B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 22560 dwar kollezzjoni ta’ mapep, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi jew passi ulterjuri ttieħdu sabiex din tiġi esebita permanentement flimkien mal-oħrajn li jinsabu f’idejn Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-mapep imsemmija se jkunu parti mill-wirja permanenti f’MUZA fuq sistema ta’ rotazzjoni skont prassi mużeografiċi moderni. Dawk li ma jkunux esibiti jkunu wkoll aċċessibbli għar-riċerkaturi u l-pubbliku ġenerali. Jiġu organizzati wkoll wirjiet speċjalizzati minn żmien għal żmien.
Il-proġett MUZA għandu jiġi inawgurat fl-2018.
Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Protokoll
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sa meta l-Gvern se jinkorpora fil-Liġi Maltija l-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (dwar il-projbizzjoni minn kwalsiasi diskriminazzjoni) li Malta ffirmat u rratifikat fl-2015 sabiex tali dritt fondamentali jkun infurzabbli fil-Qrati Maltin?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 26878.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Paola fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Tarxien fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel toroq bit-tarmak kull sena mis-sena 2008 sal-lum kull wieħed mill-14-il Kunsill Lokali f’Għawdex? Jista’ jgħid l-ismijiet tat-toroq li saru minn kull kunsill lokali f’Għawdex matul dan il-perjodu, f’liema sena saru u kemm swiet kull triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel toroq bit-tarmak kull sena mis-sena 2008 sal-lum kull wieħed mill-Kunsill Lokali f’Malta? Jista’ jgħid l-ismijiet tat-toroq li saru minn kull kunsill lokali f’Malta matul dan il-perjodu, f’liema sena saru u kemm swiet kull triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Heritage Malta – attivitajiet fit-tempji Megalitiċi u Neolitiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi minn Heritage Malta mill-2013 ‘l hawn sabiex isiru attivitajiet fit-tempji Megalitiċi u Neolitiċi madwar Malta u Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn Jannar 2013 sa Awwissu 2016 ġew organizzati 112-il attività varja fit-Tempji Megalitiċi u Neolitiċi f’Malta u Għawdex taħt regoli stretti u b’distanzi ċari sabiex waqt li l-patrimonju tagħna jitgawda, tibqa’ intatta l-preservazzjoni sħiħa ta’ dan il-wirt storiku.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23538 u 25996 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan tax-xogħlijiet li ser ikunu qed isiru fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa u meta mistenni jibdew u jintemmu dawn l-istess xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan l-istadju l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qiegħed jesplora possibiltajiet alternattivi sabiex jinstab finanzjament għax-xogħolijiet. Bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali il-Kunsill Lokali ssottometta Pre-Announcement Call IV sabiex isir ir-restawr tal-Batterija ta’ Westreme, kif ukoll isir titjib fil-Mużew tat-Tunnara, li hemm fl-istess binja. Jidher li din il-proposta ġiet ikkunsidrata b’mod pożittiv mill-Planning & Priorities Coordination Division, tant li attwalment għaddejjin kuntatti mal-MEUSAC bil-għan li l-Kunsill ikun jista’ jissottometti applikazzjoni formali għall-finanzjament permezz tal-ERDF 2014-2020.
Il-Kunsill għadu għaddej ukoll b’kuntatti mal-Awtorità tal-Ippjanar /Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent sabiex jinkiseb finanzjament permezz tal-
Environment Initiatives in Partnership Programme
.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-frattemp il-Kunsill ħa miżuri bil-għan li jkunu evitati ċedimenti fil-bini.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26481 u 26769 u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, il-Mosta, Birkirkara, l-Imsida , Gżira , San Ġiljan, iż-Żurrieq, il-Kalkara, Ħal Luqa, Qormi u iż-Żejtun b'mod separat bejn l-1 ta' Novembru 2015 u l-20 ta' Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif provduta mil-LESA.
