B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12693, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li m'hemm l-ebda Direttur fis-servizz pubbliku li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi li f'din is-sena (2005) s'issa ġie riappuntat jew xi Direttur li ma ġiex riappuntat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-istudent ta' l-MCAST li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għadda mill-eżami tal-MCAST fis-suġġett Material Science, ma tressaqx għall-eżami tas-City & Guilds għal Ġunju 2005? Meta f'dan is-suġġett għaddew biss żewġ studenti ma kienx ikun tajjeb li kieku dawn ingħataw iċ-ċans li jersqu għas-suġġett tas-City & Guilds f'Ġunju 2005?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudent ma tressaqx għall-eżami tas-suġġett Material Science Skills tas-City & Guilds, anki jekk għadda mill-progress test fis-suġġett f'Diċembru 2004, għaliex l-istudent ma laħaqx l-kriterji stabbilliti biex ikun jista' jersaq għall-eżami tal-Material Science Skills tas-City & Guilds. L-istudent jista' jersaq għall-eżami f'Diċembru 2005.
Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi inċentiv finanzjarju, jew ta' sigurta' soċjali, li tħeġġeġ l-employers li jagħżlu li jimpjegaw nies mentalment inkapaċi jew/u morda? Jekk mhux il-każ, huwiex tal-ħsieb li dan għandu jsir biex jgħinhom jiġu integrati fis-soċjeta'?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat illi l-ETC sabiex tgħin persuni żvantaġġjati (inkluż persuni b'mard mentali) li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol jintegraw ruħhom hemm skemi varji ta'sussidju finanzjaju sabiex tħajjar 'Employers' jingaġġaw magħhom persuni tali.
Hemm il-'Bridging the Gap Scheme' li toffri opportunita ta' 'work exposure' lill persuna li tkun qed tirreġistra għax-xogħol. Permezz ta' din l-iskema l-persuna tirċievi 'allowance' ta' LM35 fil-ġimgha għal-massimu ta' 52 ġimgħa. Għal-kull fini l-persuna involuta tibqa titqies li għadha qed tirreġistra għax-xoghol. Taħt din li skema l-Employer' li jkun qed joffri din il-'work exposure' ikun meħlus minn kull obbligu finanzjaju inkluż il-ħlas tal-bolla tas-Sigurta Soċjali.
Hemm ukoll l-'Employment Training Placement Scheme'. Taħt din li skema l-'Employer' li jkun qed iħaddem migħu persuni b'diżabilita, jingħata sussidju ta' nofs il-paga minima nazzjonali għall-massimu ta' 52 ġimgħa.
Bħalissa qed tittħaddem ukoll is-'Supported Employment Scheme', li hija waħda mill-proġetti li ġew aċċettati mill-Unjoni Ewropeja taħt il-E.S.F. Din hija skema li toffri 'support' (inkluz finanzjarju) fit-tul kemm lill-'Employer', kif ukoll lill persuna b'diżabilita li tkun qed tirreġistra għax-xogħol u li tkun qed tirċievi pensjoni minħabba l- istat ta' saħħa tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-media education huwiex wieħed mis-suġġetti obbligatorji skond il-kurrikulu minimu nazzjonali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk huwiex sodisfatt li dan is-suġġett qed jiġi mgħallem fl-iskejjel kollha liċenzjati f'Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali iqis bħala suġġetti bażiċi l-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, ir-Reliġjon, l-iStudji Soċjali, il-Media Education, l-iSport u l-Edukazzjoni Fiżika, ix-Xjenza u t-Teknoloġija kif ukoll l-espressjoni kreattiva.
Informat ukoll li fl-iskejjel ta' l-Istat, il-Media Education qed jiġi mgħallem bħala parti mis-suġġett tal-Personal and Social Development. Dan isir ukoll fl-iskejjel indipendenti u tal-Knisja.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm l-obbligu li għalliema li jaħdmu ma' l-Istat iridu jitolbu permess biex jagħtu l-privat? Jekk hu hekk, jista' jgħid kemm talbu u kemm ingħataw permessi f'din is-sena skolastika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond kif hemm provdut fil-Public Service Management Code, jeħtieġ li jintalab permess tas-Segratarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv qabel ma l-uffiċjal pubbliku jagħmel jew jidħol għal xi xogħol barra d-doveri uffiċjali tiegħu.
