Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jinbena l-SME park għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema ministeru/awtorita' se jieħu ħsieb dan il-proġett?
Meta hemm il-ħsieb li jinbdew ix-xogħlijiet?
Meta hu l-ħsieb li jintemm il-proġett?
Fejn se tkun il-lokalita'?
X'se jkunu l-kundizzjonijiet għal dawk is-self-employed li jakkwistaw art/garaxx f'dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw intrapriżi għall-iskemi tal-ERDF maħruġa mill-Malta Enterprise fl-aħħar sejħa li saret?
Kemm ibbenefikaw intrapriżi mill-aħħar sejħa?
Kemm kien l-ammont ta' fondi allokati għal dan il-għan?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li matul l-aħħar sejħa għal applikazzjonijiet minn intrapriżi għaż-żewġ skemi tal-ERDF li għalqet fl-14 ta' Jannar 2005 applikaw total ta' 200 intrapriża, ibbenifikaw 85 intrapriża li bejniethom ġew approvati l-ammont ta' Lm313,393 kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Intrapriżi Għawdxin — Skema tat-trasport bejn iż-żewġ gżejjer
Question
Jista' il-Ministru jindika jekk hemmx xi taħditiet bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema tat-trasport bejn Malta u Għawdex għall-intrapriżi Għawdxin fil-manifattura? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti tagħrif fiex jikkonsistu dawn it-taħditiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li għaddejja korrispondenza bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea sabiex jinformaw lil xulxin rigward il-pożizzjoni ta' din l-għajnuna sabiex jiġi żgurat li din l-għajnuna tibqa' tingħata fuq il-linji tar-regolamenti tal-għajnuna mill-istat (State Aid regulations).
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li x-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni f'Ta' Dbiegi Crafts Village, jitkomplew? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu ppjanat li dawn ix-xogħlijiet jibdew u meta hu l-ħsieb li jintemmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħolijiet ta' riġenerazzjoni f'Ta Dbiegi huma fil-proċess li jitkomplew permezz tal-fondi ta' l-ERDF. Ix-xogħolijiet huma ppjanati li jibdew f'Awwissu ta' din is-sena u jintemmu f'April tas-sena li ġejja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna mpjegata mal-Malta Enterprise irriżenjat mill-impjieg tagħha sa mit-twaqqif ta' l-istess ME? Jista' jgħid min huma u x'kariga kellhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta' persuni li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom sa mit-twaqqif tal-ME kienu ta' 4.
Il-karigi li kellhom huma:
Chief Officer - Corporate Services
Chief Officer - Business Development
Head - Project Evaluation
Executive - Back Office BPA Administration
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex jitwaħħlu dwal pubbliċi adattati f'Santa Maria estate u fil-Kortin, fil-Mellieħa peress li hemm inħawi sħaħ bla dawl adekwat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwal ġodda huma r-responsabilita' tal-Kunsill Lokali bħala parti mid-devoluzzjoni tad-dwal tat-toroq.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta tistax tapprova t-twaħħil ta' lampa ġdida fi Triq il-Vitorja, Qormi fl-inħawi fejn jinsab il-ħanut Rainbow stationary, minħabba li r-residenti qed jilmentaw minn nuqqas ta' dawl f'din il-parti tat-triq?
Din it-talba diġa' kienet tressqet mill-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11798 u jgħid kemm hemm nies li mhumiex impjegati regolari tat-tarzna jaħdmu fit-tarzna bħalissa? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm hemm barranin? Ta' liema nazzjonalita' huma l-barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega aħjar x'ifisser bil-kliem "nies li mhumiex impjegati regolari".
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10687 u jgħid dawk il-fondi li nqatgħu minn holiday flats ma' l-MTA għandhomx il-kontijiet ta' l-ilma u d-dawl b'rati kummerċjali jew b'rati domestiċi? Jekk b'rati kummerċjali, jaf li huma diversi dawk l-abitazzjonijiet li preżentement huma vojta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk jogħġbu jagħti d-dettalji tal-fondi msemmija ħalli nkun nista' nitlob l-informazzjoni dwar ir-rati li dawn huma obbligati jħallsu.
Jista' il-Ministru jinvestiga l-ħsarat kontinwi ta' żbroff ta' drenaġġ li qed ikun hemm fil-parti tal-bajja ta' l-Għadira ħdejn il-post - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Peress li dan id-drenaġġ qed jispiċċa fit-triq, jaqsam ir-ramla u jispiċċa fil-bajja, jista' il-Ministru jara li l-ħsarat jissewwew issa ħalli fis-sajf li ġej ma jerġax jirrepeti ruħu dan l-iżbroff tad-drenaġġ fil-bajja ta' l-Għadira fil-Mellieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ħsarat ġew investigati u nstab li 60 metru ta' main riedu jinbidlu. Dan ix-xogħol issa tlesta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11204 u cioe' jgħid x'qiegħed jippjana ġdid il-ministeru biex il-proporzjon ta' ilma li m'hemmx kont tiegħu (unaccounted for water) jitnaqqas?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jirreferi għall-Annual Reports tal-aħħar ftit snin tal-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma, fejn hemm ħafna informazzjoni dwar x'qed isir mill-Korproazzjoni biex jitnaqqas l-ilma li m'hemmx kont tiegħu (unaccounted for) .