Kunsill Lokali tal-Qala – minuti tal-laqgħat fuq il-website
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex (sal-lum l-Erbgħa, 5 t’Ottubru 2016) il-Kunsill Lokali tal-Qala m’għandux il-minuti tal-laqgħat kollha li saru, fil-website tiegħu kif mitlub mil-Liġi? X’inhu jsir mid-Dipartiment biex jiġi assigurat li l-minuti tal-Kunsilli Lokali jitpoġġew fuq il-websites rispettivi, kif stipulat?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision — break down tan-nefqa
Question
Peress li l-Gvern kien iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippubblika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25690 li ilha li ġiet sottomessa minn Mejju 2016? Għala għadu ma tax l-informazzjoni mitluba, ċjoè, kemm kienet l-ispiża totali u l-break down tan-nefqa għall-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision li sar f'Malta aktar kmieni din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif spjegat fir-risposta 25522, din is-sena kien hemm żieda għal PBS ta’ 120% fuq is-snin ta’ qabel fid-dħul mir-reklamar u sponsors u għaldaqstant dan id-dħul addizzjonali wassal biex il-PBS setgħet tesegwixxi l-politika’ tagħha ta’ awto-finanzjament u awto-sostenibilta’.
Kif diġa’ ingħad fir-risposta.25524, l-Onor Interpellant jifhem li l-PBS hija entita' kummerċjali u l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision — ħlasijiet
Question
Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippubblika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25691 li ilha li ġiet sottomessa minn Mejju 2016? Għala għadu ma tax l-informazzjoni mitluba, ċjoè, xi ħlasijiet saru jew għad iridu isiru u fuq xiex saru għall-organizzazzjoni tal-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision li sar f'Malta aktar kmieni din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26759.
Festival tal-Eurovision — spiża fuq il-parteċipazzjoni Maltija
Question
Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippubblika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25692 li ilha l ġiet sottomessa minn Mejju 2016? Għala għadu ma tax l-informazzjoni mitluba, ċjoè, kemm kienet l-ispiża totali u l-break down tagħha tal-parteċipazzjoni Maltija fil-Festival tal-Eurovision fi Stokkolma din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26759.
Eurovision — nefqa fuq il-parteċipazzjoni ta' Malta
Question
Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippubblika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25693 li ilha li ġiet sottomessa minn Mejju 2016? Għala għadu ma tax l-informazzjoni mitluba ċjoè, x'kienet in-nefqa fuq il-parteċipazzjoni Maltija f'kull edizzjoni tal-Eurovision fl-aħħar 10 snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26759.
Billi jidher li l-Qorit għad m'għandhiex mod ta' kif tassigura li persuni li jiskartaw milli jiġu notifikati għall-każijiet li jkollhom pendenti quddiem l-istess qrati, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li dawn il-persuni ma jibqgħux jiskartaw tali taħrikiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bl-istess suġġett 26576.
Jista' l-Ministru jara jekk l-affarijiet sarux sew fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jaħdem bħala purtier fil-Qrati f'Malta meta minkejja l-kważi 29 sena esperjenza tiegħu, ġie fis-seba' post għall-grad ta' Marixxal peress li sħabu li bħalu ħadu l-post ta' messaġġier fl-1992 (wara sentenza tat-Tribunal tal-Inġustizzji) illum huma kollha Marixxali, minbarra hu?
Response (BONNICI, OWEN)
Meta jkun hemm sejħa għal applikazzjonijiet hija r-responsabilita` tal-Bord li jara li l-għazla ssir b’mod ġust u trasparenti. Bħalma jgħallimni l-Onor. Interpellant kull applikant li jħossu aggravat mid-deċiżjoni tal-Bord għandu kull dritt li jissottometti petizzjoni lil Public Service Commission skont ma trid il-liġi.
Il-persuna ndikata ma għamlet l-ebda petizzjoni. Għandi nifhem li kieku l-persuna ħassitha aggravata kienet tagħmel użu minn dan id-dritt.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Xgħajra, Qrendi, Żurrieq, u Ħaż-Żabbar– Xogħlijiet — Kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26706 u 26221 u 26432 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali ta' Kalkara, Ħad-Dingli, Xgħajra, Qrendi, Żurrieq u Ħaż-Żabbar kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mill-Kunsilli Lokali. Intant id-DLG qed jistħarreġ is-sitwazzjoni ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li ma pprovdewx l-informazzjoni b’mod sħiħ.
Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat – Kuntratti ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26705 u 26224 u 26429 jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta' Sannat Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ipprovduta mill-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Qrendi – Kuntratti ta’ Servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26704, 26225 u 26428 u jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Qrendi bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsilli Lokali. Ninforma lilll-Onor Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar ma bagħatx risposta fiż-żmien stipulat u għaldaqstant mhux inkluż mat-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.