Jista' l-Ministru jgħid x'ġie deċiż wara li l-kuntrattur G.V. Xuereb ma baqax jaħdem fuq is-sit tal-kumpless sportiv tal-Cottonera? Ser jintgħażel xi ħadd ieħor u jekk iva kif ser jintgħażel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wara li l-kuntrattur G.V. Xuereb Ltd ma baqax jaħdem fuq is-sit tal-Kumpless Sportiv tal-Cottonera, ix-xogħol baqa' miexi xorta bl-istess ritmu ta' qabel. Wara li l-amministratur tal-kumpanija G.V. Xuereb Ltd informa uffiċjalment lid-Dipartiment tal-Kuntratti li G.V. Xurereb Ltd aċċettaw li jinħallu mill-obbligi tagħhom bħala parti mill-Joint Venture oriġinali, ġiet emendata l-Letter of Acceptance u l-kuntratt ġie mogħti liż-żewġ partijiet l-oħra tal-Joint Venture jiġifieri Polidano Bros Ltd u Steel Structures Co. Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001?
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f' xi kategoriji ta' impjegati?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema kriterji ddaħħlu l-istudenti li bdew il-kors ma' l-Istitut tal-Arti u Disinn tal-MCAST? Xi kwalifiki kellhom l-istudenti magħżula u x'kellhom dawk li ma ntażlux?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta' l-istudenti li ntgħażlu li ġew rifjutati?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif jaf l-Onor. Membru il-kriterji għall-għażla ta' l-istudenti f'xi kors ta' l-MCST huma dawk kif pubblikati fil-Prospektus.
Kif diġa' għidt fil-pubbliku l-MCAST ser jippubblika l-Ordni tal-Mertu ta' l-istudenti kollha li applikaw għall-korsijiet. Kopja ta' dan it-tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra.
B'liema kriterji ddaħħlu l-istudenti li bdew il-kors ma' l-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Kommunikazzjoni tal-MCAST? Xi kwalifiki kellhom l-istudenti magħżula? Jista' l-Ministru jpoġġi lista ta' l-istudenti magħżula fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' dawk li ma ntagħżlux u l-kwalifiki tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 28582.
Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi twettqu mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija fis-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jpoġġi rapport ta' ħidma mwettqa għal kull sena msemmija?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif dwar is-snin 1999 u 2000 jista' jinġabar mill-pubblikazzjonijiet uffiċjali maħruġa mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. L-aħħar rapport ta' ħidma uffiċjali li jkopri ż-żmien bejn Settembru u Awissu 2001 qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-istaġun 2000 -2001 kemm saru b' kollox laqgħat tal-Malta Racing Club?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm saru laqgħat fit-tlett staġuni ta' qabel separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-istaġun 2000/2001 saru 12-il laqgħa formali tal-Kumitat tat-tmexxija tal-Malta Racing Club. Saru wkoll diversi laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv b'medja ta' waħda fil-ġimgħa.
Fit-tlett staġuni ta' qabel in-numru ta' laqgħat kien hekk:
Staġun
1977 / 1998 45
1998 / 1999 23
1999 / 2000 38
Ta' min jgħid li r-riżultat aħħari ma jiddependix min-numru ta' laqgħat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat matul l-istaġun 2000 - 2001 sal-lum bejn il-Malta Racing Club u għaqdiet oħra li jinsabu fil-Marsa Sports Ground?
Liema huma dawn l-għaqdiet li l-MRC iltaqgħu magħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru għadd ta' laqgħat informali ma' waħda mill-assoċjazzjonijiet tal-Malta Sports Ground jiġifieri dik li għandha l-aktar konnessjoni mal-Malta Racing Club u li tieħu ħsieb il-Polo Club. Saru wkoll xi diskussjonijiet bejn membri ta' l-Eżekuttiv u tal-Marsa Sports and Country Club.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-istaġun 2000 - 2001, kemm intefqu flus f' pagi lill-ħaddiema full-timers u part-timers tal-Malta Racing Club?