Ninsab informat ukoll li fis-sena skolastika li qegħdin fiha ma kien hemm l-ebda talba minn għalliema biex jagħtu l-privat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita' li qed jattendu l-iskejjel governattivi, maqsumin fi skejjel primarji, sekondarji, l-MCAST, higher secondary, junior college u l-universita'?
Jista' jagħti din l-istess informazzjoni għall-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti? Jista' jgħid ukoll x'inhi t-tip ta' diżabilita' maqsuma skond kif intalbet l-informazzjoni aktar 'il fuq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel statali in-numru ta' studenti b'diżabilita' sa l-aħħar ta' April huwa hekk:
Primarja: 868 Sekondarja: 279 Higher Secondary: 3
Fl-iskejjel tal-Knisja huwa:
Primarja: 233 u Sekondarja 159.
Tagħrif dwar l-iskejjel indipendenti ma laħaqx wasal.
Fost id-diżabilitajiet insibu Short Attention Span, Global Devel. Delay, Down's Syndrome, Cognitive Delay, Emotional Problems, Tuberose Sclerosis, Aspergers Syndrome, Autism, Behavoural Problems, Dystonia, Comm. Problems, Auditory Short Term Memory, Cerebral Palsy, Psy. Deprivation, Hydrocephalus, Microcephalus, Twist Syndrome, Dwarfism, Spina Bifida, Kleinfetter Syndrome, Pierre Robin Syndrome, SSN, Heart Problems, School Phobia, Psornosis, Global Intellectual Delay, Worster Drought Syndrome, SLow Global Development, ADHD, Pervasive Devel., Disorder, Slow Learner, ADD u Hearing Impairment.
Informat ukoll li fl-Universita' hemm 87 student, li jinkludu 4 fl-Insitiute of Health Care, li ddikkjaraw xi forma ta' diżabilita', filwaqt li fil-Junior College 23 student ddikkjaraw diżabilita'. Id-diżabilita' ddikkjarata tvarja minn 'dyslexia' sa nuqqas ta' smigħ jew vista jew problemi ta' mobilita'.
Informat li fl-MCAST hemm total ta' 82 student b'diżabilita'. Id-Diżabilita' tinkludi Learning Disabilty, Developmental Delay, Mobility, Hearing Impairment, Epilepsy, Asperger's Syndrome, Visual Impairment, Cystic Fybrosis, Attention Deficit Disorder, Spina Bifida, Kleinfelter's Syndrome, Clinical Depression, Diseases such as Cancer etc..., Intellectual Impairments.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt l-eta' ta' 30 sena li qed jirreġistraw għax-xogħol? X'livelli ta' kwalifiki u kompetenzi għandhom? Kemm minnhom ma jafux jaqraw u jiktbu? Kemm hemm minnhom li m'għandhomx ċertifikati akkademiċi u/jew vokazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ persuni taħt l-eta’ ta’ 30 sena li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-Ewwel u fit-Tieni Parti tar-Reġistru f’Marzu 2005 kienu 3314.
Il-livell ta’ kwalifiki u kompetenza tagħhom huwa kif gej:
Description: Academic/Trade Total
Working Knowledge/Operator 948
Competent/Skilled Operator 1,488
'O' Level/City & Guilds 622
Intermediate 13
'A' Level/Engineer by Experiance 157
Diploma 46
Graduate/Graduate Engineer 40
Total unemployed <30 years 3314
Jista' il-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' tifel ta' sitt snin li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li għandu problemi ta' ADD u skond rapport li qed jintbagħat ukoll separatament għandu bżonn ta' facilitator? Jista' jara li dan il-każ jittieħed b'serjeta' u reqqa kbira?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond rapport ta' l-Istatementing Moderating Panel data 11 ta' April 2005, ma jirriżultax li t-tifel f'dan l-istadju għandu bżonn ta' facilitator iżda l-każ għandu jiġi rivedut meta t-tifel jkun fil-Year 3. Fil-mument it-tifel qiegħed fil-Year 1.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds?
Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfal jattendu l-ischool-girl mothers unit illum u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa hemm 78 tfajla tqila taħt it-18-il sena li qed jattendu jew il-programm offrut mill-Unit GĦOŻŻA (Għajnuna għall-Ommijiet Żgħażagħ għall-Żogħżija Ahjar) tlett darbiet f'ġimgħa, jew inkella qegħdin jirċievu s-servizz ta' Counselling offrut mill-istess Unit.
