Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq tal-Baħrija — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol li qed isir fuq it-triq tal-Baħrija?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Birżebbuġa – Bini ta’ toroq u tarmak

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15221, peress li issa għaddew kważi xahrejn mit-tweġiba tal-Ministru u għalhekk Transport Malta kellha żmien biżżejjed biex tagħmel lista ta' toroq ġodda skont il-prijoritajiet, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Birżebbuġa li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali fis-snin li ġejjien? Jista’ jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra l-lista li ġiet ippreparata minn Transport Malta bil-prijoritajiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tfassal programm ta’ xogħlijiet fuq toroq skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Trasport pubbliku — Rotot neqsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rotta kien hemm nieqsa fit-13 ta' Mejju 2015? Jekk kien hemm rotot neqsin il-għala ġara dan? Jista' jgħid kienx hemm ġranet oħra din is-sena fejn kien hemm rotot neqsin, u jekk iva, jgħid kemm u l-għala?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minħabba n-natura tal-operat, ikun hemm ġranet fejn xi vjaġġi illi jkunu skedati ma jsirux. Dan jista’ jiġri minħabba diversi fatturi fosthom ħsarat fil-karrozzi tal-linja u xufiera li jirrappurtaw morda.

Replacement Buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il replacement bus hemm, liema replacement buses ikunu jistgħu jintużaw meta xi karozza tal-linja ta' fuq ir-rotta tkun bil-ħsara? Jista' jgħid proprjetà ta' min huma dawn il-replacement buses u jekk humiex Euro 3, Euro 4 jew Euro 5?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi tipikament, fil-ħinijiet peak matul il-ġimgħa, l-operatur tat-trasport pubbliku jkollu 12-il vettura bħala spare buses u dan sabiex jintużaw f’każi fejn xi karozza tal-linja tiżviluppa xi ħsarat jew inkella sabiex iżżid is-servizz fuq ċertu rotot meta d-domanda tkun tirrikjedi hekk. Dawn il-karozzi tal-linja huma kollha operati mill-operatur tat-trasport pubbliku. Infurmat ukoll li l-karozzi tal-linja kollha illi qegħdin fuq is-servizz tat-trasport pubbliku huma EURO V minbarra dawk illi kienu eżentati minn Transport Malta, u li huma EURO III.

Kunsill Lokali Ħamrun – Proġett għat-Triq il-Kbira San Ġużepp

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14669, jista' l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tat-tender f'isem Transport Malta għall-upgrading fi Triq il-Kbira f'San Ġużepp il-Ħamrun tlestix? Jekk iva, jista' jgħid favur min ġiet aġġudikata din it-tender u meta se jibdew ix-xogħlijiet relattivi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-evalwazzjoni li saret aktar kmieni din is-sena, irriżulta li l-bord tal-evalwazzjoni ma rrakkomandax l-għoti ta’ din l-offerta. Għaldaqstant, f’April ta’ din is-sena reġgħet ħarġet sejħa oħra, fejn ma ġew mitfugħa l-ebda offerti. Sussegwentament, ħarġet it-tielet sejħa għall-offerti fejn bħalissa qed tiġi evalwata.

Pont tal-Mistra — periklu

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitneħħa kemm jista’ jkun malajr il-periklu li hemm fuq il-pont tal-Mistra, minħabba li jidher li parti mill-pont ċediet u tista’ taqa’ b’konsegwenzi serji ħafna fuq it-traffiku li jkun ġej u sejjer minn u lejn il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija konxja u qed issegwi s-sitwazzjoni ta’ dan il-pont. Mhux eskluż li jsiru nterventi ta’ natura temporanja sakemm tinsab soluzzjoni permanenti.