Jista' jagħti din l-informazzjoni għaż-żewġ staġuni preċedenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont ta' flus li ntefqu f'pagi matul l-istaġun 2000 / 2001 huwa hekk:
Ħaddiema full time Lm30,750
Ħaddiema part time Lm54,702
L-informazzjoni dwar id-dettalji taż-żewġ staġuni preċedenti qegħda tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jgħin jew hux ser jgħin finazjarjament lill-Malta Racing Club fil-proġetti li qed jagħmel jew li ser jagħmel?
Jekk iva, liema huma dawn il-proġetti u kemm hi l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern ser joħroġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proġett li qed iwettaq jew li se jwettaq il-kumitat tal-Malta Racing Club se jsiru fil-kwadru tar-responsabbilita` tal-Club, jiġifieri bir-riżorsi li l-Club jirnexxielu jamministra b'mod sostenibbli. Jekk u meta jinħass il-bżonn ta' għajnuna finanzjarja, il-Gvern lest li jikkonsidra l-proposti.
Mhuwiex għaqli li clubs bħal Malta Racing Club jistennew li l-Gvern jidħol għal kull spiża finanzjarja għaliex b'hekk tinqatel il-motivazzjoni ta' min ikun qiegħed imexxi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28376?
Response (GALEA, LOUIS)
Matul is-sena skolastika li għaddiet kellna dawn l-għalliema jgħallmu fl-Istituzzjonijiet Post-Sekondarji kif ġej:
Istituzzjoni Post Sekondarja Għalliema
2000-2001
Paolino Vassallo Upper Lyceum 76
Fellenberg Training Centre 16
E.Cremona Art & Design 8
Nautical School 7
Mikielanġ Sapiano Technical Institute 55
MA Refalo Gozo Centre for Further Studies 68
Salvatore Dimech School for Craftsman Mosta 12*
Umberto Calosso Trade School St. Venera 32*
Stefano Zerafa Trade School Naxxar 28*
Giovanni Curmi Higher Secondary 91
C. Carbonaro Hairdressng & Beauty Therapy 11
Moher Theresa College (Health Care) 16
Pre School Education 5
College of Agriculture 4
Total 429
Mill-Istituzzjonijiet li ġew assorbiti mill-MCAST, applikaw sabiex jgħallmu fl-Istituti ta' l-MCAST dan in-numru ta' għalliema kif ġej:
Paolino Vassallo Upper Lyceum 51
Fellenberg Training Centre 2
E.Cremona Art & Design 8
Nautical School 3
Mill-Istituzzjonijiet l-oħra, li xi uħud biss mill-korsijiet li joffru ġew assorbiti mill-MCAST, 39 applikaw sabiex jgħallmu fl-Istituti ta' l-MCAST.
* Dawn huma l-għalliema tal-livell sekondarju li xi wħud minnhom jiddedikaw parti mill-ħin għal korsijiet post-sekondarji.
Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 28367 la m' hemmx nuqqas ta' għalliema kif jirriżulta li mill-bidu tas-sena skolastika saru diversi rapporti li studenti tal-primarja ma kellhomx għalliema jgħallmuhom? F' liema skejjel Primarji kien hemm assentejiżmu tal-għalliema s' issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-ewwel jiem ta' l-Iskola kull klassi fl-iskejjel primarji kellha għalliem assenjat għaliha. Xi għalliema rrappurtaw mard. F'xi każi, xi għalliema ġodda nfurmaw lill-awtoritajiet li ma kienux ser jaċċettaw l-impieg offrut lilhom, u minflok dawn intbagħtu għalliema oħra minnufih.
