Fid-dawl tal-artiklu li ħareġ fil-gazzetta t-Torċa ta’ nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju ntitolat “L-Isptar San Luqa se jerġa’ jingħata l-ħajja”, jista’ l-Ministru jgħid:
- mis-somma mħabbra ta’ 200 miljun ewro, kemm se tkun in-nefqa fuq l-Isptar San Luqa;
- x’se tkun l-ispeċjalizzazzjoni medika li se tiġi offruta lil120 sodda ta’ turiżmu mediku u
- in-
Nursing School
ġdida se tkun f’idejn l-Università ta’ Malta jew xi skola barranija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investiment totali fl-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jkun ta’ €220 miljun. Din is-somma se tkun investita fl-isptarijiet tagħna minn Vitals Global Healthcare. Il-€220 miljun investiti huma maqsuma: €40 miljun f'apparat u €180 miljun fil-binjiet infushom.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ turiżmu mediku se jkun hemm diversi speċjalizzazzjonijiet fosthom l-ortropedija, kardjoloġija, onkoloġija speċjalizzata u trauma.
Fil-preżent hemm diskussjonijiet għaddejja bejn l-MCAST u universita’ barranija rigward ftuh ta’ nursing school gdida biex tikkumplimenta dik tal-Universita ta’ Malta.
Fid-dawl tal-artiklu li ħareġ fil-gazzetta t-Torċa ta’ nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju “L-Isptar San Luqa se jerġa’ jibda jingħata l-ħajja”, jista’ l-Ministru:
- jikkonferma li “il-kuntratti huma kollha ffirmati”;
- jgħid kemm hemm kuntratti b’kollox u xi jkopru;
- jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt;
- jgħid meta se titpoġġa kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra;
- jgħid jekk ix-xogħol li qed isir mill-ħaddiema tal-Gvern fl-Isptar San Luqa (PQ 25725) huwiex parti mill-ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u
- jgħid meta din il-kumpanija se tibda x-xogħol tagħha fl-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti bejn il-gvern u l-Vitals Global Healthcare issa huma ffirmati. Il-kuntratti jinkludu Health Services Delivery Agreement, Services Concession Agreement u l-ftehim dwar l-uzu ta’ l-art. Dawn il-kuntratti gew ffirmati bejn Novembru tal-2015 u Marzu tal-2016. Il-gvern bi hsiebu jippubblika il-kuntratti sa l-ahhar ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għall-Director Nursing Services? Kemm damet miftuħa s-sejħa? Kemm applikaw nies għal dan il-post? Min intgħażel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Direttur (Nursing Services) fil-Ministeru għas-Saħħa ġiet ippubblikata f’Ċirkolari Nru 3/2016 fit-28 ta’ Jannar 2016. Din is-sejħa għalqet fil-5 ta’ Frar 2016, u b’kollox kien hemm tlett (3) applikanti għal din il-pożizzjoni.Il-persuna maghzula biex tokkupa din il-kariga hija s-Sur Vincent Saliba.
Ministeru għas-Saħħa – każijiet ta’ inġustizzji quddiem il-bord
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ inġustizzji quddiem il-bord fil-Ministeru għas-Saħħa? Jista’ jgħid f’liema stadju waslu dawn l-investigazzjonijiet u kemm minnhom ġew solvuti? Jista’ jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta dawn il-każijiet se jiġu konklużi minħabba li bħalissa hemm individwi, speċjalment pensjonanti li ma ngħatawx promozzjoni li kien jistħoqqilhom, u kawża t’hekk batew finanzjarjament u għadhom ibatu nuqqas fil-pensjoni tagħhom sal-ġurnata tal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi infethu aktar minn 400 kaz ta’ ngustizzja quddiem il-bord fil-Ministeru tas-Sahha. Kull kaz gie investigat u issa dawn l-investigazzjonijet waslu fi stadju avvanzat u se jkunu konkluzi fiz-zmien li gej.
