Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Triq il-MItħna

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi maintained tajjeb Triq il-Mitħna, Ħal Qormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien nfurmat illi l-Kunsill Lokali jagħmel manutenzjoni regolari fi triq il-Mitħna skond il-bżonn. Il-Kunsill jieħu ukoll ħsieb it-tindif tal-culverts li hemm fil-parti t'isfel tat-triq peress li f'din iż-żona jinżel ħafna ilma waqt ix-xita.

Qormi — Triq Amleto Spiteri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li hemm diffikultajiet ta' ilma ħiereġ minn taħt l-art fi Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi? Jekk jikkonferma dan, x'qiegħed isir jew x'se jsir biex din id-diffikulta' tingħeleb?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-dipartiment tat-Toroq infurmat li mindu tlestew ix-xogħlijiet ta tibdil ta` mains u resurfacing f'din it-triq il-Kunsill ma kellu l-ebda rapport dwar ħruġ ta` ilma minn taħt l-art.

Qormi — Traffic Management

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studju sar jew qed isir biex f'Ħal Qormi, ikollna sistema ta' traffic management addatata għaċ-ċirkostanzi tal-lum, minħabba l-ħafna junctions perikolużi, kemm għal dawk bil-mixi, kif ukoll għal dawk li jkunu jsuqu, li llum insibu f'areas bħal: Triq il-Ħelsien, Triq il-Ħammieri, Triq il-Wied, Triq il-Blata, fuq il-Pont tal-Wied f'Mill Street, Triq l-Imdina, eċċ.? Jekk sar dan l-istudju jista' l-Ministru jgħid meta se naraw l-implimentazzjoni tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul dawn l-aħħar snin il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku assista lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi biex isiru diversi skemi ta' traffiku biex titjieb is-sigurta' kemm għal pedestrian kif ukoll għas-sewwieqa fit-toroq ta' Ħal Qormi. Fost dawn ta' min isemmi, fost oħrajn, sistemi ġodda ta' One Way fiż-żoni ta': Triq il-Vitorja, Triq San Dwardu, Triq San Bastjan, Triq Spiteri Fremond u Triq San Bartolomew. Fil-postijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant, il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva xogħolijiet kif ġej: Triq il-Ħelsien - Speed restriction signs Central carriageway markings Tlett pedestrian crossings Diversi traffic mirrors Triq il-Ħammien - Pedestrian crossing Triq il-Wied - Height restriction signs għall-pontijiet 'No Entry' signs fid-direzzjoni tal-pontijiet Triq il-Blata - Sistema ġdida ta' One Way Triq il-Mitħna - 'No Parking` signs bid-double yellow lines Centre carriageway markings 'Give Way' sign Speed restriction signs 'Dead Slow' signs 'Two Way Traffic' signs 'Road Narrows` signs Triq l-Imdina - 'No Parking' signs bis-single yellow lines (fuq naħa waħda tat-triq) Pelican Lights Speed restriction signs Il-proċess ta' traffic management f'Ħal Qormi, kif ukoll fi bliet u rħula oħra ta' Malta huwa on going, u l-Kunsill Lokali b'assistenza tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jkomplu bil-ħidma tagħhom biex is-sigurta' tat-toroq fil-lokal tagħhom tkompli titjieb.

Dipartiment tat-Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus il-pagamenti pendenti li jridu jsiru lill-kuntratturi li lestew ix-xogħlijiet tad-Dipartiment tat-Toroq? X'qed jikkawża d-dewmien ta' dawn il-pagamenti u kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus il-pagamenti li jridu jsiru abbażi ta' xogħlijiet li qed isir fil-mument?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ammont li jrid jitħallas lill-diversi kuntratturi għax-xogħol li diġa hu verifikat hu: Żoqdi Lm 19,000 Schembri Barbros Lm 3,500 C.Vella Ltd Lm 4,302 Vella Group Lm 18,000 Roads Group Ltd Lm168,000 Jien infurmat ukoll li hemm diversi claims li qed jiġu verifikati mid-diversi Dipartimenti tal-Gvern ikkonċernati f'dan il-proċess sabiex dak li jinstab li hu dovut jitħallas.

San Pawl il-Baħar — Bypass

Question

Jista' l-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni tal-kontinwazzjoni tax-xogħlijiet fuq il-bypass ta' San Pawl il-Baħar? Sar stħarriġ dwar ir-road safety ta' din il-bypass? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti ta' dan l-istħarriġ u jinformana x'passi ttieħdu? Jekk le, għaliex ma sarx dan ir-rapport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-istat tal-Bypass kien mistħarreġ ma` toroq oħra mill-konsulenti Ġermaniżi u l-bżonn li tiġi rranġata bi prijorita kien identifikat fir-rapport tal-Masterplan (Volume III), fejn din tqedgħet għad-dirittura ma` l-ewwel fażi ta` toroq li kien hemm bżonn jiġu rranġati.

Mtarfa — Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid sarx stħarriġ dwar l-istat tar-road safety ta' din il-bypass? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti ta' dan l-istħarriġ u jinformani x'passi ttieħdu? Jekk le, għaliex ma sarx dan ir-rapport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-istat tal-Bypass kien mistħarreġ ma` toroq oħra mill-konsulenti Ġermaniżi u l-bżonn li tiġi rranġata bi prijorita kien identifikat fir-rapport tal-Masterplan (Volume III), fejn din tqedgħet għad-dirittura ma` l-ewwel fażi ta` toroq li kien hemm bżonn jiġu rranġati.