Għalliema irrapurtaw mard f'dawn l-iskejjel:
Cospicua
Gudja
Paola A
Safi
Senglea
Tarxien
Attard
Mellieħa
Rabat A
Rabat B
Sliema
St Paul's Bay
Lija
Mtarfa
Nadur
Għajnsielem
Xewkija
Rabat.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta mistenni li jitlesta x-xogħol fuq l-iskola Junior Lyceum ta' Pembroke u meta l-istudenti li qegħdin temporanjament jagħmlu il-form II f' tas-Sliema mistennija jintbagħtu lura f' din l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hu ppjanat li x-xogħol fuq l-iskola tal-Junior Lyceum, Pembroke, jitlesta sa Settembru 2003.
L-istudenti li qegħdin temporanjament jagħmlu l-Form II tas-Sliema mistennija jintbagħtu lura f'din l-iskola għal Form III f'Settembru 2002.
L-Onor. Membru japprezza li jiena m'hinix l-awtorita` kompetenti biex nidħol fir-raġunijiet li għalihom applikanti jintgħażlu jew ma jintgħażlux biex jimlew vakanzi avżati fl-MCAST. Il-Kulleġġ jippubblika r-riżultati ta' l-intervisti meta l-proċess ta' l-għażla jkun definitivament konkluż.
Kull għalliem tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li applika biex jgħallem l-MCAST u ma ġiex magħżul ingħatalu post alternattiv skond il-kompetenzi tiegħu.
Il-persuna msemmija tista' dejjem tirrikorri għall-passi stabbiliti bil-liġijiet eżistenti.
Informat li ż-żewġ assistenti kapijiet ta' l-Istitut Għan-Negozju u Kummerċ ta' l-MCAST għandhom il-kwalifiki meħtieġa kif mitlub fis-sejħa għal applikazzjonijiet għal postijiet konċernati.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 28497. Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopji taċ-ċertifikati oriġinali li bihom 14-il student barrani ġew aċċettati għall-kors tal-mediċina u kirurġija fil-kors li beda din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-pożizzjoni ta' l-Universita` hi li informazzjoni dwar kwalifiki ta' individwi hi meqjusa bħala kunfidenzjali u għaldaqstant mhux f'pożizzjoni li npoġġi kopja taċ-ċertifikati oriġinali ta' l-istudenti.
L-Universita` ma jkollha ebda diffikulta` li tati l-informazzjoni kollha lil kull awtorita` kompetenti skond il-liġi li tkun trid tistabilixxi li d-dħul ta' l-istudenti sar kollu kemm hu skond ir-regolamenti.
It-tagħrif dwar in-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżami tas-SEC/MATSEC fis-Sessjoni ta' Settembru u r-riżultati miksuba suġġett b'suġġett kif mgħoddi lili mill-Uffiċċju tal-MATSEC ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mogħti l-parir mill-Bord tal-MATSEC biex ma nagħtix it-tagħrif mitlub skola skola.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru lockers fl-iskola ta' Marija Goretti Tarxien, meta s-sena l-oħra l-istudenti ta' form 4 ħallsu l-Lm10 u sal-lum għadhom bla lockers?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola ma talbet lil ebda studenta biex tħallas Lm10.00 għal-locker kif imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari. Il-Kunsill iddeċieda li t-88 locker li ser jintużaw din is-sena jinkrew Lm1.00 kull term u din il-policy ġiet spjegata lill-ġenituri f'laqgħa li saret għalihom fil-5 ta' Settembru.
Informat ukoll li l-Kunsill ta' l-Iskola Sekondarja tal-Bniet Maria Goretti adottapolicy biex jiġu evitati basktijiet tqal u daħlet l-idea li jinxtraw lockers. Dan hu proġett li mistenni jieħu ħames snin sakemm jinfirex ma' l-iskola kollha.
Is-sena l-oħra saret Fun Run biex jinġabru flus għal dan il-għan u l-iskola rnexxiela tidħol għall-ispiża ta' 88 locker li 68 minnhom inkrew minn tfal tal-Form 2 u 20 minn fost it-tfal tal-From 3 li ttellgħu bix-xorti.