Hemm 25 tfajla omm oħra li mat-tfal zgħar tagħhom qed jattendu l-Mother & Baby Support Group ta' darba fil-ġimgħa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna finanzjarja mill-Ministeru bejn l-1 ta' Jannar, 2004 u t-18 ta' Mejju, 2005? Lil min ingħatat din l-għajnuna u ta' kemm kienet separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid kif jintgħażlu ċ-ċentri fejn isiru l-eżamijiet tal-Matsec, Sec u ta' l-Universita' ta' Londra? Kien hemm xi ilmenti fl-eżamijiet li qegħdin isiru bħalissa, kemm minn studenti u/jew ġenituri, dwar xi wieħed jew aktar minn dawn iċ-ċentri? X'kienu eżattament dawn l-ilmenti? X'sar dwar l-ilmenti li saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ċ-ċentri ta' l-eżamijiet jintgħażlu skond kriterji stabbiliti mill-Bordijiet tal-eżamijiet lokali u barranin. Id-Dipartiment tal-Eżamijiet min-naħa tiegħu japplika dawn il-kriterji, filwaqt li kemm jista' ikun possibli jara li wkoll li dawn iċ-ċentri ikunu aċċessibli għall-kulħadd, preferibbilment f'lokalitajiet ċentrali. Fil-parti l-kbira tagħhom iċ-ċentri huma skejjel tal-istat minbarra skola privata f'Birkirkara u ż-żewġ ċentri tal-Belt, dawk ta' Sant Iermu u Biagio Steps.
Waqt kull eżami li jsir, kull kandidat għandu dritt iressaq l-ilmenti tiegħu bil-miktub lid-Direttur tal-Eżamijiet, iżda bħal ma dejjem jiġri l-ġenituri li jilmentaw minħabba xi eżami, jippreferu jużaw it-telefon u ħafna jibqgħu anonimi. Kien hemm tliet ilmenti:
- L-ewwel każ jittratta l-eżami tal-"Listening Comprehension" tal-Franċiż ta' l-Universita' ta' Londra li nżamm nhar il-Ġimgħa 13 ta' Mejju fiċ-Ċentru ta' Biagio fejn tliet ġenituri (minn 118) ilmentaw minn ħajt divorzju li jifred iż-żewġ swali u li minħabba f'hekk l-eżaminatur li kien qed jaqra t-test ma kienx jidher minn kulħadd.
- Ilment ieħor tressaq rigward l-eżami tal-Malti SEC li nżamm nhar is-Sibt 14 ta' Mejju fl-iskola Marija Reġina, l-Blata l-Bajda meta s-sessjoni ta' filgħodu ġiet imfixxkla għal xi ħin minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet tat-tin tal-futbol tal-Ħamrun.
- Ġenitur ilmenta mad-Direttur ta' l-Eżamijiet dwar l-iskola Maria Assunta, l-Ħamrun minħabba d-daqs tal-klassi u xi ħamiem li kien hemm fit-twieqi tal-klassijiet.
Jista' il-Ministru jelenka n-numri ta' dawk li bħalissa qed joqogħdu għal kull suġġett ta' l-eżamijiet għad-dħul fil-junior lyceum? Kemm huma subien u kemm huma bniet? Kemm kien hemm li talbu biex ma joqogħdux għall-eżami tar-reliġjon?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tfal għal kull suġett ta' l-eżamijiet tal-Junior Lyceum 2005, kien hemm daqshekk subien u bniet;
Studji Soċjali Malti Ingliż Matematika Reliġjon
Subien 2,332 2,330 2,341 2,341 2,306
Bniet 1,945 1,943 1,961 1,961 1,921
Informat ukoll li kien hemm 35 subien u 40 bniet li talbu li ma joqgħodux għall-eżami tar-reliġjon.
Jista' il-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat fil-primarji, sekondarji, eċċ. li ma jattendux għal-lezzjonijiet tar-reliġjon? Tinżamm statistika dwar kemm hemm minn dawn li jattendu skejjel indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena skolastika 2004/2005, in-numru ta' studenti li ma jattendux għal-lezzjonijiet tar-reliġjon li jattendu fl-iskejjel Primarji huwa ta' 286 student u dawk li jattendu fl-iskejjel Sekondarji huwa ta' 220 student.
Informat ukoll li dwar studenti li jattendu fi skejjel Indipendenti, studenti li jattendu il-Primarja hemm 45 student u studenti li jattendu fis-Sekondarja hemm 55 student.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħareġ il-permanent warrant ta' għalliema li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha li applikat għalih mill-31 ta' Jannar 2005 u li għandha Masters in early childhood education?
