Jista' l-Ministru jgħid jekk il-marda tal-Parkinson's tintitolax pazjenti għal mediċini b'xejn skond Schedule 5? Jekk fl-affermattiv, x'inhu jżomm lid-dipartiment milli japprova l-użu tal-prodott COMTAN ġaladarba din il-mediċina tkun ġiet rakkmandata mill-ispeċjalista tal-pazjent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Marda tal-Parkinson's qiegħda fuq il-lista tal-ħames skeda (Schedule V) li tintitola l-pazjenti għal mediċini b'xejn.
Ir-rakkomandazzjonijiet għall-mediċini ġodda flimkien ma` l-informazzjoni neċessarja jiġu ppreżentati mill-konsulent lid-Drug and Therapeutics Committee. Il-kumitat jiddiskuti dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jirrakkomanda jekk il-mediċina għandhiex tiġi introdotta.
Id-Drug & Therapeutics Committee għadu ma rċeviex l-informaazzjoni neċessarja fuq l-entacapone(Comtess).
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni rikoverati l-isptar din is-sena, kawża ta' inċidenti tat-traffiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Pazjenti li daħlu rikoverati l-isptar wara inċident tat-traffiku minn Jannar sa Novembru 1999:
Xahar Persuni li Persuni li rrifjutaw
daħlu l-isptar li jibqgħu l-isptar
__________________________________________________ _________
Jannar 9 3
Frar 8 1
Marzu 15 3
April 13 2
Mejju 15 3
Ġunju 18 8
Lulju 32 11
Awissu 18 6
Settembru 17 4
Ottubru 25 6
Novembru 17 4
__________________________________________________ _________
Total 187 51
__________________________________________________ ___________
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12022?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-rapport ta' l-esperti Belġjani huwa dokument pubbliku.
Rigward is-suġġeriment tiegħu għal `team' multi-dixxiplinarju ninfurmah li diġa jeżisti kumitat speċifikament fuq il-kura tas-Saħħa Mentali fil-Komunita' mmexxi mit-tabib A. Amato Gauci. Dan qed jistudja kif ir-riżorsi ser jiġu żviluppati u ffinanzjati.
B'kollox fl-isptar f'Monte Carmeli hemm 698 pazjent li minnhom hemm 209 bil-`leave'. Madwar 342 pazjent jiġu jżuruhom nieshom. L-eta' medja hi ta' 44 sena bl-iżgħar pazjent li għandu 10 snin u l-ikbar waħda li għandha 97 sena.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid min huma l-membri kollha tan-Nursing and Midwifery Board? Kemm u liema huma dawk eletti u dawk maħtura mill-gvern? Minn hu r-reġistratur tal-bord u min hu ċ-chairman? Min minnhom jitħallas, u kemm hu s-salarju ta' kull wieħed li jitħallas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-membri tal-Bord ta' l-Infermiera u l-Qwiebel huma dawk kif pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta' Jannar 1999 u l-5 ta' Marzu, 1999 rispettivament. Ħadd mill-membri m'għandu salarju. Iċ-Chairman jitħallas bir-rata stabbilita mid-Dipartiment għal kull laqgħa li jattendi minħabba li mhux uffiċjal pubbliku jew fis-Servizz Ċivili.
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost id-direttorat tan-nursing? X'inhuma l-gradi tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant, li d-direttorat tan-nursing huwa kompost minn:
Ms Nicolina Farrugia - Director Nursing Services
Mr Emanuel Saliba - Nursing Officer
Ms Maria Montebello - Staff Nurse
Jista' l-Ministru jgħid kif arloġġ li jinsab hekk kif toħroġ mill-iSptar San Luqa ilu żmien twil ma jiffunzjona?
