembru. L-użu prinċipali tac-chiller huwa li jwaqqa' t-temperatura ta' l-ilma baħar li jintuża għall-ġenituri ta' l-awrat speċjalment fis-sajf, biex b'hekk il-produzzjoni tal-bajd tkun tista' tibqa' sejra matul is-sena kollha. Jien infurmat ukoll li aktar il-quddiem l-istess chiller jista' jiġi użat ukoll biex inkunu nistgħu nkabbru il-friegħ ta' l-ispnott li jirrikjedi temperatura ta' 16 il grad celsius.
Leg 9 PQ #1766 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk humiex se jkomplu d-diskussjonijiet dwar assigurazzjoni fuq il-prodott u l-proprjeta' tal-bdiewa li kien beda l-Ministru preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment tal-Agrikoltura daħal f'diskussjonijiet dwar assigurazzjoni għall-bdiewa ma Bank Kummerċjali Malti. Jien infurmat li l-istħarriġ wasal fi stadju avanzat. Jien infurmat ukoll li l-Onor. Interpellant, meta kien responsabbli mill-Biedja u Sajd, kellu f'moħħu diversi ħsibijiet, fosthom li jneħħi l-ħlas ta' nofs il-bolla u minflok iħallas xi premums fuq xi tip ta' assigurazzjoni. Bħall ħafna kunċetti oħra li kellu l-istess Interpellant, dawn il-miżuri ma ġewx attwati u baqu biss f'rasu.
Leg 9 PQ #2503 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agriculture Leases (Reletting) Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Agricultural Leases (Reletting) Act tiġi emendata billi l-aħwa jkunu jistgħu jirtu lill-aħwa peress li fil-preżent qiegħda tiddiskrimina kontra l-aħwa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru tiegħi jinsab involut f'diskussjonijiet ma'l-Uffiċċju Konġunt u mad-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar proposti għal emendi għal-Agricultural Leases (Reletting) Act. L-emenda li qed jissuġġerixxi l-Onor. Interpellant hija waħda minn dawk li qed tiġi kkunsidrata f'dawn id-diskussjonijiet.
Leg 9 PQ #1763 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fish farms — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-fish farms lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fulltime u part-time matul l-istess perijodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Produzzjoni tal-Fish Farms matul dawn l-aħħar ħames snin: Sena Spnott Awrat 1993 200mT 400mT 1994 350mT 550mT 1995 500mT 800mT 1996 596mT 1,156mT 1997 720mT 1,080mT In-numru ta' ħaddiema full-time u part-time matul l-istess perjodu Sena Full-time Part-time 1993 20 15 1994 40 20 1995 80 30 1996 100 30 1997 110 40
Leg 9 PQ #1296 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Mobile phones

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fid-Dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi ntużaw tlett mobile phones biss. Dawn qed jintużaw minn: i) Il-Ministru ii) Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru iii) Il-Hatchery Manager taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura i) Dak użat mill-Ministru huwa mobile phone (mhux GSM) li sa l-20.8.98 kien jintuża mill-Ministru preċedenti l-Onor. Noel Farrugia. Bejn l-20.8.98 u l-5.9.98 dan kien jintuża minn xi membri tas-Segretarjat ta' l-Onor. Noel Farruġia. ii) Fl-20.8.98 inxtara mobile phone GSM mingħand il-Vodafone bil-prezz ta' Lm225 għall-użu tal-Ministru l-Onor. Noel Farrugia minflok dak spjegat f'(i). Wara l-5 ta' Settembru 1998 dan beda jintuża mis-Sur Edward Gauci Borda is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, li sa dakinhar ma kellux mobile phone minkejja l-pożizzjoni għolja tiegħu fil-Ministeru. iii) F'Awwissu wkoll inxtara mobile phone ieħor mingħand il-Vodafone, għall-użu tas-Sur Alex Meilak, Hatchery Manager fiċ-Ċentru ta' l-Akwakultura f'San Luċjan, bil-prezz ta' Lm119.68. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nxtara jew beda jintuża l-ebda mobile phone mill-5 ta' Settembru 'l hawn fid-Dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #1717 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef burgers — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema kriterji approva t-tnaqqis ta' levy fuq ċerti beef burgers importati? Fil-fatt, fuq liema beef burgers se titħallas 10c levy minflok 80c? Ma' liema koperattiva/għaqdiet tal-bdiewa u raħħala kkonsulta dwar din id-deċiżjoni u x'kienet il-pożizzjoni ta' dawn l-għaqdiet/koperattivi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1283 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 maqsuma skond il-ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ammont ta' hospitality li ntefaq huwa hekk: Lm Ministeru 507.30 Corp.Serv. 25.78 Agrikultura 289.80 Veterinarju 48.57 Akkwakultura 126.63 Dawn huma l-'commitments' li saru taħt din l-amministrazzjoni fid-dati msemmija hawn fuq.
Leg 9 PQ #1456 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rabat — Misraħ is-Saqqajja - Tqaċċit ta' siġra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema raġunijiet u għal-liema kriterji tqaċtet waħda mis-siġar li hemm f'Misraħ is-Saqqajja fir-Rabat, Malta? Meta saret din it-talba mir-residenti? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-uffiċjali ta' l-Urban and Rural Landscaping dwar dan il-kas? Fil-fatt meta se titħawwel siġra oħra u dawn is-siġar se jinbidlu? X'konsultazzjoni saret mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-Urban and Rural Landscaping Board dwar dan?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saret talba kemm mill-Kunsill Lokali tar-Rabat fil-14.10.98 kif ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Mdina fil-15.10.98 biex issir żabra tas-siġar li hemm fuq in-naħa tan-niċċa ta' San Pawl fis-Saqqajja. Meta kienet qed tittwettaq żabra ħafifa tal-ġandar, twarrbet ukoll siġra tal-ficus li ilha mejta sentejn. Il qtugħ ta' siġar mejta f'postijiet ċentrali huwa proċedura normali u ma jirrekjedi l-ebda referenza lill-Kunsilli jew entitajiet oħra. Hemm pjanijiet biex jitħawlu bosta siġar f'diversi lokalitajiet fejn dawn huma neqsin, hekk kif it-temp u r-riżorsi neċessarji jippermettu.
Leg 9 PQ #1570 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Diparitment ta' l-Agrikoltura — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-programm ta' xogħlijiet li se jwettaq id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fir-rigward ta' tħawwil ta' siġar arbuxelli eċċ fit-tliet xhur li ġejjin? Kemm fil-fatt tħawwlu siġar f'Ottubru li għadda, fejn u x'tip ta' siġar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Hemm programm ta' tħawwil ta' 13,000 siġra, arbuxelli u pjanti oħra. Fix-xahar ta' Ottubru ġew imħawwla 489 siġra u 2,033 arbuxell. Dawn tħawwlu il-Birgu, il-Kalkara, Qormi, Ġnien Gaddafi, Tiq Garibaldi, Ġnien is-Serenita', Safi, il-Palazz tal-Girgenti, Attard, Mtarfa, Għargur, Lija, l-Argotti, il-Mall tal-Furjana u l-Belt. Is-siġar kienu tat-Thuya, Ċipress, Palm, Rummien, Żebbuġ, Tamarix, Prinjol, Larinġ, Ficus Schinus, Quercus, Acacia, Casuarina u Eucalyptus.