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' matul is-sena 2004 il-bord li jipproċessa u jiddeċiedi dwar il-ħruġ ta' permanent warrants ta' l-għalliema? Kemm-il darba ltaqa' s'issa tul is-sena 2005? F'kull laqgħa kemm iddeċieda dwar il-ħruġ ta' permanent warrants? X'inhu bħalissa n-numru ta' applikazzjonijiet li hemm pendenti għall-permanent warrants quddiem dan il-bord?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord tal-Warrants ta' l-Għalliema ltaqa' 39 darba matul l-2004 u kkonsidra u / jew approva:
· 380
Warrant
Permanenti
· 32 Warrant Temporanju
· 746 tigdid ta' Warrants Temporanji
· 100 allowance marbutin mal-kwalifiki
L-għadd ta' deċiżjonijiet li jittieħdu f'kull laqgħa tal-Bord jiddependi mir-riċerka li tkun meħtiega minn kull talba li ssir.
Minn Jannar sas-6 ta' Gunju, 2005, il-Bord iltaqa' 25 darba.
Il-każi li l-Bord għandu pendenti bħalissa huma 26 - xi wħud jirrekjedu aktar xogħol u tiftix waqt li oħrajn għadhom kif daħlu.
Il-Bord jilqa' u jikkonsidra:
· applikazzjonijiet għall-Warrants Permanenti
· applikazzjonijiet għall-Warrants Temporanji
· applikazzjonijiet għat-tigdid tal-Warrants Temporanji
· applikazzjonijiet għall-allowance marbutin mal-kwalifiki
· talbiet għal informazzjoni mill-pubbliku
Dan minbarra xogħol ieħor li jidħol minn entitajiet oħra marbut mal-Warrants, xogħol li jrid isir bl-akbar reqqa.
Wara Mejju 2004, il-Bord beda jirċievi wkoll għadd ta' talbiet mingħand Maltin għat-traduzzjoni tal-Warrant, transcripts tat-Teacher Training Courses u dokumenti li jivverifikaw is-snin ta' esperjenza, suġġetti mgħallma u informazzjoni dwar jekk il-warrant qatt ġiex revokat u jekk il-Warrant hux konformi mad-Direttiva 89.48EEC. F'diversi każi, id-dokumenti u kwalifiki jridu jiġu vverifikati u jintbagħtu għall-ekwivalenza.
Il-Bord jagħmel xogħlu bl-effiċjenza u l-attenzjoni kollha li r-responsabbiltajiet tiegħu jirrikjedu mhux biss fl-aħjar interess ta' l-applikant għall-Warrant ta' Għalliem iżda biex jassikura li l-Għalliema li jidħlu għar-responsabbilta' ta' l-istudenti fi klassi jkollhom il-kwalifiċi u t-taħrig meħtieġa.
Nirreferi ukoll lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 12754.
Jista' il-Ministru jieħu passi biex il-bord li joħroġ il-permanent warrants ta' l-għalliema jaħdem b'mod iżjed effiċjenti għax id-dewmien tal-ħruġ ta' permanent warrants ifisser tbatija għall-applikanti li jkollhom bżonnu biex isibu impjieg u d-dewmien qed joħloq telf ta' opportunitajiet ta' impjiegi għal min għandu dritt għal dan il-permanent warrant?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord tal-Warrants Permanenti, jiltaqa' formalment darba fil-ġimgħa. Ix-xogħol tiegħu jinkludi wkoll talbiet għal Temporary Warrants u ħlas ta' allowances barra xogħol ta' riċerka għat-tweġibiet għall-Ombudsman, mistoqsijiet parlamentari u t-tribunal skolastiku. Kull każ jiġi studjat għalih u d-dewmien biex joħorġu r-risposti jiddependi fuq il-każ innifsu, kemm każ ikun kompless jew le.
Il-Bord jagħmel xogħlu bl-effiċjenza u l-attenzjoni kollha li r-responsabbiltajiet tiegħu jirrikjedu mhux biss fl-aħjar interess ta' l-applikant għall-Warrant ta' Għalliem iżda biex jassikura li l-Għalliema li jidħlu għar-responsabbilta' ta' l-istudenti fi klassi jkollhom il-kwalifiċi u t-taħrig meħtieġa.
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 12753.