Ħarsien ta' regolament minn vetturi reġistrati barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kwistjoni marbuta man-nuqqas ta' ħarsien tar-regolamenti minn vetturi reġistrati barra minn Malta, minħabba li dawn il-vetturi ma jkollhomx id-dettalji tagħhom miġbura fuq is-sistema tal-informatika dwar il-vetturi f'Malta, hux se tiġi indirizzata? Jekk iva, meta, u kif se jsir dan?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15981

San Pawl il-Baħar — frekwenzi ta' karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex tiżdied il-frekwenza tal-karozzi tal-linja li għandhom in-numru 41 u 42 għaliex diġà qed ikun hemm dewmien sostanzjali għal dawk il-passiġġieri li jippruvaw jirkbu dawn il-karozzi miċ-Ċentru ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex il-karozzi tal-linja li jkunu ġejjin mill-Mellieħa, bid-destinazzjoni aħħarija tkun l-airport, jgħaddu ukoll miċ-ċentru ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 16377, fejn ġew elenkati iż-żidiet fil-frekwenza ta’ ċertu rotot fl-iskeda tas-sajf. Fost iż-żidiet li sejrin jidħlu fis-sehh hemm ir-rotta 42 (Ċirkewwa – Valletta u li tgħaddi miċ-ċentru ta’ San Pawl) illi il-frekwenza tagħha ser tiżdied minn kull siegħa għal kull nofs siegħa. Ir-rotta 222 (Ċirkewwa – Tas-Sliema u li tgħaddi miċ-ċentru ta’ San Pawl) ukoll ser tiżdiedilha l-frekwenza tagħha minn kull nofs siegħa għal kull 20 minuta. Infurmat ukoll illi qed tigi kkunsidrata il-possibilta’ li r-rotta X1, jiġifieri dik ir-rotta li miċ-Ċirkewwa tmur lejn l-Ajruport, tibda tgħaddi miċ-ċentru ta’ San Pawl il-Baħar minflok kif tagħmel illum mill-bypass tax-Xemxija.

Proġett ta’ Triq il-Kosta — Triq il-Katakombi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta mistenni li tiġi pproċessata l-applikazzjoni PA 01238/15 relatata mal-proġett ta’ Triq il-Kosta b’rabta ma’ Triq il-Katakombi u Triq Ġdida fi Triq il-Katakombi u effettivament meta huwa previst li jibda u jitlesta x-xogħol ġaladarba din l-applikazzjoni tipi approvata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni numru PA1238/15 qegħda fi stadju ta’ proċessar mill-MEPA. Wara li tiġi approvata din l-applikazzjoni jibda immedjatament ix-xogħol fi Triq il-Katakombi u l-estensjoni tagħha.

Triq il-Kosta – aċċess bil-pass għar-residenti tas-Salina

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-residenti tas-Salina hux ser ikollhom aċċess bil-pass minn u lejn Triq il-Kosta kif kellhom dejjem mir-residenzi tagħhom sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku kif ukoll biex bla karozzi jkunu jistgħu jinżlu fil-bajja li hemm biswit Triq il-Kosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li jitlestew ix-xogħlijiet ser ikun hemm aċċess permanenti bil-pass minn u lejn Triq il-Kosta biex ir-residenti jkollhom aċċess għall-bajja kif ukoll biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku.

Salina – aċċess għal-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk persuni b’diżabilità / ġenituri bit-trabi tagħhom hux ser ikun hemm faċilità u aċċess adegwat (b'rampa) li jħares is-sigurtà tagħhom meta jinżlu u jitilgħu mit- / minn trasport pubbliku minn Triq il-Kosta għar-residenzi tagħhom fiż-żona tas-Salina?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser ikun hemm aċċess pedonali li jinkludi rampa adegwata minn Triq il-Kosta għar-residenti tas-Salina.

Marsaxlokk – bajja tal-Magħluq – dredging tar-ramel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min iddeċieda li d-dredging tar-ramel li sar fil-bajja tal-Magħluq, Marsaxlokk, jerġa’jintefa’ fil-viċinanzi bil-konsegwenza li l-baħar qed jerġa' jieħdu minn fejn ikun ġie dredged? Jista’ jinnota li b'konsegwenza t'hekk, diversi bastimenti tas-sajd qed jaħbtu l-qiegħ tagħhom mas-sodda tal-baħar meta jkunu mimlija bid-diesel?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess li jinħareġ mill-MEPA għal maintenance dredging jitlob li l-materjal irid jerġa jintefa fl-istess żona.