Jista' l-Ministru jara li dan jissewwa peress li huwa importanti għal dawk li jridu jużaw l-karozzi tal-linja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex tagħmel id-domanda tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar l-ilmenti msemmija fl-ittra li qed tintbagħat separatament dwar fosos u drenaġġ fi Triq Galilei fil-Kortin tal-Mellieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara l-investigazzjonijiet neċessarji mid-Dipartiment tas-Saħħa kien ntbagħat avviż lis-sid tal-propjeta' biex jirrimedja l-ħsara fis-sistema tad-drenaġġ. Peress li dan ma sarx fiż-żmien stipulat, nbdew proċeduri legali kontra l-istess sid. Fl-istess ħin qed issir sorveljanza kontinwa biex jiġi żgurat li l-fossa ma titħalliex tintela b'tali mod li tista tagħti lok għall-ilmenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru mid-dipartiment tas-saħħa dwar artikolu li deher nhar il-Ħadd 5 ta' Diċembru 1999, f'paġna 2 dwar kadavru li ma ġiex aċċettat fl-isptar San Luqa u dak deskritt bħala abbuż fl-għoti ta' injezzjonijiet fuq kadavri?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-inċident partikulari ġie nvestigat u ġejt infurmat li l-kadavru ġie aċċettat.
Il-kwistjoni nqalgħet għaliex il-kummissjunant ħa l-kadavru l-isptar San Luqa mingħajr ma ċċekkja jekk kienx hemm post fejn jitqiegħed.
Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li l-prijorita tingħata lil dawk li jmutu fl-isptar għaliex mhux possibbli li jittieħed fl-isptar il- kadavru ta' kull min imut barra mill-isptar.
Dwar l-allegazzjonijiet ta' abbużi oħra, dawn għadhom qed jiġu nvestigati.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm nurses reġistrati man-Nursing and Midwifery Board? Xi grad għandhom? Kemm minnhom jaħdmu mal-gvern u kemm mal-privat? Kemm minnhom ma jaħdmux u huma taħt l-eta' ta' 60 sena? Kemm minnhom huma barranin u minn liema pajjiżi ġejjin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent fir-reġistri miżmuma mill-Bord dwar Infermiera u Qwiebel hemm 1728 Infermier Iskritti fl-Elenku (E.N.) u 1456 Infermiera Reġistrati (S.R.N.). Minn dawn hemm (a) 1196 li jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa u (b) 74 barranin li ġejjin minn dawn il-pajjiżi:- Renju Unit, Ġermanja, Niġerja, Albanija, Ċina, Slovakja, Slovenja, Bulgaria, Filippini, Stati Uniti, Kanada, Pakistan u Ukranja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?
Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi?
Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bejn l-1987 u l-1996 fil-Ministeru tas-Saħħa, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu nxtraw il-karozzi skond kif ġej:
Ministeru tas-Saħħa
_______________________
Marka Data tax-xiri Prezz
_________________________________________
LM
Volvo 1993 9,512
Mazda 626 1993 5,880
Hyundai Lantra 1994 4,000
_________________________________________
Diviżjoni tas-Saħħa
_______________________
Isuzu 1988 1,997
Vauxhall 1988 3,008
Vauxhall 1988 3,008
Vauxhall 1988 3,008
Vauxhall 1988 3,008
Vauxhall 1988 3,008
Skoda 1991 2,462
Skoda 1991 2,462
Lantra 1994 4,000
Lantra 1994 4,000
Lantra 1994 4,000
Lantra 1994 4,000
Lantra 1994 4,000
Lantra 1994 4,000
Alfa Romeo 1995 8,200
Rover 1995 13,150
Kia 1996 3,312
Kia 1996 3,312
Kia 1996 3,312
--------------------------------------------
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
--------------------------------
Toyota Carina 1993 6,269
Toyota Corolla 1993 6,042
____________________________________________
Sptar Zammit Clapp
______________________
Skoda Favorit 1991 2,374
Skoda Favorit 1991 2,374
Skoda Favorit 1991 2,374
Toyota Cor.XL Diesel 1993 5,190
Seat Terra Combi 1995 3,200
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom li bdew jaħdmu roster ta' 24 siegħa l-Filing Department ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Meta bdew jaħdmu din ir-roster u kemm hemm impjegati fuq din ir-roster ta' 24 siegħa?
X'inhu l-grad tagħhom?
Mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Jannar 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm-il file intalab kuljum u f'liema ħin intalab u minn min intalab (mingħajr ma jissemmew ismijiet ta' pazjenti jew numri ta' files)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġiebu pazjenti minn Għawdex bil-helicopter mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?