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11206 u cioe' jgħid liema kienu l-ibliet u l-irħula relattivi li sofrew minn qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku matul ix-xahar ta' Ottubru?Liema kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari?
Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11208 u cioe' jgħid kemm tiġi wżata enerġija elettrika mill-impjanti tar-reverse osmosis fuq bażi annwali? Xi proporzjon jittieħed mit-total ta' l-enerġija li qiegħda tiġi ġenerata mill-power stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-konsum ta' l-elettriku li ġie utiliżżat mill-impjanti tar-Reverse Osmosis bejn Ottubru 2003 u Settembru 2004 hu ta' 111,059,771 units. Dan hu 5.32% tat-'Total Energy Output'.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11209 u cioe' jgħid kif u minn liema sorsi ġejja l-produzzjoni ta' l-ilma bħalissa?Kemm hu l-proporzjon ta' l-ilma li qiegħda tiġi minn sorsi tar-reverse osmosis? Kemm minn din ġejja mit-tliet impjanti rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ilma li tipproduċi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija taħlita ta' ilma ippumpjat minn taħt l-art (ground Water) u ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis.
Fl-4 ta' Marzu, l-ilma distribwit fil-gżira ta' Malta kien hekk:
Ground Water 33,434 m3 jew 45%
RO Cirkewwa 6,779 m3 jew 9%
RO Lapsi 10,336 m3 jew 14%
RO Pembroke 23,590 m3 jew 32%
Fil-gżira ta' Għawdex, l-ilma distribwit hu normalment kollu ġej minn ground water li parti minnu tkun imsaffija fil-polishing plant (low pressure RO). Ġieli jkun il-każ -speċjalment fis-sajf - li parti mill-ilma distribwit f'Għawdex ikun ġej mill-RO taċ-Ċirkewwa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ġew avvelenati għasafar ġewwa l-airport tal-Gudja s-sena l-oħra u din is-sena? Kemm inġabru għasafar mejta minħabba dan l-avvelenament u x'tip kienu? Għaliex l-airport mhux juża mezzi oħra ta' kontroll anqas krudili, bħal ħsejjes u għasafar tal-priża mgħallem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11198 u cioe' jista' jgħid jekk sarx xi forma ta' studju dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika fil-qasam domestiku skond id-diversi bżonnijiet li jkun hemm, eżempju tisħin ta' ilma, fran domestiċi, dwarl, arja kondizzjonata, tisħin tad-djar fix-xitwa, eċċ?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma jirriżultax li l-Enemalta qatt għamlet studju ta' din in-natura.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11195 u cioe' jgħid x'inhuma t-targets jew viżjonijiet tal-gvern dwar l-użu u l-produzzjoni ta' l-enerġija f'dan il-pajjiż?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Power Station — Produzzjoni ta' Enerġija Elettrika
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11196 u cioe' jgħid kemm hu l-potenzjal tal-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika fiż-żewġ power stations eżistenti? X'inhu l-ħsieb tal-gvern u xi projections għandu dwar kemm dan il-potenzjal huwa biżżejjed għal pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-potenżjal nominali tal-impjanti tal-ġenerazzjoni eżistenti fil-Power Stations ta' Malta huwa ta' 571 MW. Fis-sajf minħabba it-temperatura dan jonqos. Barra min dan normalment ikun hemm tnaqqis minħabba manutenzjoni u ħsarat għall-arrieda u normalment il-medja tal-kapaċita tal-ġenerazzjoni disponnibli tkun madwar 450MW. Sa issa l-akbar domanda li ġiet irreġistrata kienet ta' 402MW. Huwa antiċipat li minħabba proġetti ta' żviluppi li qed jinbnew bħalissa id-domanda ser tkompli tizdied minn sena għall-oħra u għalhekk u wkoll biex ikunu jistgħu jibdew jinbidlu xi mpjanti qodma qed issir ħidma biex tiżdied il-kapaċita tal-ġenerazzjoni.
Għal dan il-għan qed issir applikazzjoni mal-MRA u mal-MEPA biex jinħarġu l-permessi meħtieġa biex issir estenzjoni tal-Power Station ta' Delimara għal bejn wieħed u ieħor 50MW li jiddependi fuq id-daqs tal-magni li jintgħazlu fis-sejħa għall-offerta li trid toħroġ.