Marsaxlokk – bini ta’ toroq u għoti ta’ tarmak

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15229, peress li issa għaddew kważi xahrejn mit-tweġiba tal-Ministru u għalhekk Transport Malta kellha żmien biżżejjed biex tagħmel lista ta' toroq ġodda skont il-prijoritajiet, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Marsaxlokk li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali fis-snin li ġejjin? Jista’ jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra l-lista li ġiet ippreparata minn Transport Malta bil-prijoritajiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tfassal programm ta’ xogħlijiet fuq toroq skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Birżebbuġa – Wied il-Buni — irmiġġi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15214, peress li issa għadda aktar minn xahar mil-laqgħa li saret bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali ta' Birżebuġġa fejn skont il-Ministru stess kienu diskussi diversi possibilitajiet, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta li turi kemm u fejn sejrin jiġu l-irmiġġi l-ġodda f'Wied il-Buni u jekk hemmx xi ħsieb li jsiru rmiġġi oħra mad-dawra tax-xatt ta' Birżebbuġa (inkluż il-Qajjenza)?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanta tal-irmiġġi proposti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birżebbuġa — irmiġġi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15216, jista’ l-Ministru jgħid xi proċedura se tintuża biex jingħataw l-irmiġġi l-ġodda li se jsiru f'Birżebbuġa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li wara diskussjonijiet bejn Transport Malta u l-Għaqda Dilettanti Dgħajjes ta’ Birżebbuġa, ġie deċiż li l-irmiġġi se jiġu allokati skont kif ġie maqbul bejn iż-żewġ partijiet.

Il-Fgura – Triq Hompesh – bus stops

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk kemm-il darba iż-żewġ bus stops li hemm fl-aħħar ta’ Triq Hompesh il-Fgura lejn Ħaż-Żabbar humiex se jiġu mibdulha?

Response (MIZZI, JOE)

Huwa mifhum illi l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għaż-żewġ bus shelters illi l-bus stops tagħhom iġibu l-isem ta’ ”Hompesh”. Ninsab infurmat illi l-bus shelter illi hemm fid-direzzjoni lejn il-Fgura ser jiġi mibdul b’wieħed ġdid u għal dan il-għan fil-ġranet li għaddew inħarġet tender sabiex isir ix-xogħol infrastrutturali neċessarju sabiex ikun jista’ jitwaħħal bus shelter ġdid minflok dak illi hemm illum. Mill-banda l-ohra, il-bus shelter tal-faċċata, direzzjoni lejn il-Belt Valletta, minħabba restrizzjoni fil-wisa’ tal-bankina, m’ hemmx spazju biżżejjed sabiex jitwaħħal bus shelter ġdid u għaldaqstant intalbet kwotazzjoni sabiex il-bus shelter eżistenti jiġi irranġat.

Il-Fgura – Triq Hompesh – bus stop

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk kemm-il darba jistax jkabbar l-bus stop li hemm fil-bidu ta’ Triq Hompesh, il-Fgura billi dik li hemm għalkemm ġdida qiegħda tirriżulta li hija żgħira għall-bżonnijiet tan-nies?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat fil-futur qrib.

Ħal Tarxien – bus stops ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jindika fejn saru jew se jsiru bus stops ġodda ġewwa Ħal Tarxien tul din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi ma sarux u m’hemmx il-ħsieb li jitwaħħlu bus stops ġodda fil-lokalita’ ta’ Ħal Tarxien fil-futur qrib.

Il-Mellieħa – Triq Għar u Casa — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15819, jista’ l-Ministru jikkonferma li din it-triq (Triq Għar u Casa) taqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta u allura dan ikun ifisser li l-kumplament tax-xogħol fuq l-imsemmija triq irid issir mill-istess Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 15819.

L-Imsida — parkeġġ ħdejn l-MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-inħawi tal-MCAST, l-Imsida, jistax isir xi tip ta' parking għar-residenti, peress li fetħu ħafna negozji u affarijiet fl-inħawi u hemm ftit parkeġġi għar-residenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent Transport Malta mhux qed tipproċessa talbiet ġodda għal skemi ta’ parkeġġ ikkontrollat bil-ħin.