Kemm minnhom kienu minħabba inċidenti tat-traffiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti pazjenti minħabba motor vehicle accidents fl-Emergency and Admitting Department matul l-1998? Kemm minnhom ġew admitted l-isptar? Kemm hu l-perijodu (average) ta' in-patient stay fl-Isptar San Luqa fl-istess perijodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Pazjenti li ġew riferuti fl-E&A Department u li ġew admitted l-isptar minħabba inċidenti tat-traffiku matul 1998, kienu hekk:
Xahar E&A Dept Wards ITU
________________________________________
Jannar 53 8 4
Frar 42 12
Marzu 50 5 1
April 57 8 1
Mejju 53 17
Ġunju 52 8 2
Lulju 76 21
Awissu 77 23
Settembru 79 13
Ottubru 64 15 2
Novembru 80 15 1
Diċembru 69 13
__________________________________________
Total 762 158 11
___________________________________________
Il-perjodu ta' in-patient stay fl-Isptar San Luqa matul 1998 ma tistax tingħata għax ma kienx jinżamm record.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Awissu ħarġu applikazzjonijiet għal podoloġisti u issa dawn ġew informati li m'hemmx posthom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fit-12 ta' Lulju 1999 ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew żewġ vakanzi ta' Podoloġisti fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Din is-sejħa għalqet fis-6 t'Awissu 1999. In-numru ta' vakanzi huwa stabbilit skond il-Human Resources Plan ta' l-istess Diviżjoni.
L-erba kandidati li ħadu d-Diploma in Health Science (Podiatry) din is-sena ġew reġistrati mal-Bord għall-Professjonijiet Supplementari għall-Mediċina wara li kienet għalqet is-sejħa msemmija hawn fuq. Għalhekk ma kienux eliġibbli li japplikaw skond paragrafu 5(b) ta' l-istess sejħa.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa m'hiex f'pożizzjoni ħlief li timla ż-żewġ vakanzi mill-ewwel żewġ kandidati meta joħroġ ir-riżultat ta' l-intervista li jagħmel il-Bord tal-Għażla appuntat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Il-podoloġisti li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant ġew infurmati b'dan kollu mid-Direttur tar-Riżorsi Umani.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' manengite irrapportat fl-Isptar San Luqa bejn Jannar u t-13 ta' Diċembru, 1999?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu taħt is-17 u t-18-il sena u kemm minnhom fiequ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li, it-tagħrif miġbur mill-Isptar San Luqa, mill-1 ta` Jannar 1999 sa 30 ta` Ottubru 1999 kien hemm 30 każ ta` meninġite li ddaħħlu f'dan l-isptar. Dawn jinkludi kull tip ta` ukoll.
Fost it-tletin każ ta` meninġite kien hemm 10 persuni taħt is-sbatax-il sena u 11 taħt it-tmintax-il sena. Skond it-tagħrif miġbur każ wieħed biss kien fatali.
L-informazzjoni minn Novembru s'issa għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu kemm-il darba jirriżulta li l-virus tal-manengite jiffaċċja fuq tfal li jkunu jattendu fl-iskejjel f'Malta u f'Għawdex?
Fil-fatt kien hemm xi każijiet ta' din in-natura u jekk iva, x'kienu l-passi li ttieħdu? Il-ġenituri tat-tfal/studenti ġew informati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-meninġite kkaġunata minn virus, mhijiex marda notifikabbli bil-liġi. Peress illi din it-tip ta` meninġite hija kkaġunata minn virus, ma hemmx lok li jittieħdu ebda passi kontra din il-marda.
Minn naħa l-oħra, il-meninġite kkaġunata minn bacteria, hija notifikabbli bil-liġi u meta kien hemm każ ta` din il-marda f'tifel/tifla li kienu jattendu l-iskola, d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ta mediċina bħala prevenzjoni lil dawk it-tfal fejn kien meħtieġ. Il-ġenituri ta` dawn it-tfal dejjem ġew informati qabel ma ingħatat il-mediċina.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Hospital Auxiliaries fid-deskasteru li hu responsabbli għalih u li mhux qed jagħmlu xogħol ta' tindif ta' l-isptarijiet?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.