Wied Inċita — Inċidenti tat-traffiku

Question

B'riferenza għall-inċidenti tat-traffiku li seħħew fil-parti ta' quddiem Wied Inċita, Ħ'Attard, jista' l-Ministru jinformani x'passi ttieħdu mid-dipartiment? Jista' jpoġġi kopja tar-rapporti lli saru mid-Dipartiment tat-Toroq dwar r-road safety matul l-perijodu li bih bdew isiru x-xogħlijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'każi fejn isiru accidents fit-toroq, id-Dipartiment jintbgħatlu rapport mill-Pulizija fejn ikun irriżulta li l-accident partikolari ikun ġie kawżat minn kuntrattur jew xi ħaġa oħra li tikkonċerna lid-Dipartiment. Fil-każ imsemmi d-Dipartiemnt ma rċieva l-ebda rapport f'dan ir-rigward. Id-Dipartiment jispezzjona regolarment is-siti fejn ikun għaddej ix-xogħol u fil-każ ta' H'Attard f'diversi okkażżjonijiet ta struzzjonijiet u direzzjoni lill-kuntrattur dwar il-passi li kien hemm bżonn jieħu biex ix-xogħol ma jkunx ta' periklu għal min jgħaddi mit-triq.

Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19081?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għandu lista ta` xogħolijiet fit-toroq li saru bejn 1993 u 1996, iżda peress li l-Onor. Interpellant jixtieq l-ismijiet tat-toroq li ngħataw l-ewwel darba irrid isir eżerċizju mid-Dipartiment biex jissepara l-ismijiet tat-toroq li kienu diġa asfaltati u ġew resurfaced li minħabba l-lista tax-xogħolijiet tirrikjedi ftit taż-żmien.

Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta reġgħu ġew introdotti t-traffic lights u pelican lights f'Malta, u t-toroq li fihom saru traffic lights u pelican lights sena b'sena mir-ri-introduzzjoni tagħhom sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qormi — Valletta Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa ġo Valletta Road, Ħal Qormi u t-toroq tad-dawra tal-housing estate? Jaf l-Ministru li dawn it-toroq ilu ma jkollhom manutenzjoni tajba għal snin sħaħ, bil-konsegwenza li f'ċertu partijiet jeżisti anke periklu serju kemm għas-sewwieqa kif ukoll għal dawk li jkunu għaddejjin bil-mixi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant qiegħed ikun inkluż fil-programm ta` xogħol tal-Kunsill Lokali u għalhekk l-Onor. Interpellant mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji liċenżjati biex joperaw bħala internet service providers? Meta ngħataw l-ewwel liċenzja ta' ISP? Kemm hawn persuni jew households f'Malta li għandhom is-servizz ta' l-internet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` kumpaniji li huma liċenzjati biex joperaw bħala Internet Serviċe Providers jammontaw għal erbatax (14).

B'Kara — Triq Wignacourt

Question

Jista' l-Ministru jara li Wignacourt Street f'Birkirkara tingħata t-tarmak jekk lesta għaliex it-trab qed joħloq ħafna inkonvenjent? Jista' jgħid ukoll jekk Triq il-Vaguni hijiex se tiġi magħmula billi tagħti fuq Psaila Street?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-wiċċ ta` l-asfalt f'Wignacourt Street qiegħed jingħata. Ix-xogħolijiet fi Triq il-Vaguni isiru max-xogħol li jrid isir fi Triq il-Ferrovija Psaila skond il-phasing ippjanat.

Trasport — PROs

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta parlamentari Nru. 18474.

TRAFFIKU

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu traffic calming measures fit-triq li tieħu lejn il-port taċ-Ċirkewwa biex jiġu evitati inċidenti fatali minħabba l-ħeffa eċċessiva li biha jsuqu fl-inħawi vetturi ġejjin minn jew sejrin lejn Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat jara jistgħux jittieħdu xi passi partikulari dwar din l-area, billi wara li ġiet irranġata t-triq huma bosta dawk li qed jgħaddu bi speed eċċesiv.

TRAFFIC LIGHTS

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jitwaħħlu traffic lights f'Tal-Balal f'salib it-toroq traffikuża b'vetturi ġejjin u sejrin fid-direzzjoni tan-Naxxar, Swieqi, San Gwann u l-Iklin, minħabba l-periklu fl-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari Nru. 14517 u nżid li huwa ppjanat li ssir roundabout fil-junction imsemmija mill-Onor. Interpellant.

Dockyard Creek — Dgħajjes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li għandhom id-dgħajjes marbuta ma' Dockyard Creek, jekk iridux iħallsu ta' l-irmiġġ lil xi wieħed mill-Consortia involut fil-proġett tal-Marina tal-Cottonera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PTA — Transport Ass.

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar sejħa għal transport ass. mal-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku? Kemm applikaw u minn liema lokalita' kienu? Kemm ġew magħżula u min liema lokalita' kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-aħħar sejħa għal Transport Assistants ma` l-Awtorita` saret f'Jannar 2000 wara sejħa nterna għall-impjegati tal-Gvern. Applikaw total ta' sitta b'kollox u dawn kienu minn: Wieħed mill-Birgu Wieħed minn Bormla Wieħed miż-Żejtun Tnejn minn Birkirkara Wieħed minn Marskala Ġew magħżula tnejn, wieħed minn Birkirkara u l-ieħor minn Marsaskala.