Rigward il-kazijiet dwar individwi li setaw sofrew xi tip ta ingustizzja u li sal-llum il-gurnata ghadhom ibatu finanzjarjament minhabba xi nuqqas fil-pensjoni, wara li jkunu saru l-investigazzjonijiet mehtiega u f'kaz illi l-bord ikun ta' rakkomondazzjoni favorevoli, ghandha issir revizjoni tal-pensjoni taghhom kif inhu xieraq.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karin Grech – ftehim
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25297, jista’ l-Ministru jgħid meta se jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li sar mal-kumpanija privata li ser tieħu f’idejha l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech?
Sptar Ġenerali t’Għawdex – ftehim bejn il-ħaddiema u l-Unions
Question
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 24683 u 25298, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat ftehim mal-Unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema f'kategoriji diversi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-Isptar Karin Grech dwar il-privatizzazzjoni ta' dawn l-Isptarijiet u dan peress li kien ġie indikat li ntlaħaq ftehim mal-Unions kollha? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-ftehim mal-Unions fuq il-Mejda tal-Kamra? Sar due diligence fuq l-investituri kif talbu l-Unions?
Kunsill Konsultattiv –Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il darba ltaqa’ l-Kunsill Konsultattiv li ġie kostitwit bil-liġi dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nominazzjonijiet għall-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx mistenni jkollu l-ewwel laqgha fil-gimghat li gejjin.
Kunsill Konsultattiv –Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx — membri
Question
Jista' l-Ministru jindika min huma l-membri li jiffurmaw il-Kumitat Konsultattiv li ġie kostitwit bil-liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx?
Liġi dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx – avviżi legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bdietx il-ħidma minn Ministeri varji sabiex jiġu mressqa l-Avviżi Legali relatati mal-liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx, liema avviżi legali kienu ġew maqbula bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni waqt l-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi tal-Liġijiet?
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – ftehim mal-Università ta’ Harvard
Question
Fid-dawl tal-iżviluppi mħabbra lill-media nhar is-Sibt 28 ta' Mejju 2016, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li sar mal-Università ta' Harvard hux biex jagħti pariri lill-management tal-Isptar t'Għawdex jew biex imexxi l-istess sptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Partners Healthcare International (PHI) li jmexxu mal-4000 sodda fi sptarijiet fl-Istati Uniti fosthom Massachusetts General Hospital, Brigham and Women's Hospital u Spalding Hospital - li huma t-teaching hospitals ta' Harvard Medical School - qeghdin jaghtu appogg lit-tmexxija tal-progetti tal-isptar il-gdid ta' Ghawdex, St. Luke's u l-isptar Karen Grech fuq aspetti manigerjali, klinici u ta' tahrig.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – ftehim mal-Università ta’ Harvard
Question
Fid-dawl tal-iżviluppi mħabbra lill-media nhar is-Sibt 28 ta' Mejju 2016, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim mal-Universita' ta' Harvard hux simili għal dak li kien sar bejn il-Gvern Malti u l-Johns Hopkins University?
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex xogħol ta' kostruzzjoni fil-grounds tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Dan ix-xogħol li beda, huwa kopert b' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'passi ttieħdu biex dan ix-xogħol ma jkunx ta' inkonvenjent għall-pazjenti u dan peress li qed isir fil-qrib ħafna ta' swali fejn hemm il-pazjenti? Jista' jgħid jekk iċ-Child Development Centre li hemm fil-grounds tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u li nbena bil-fondi tal-Eco Għawdex hux se jiġi nkorporat fil-bini l-ġdid jew inkella hux se jkollu jitwaqqa'?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntrattur inkarigat mix-xoghlijiet u t-tmexxija tal-Isptar Generali ta’ Ghawdex huma f’kommunikazzjoni kontinwa sabiex jekk ikun hemm inkonvenjent ghall-pazjenti, jigi ndirizzat minnufih. Din hi il-prattika li tigi adottata f’progetti ta’ kostruzzjoni f’ambjent ta’ sptar, fejn il-benesseri tal-pazjent u l-kontinwita’ tal-operat tal-isptar huma ta’ importanza primarja.
Dwar il-bini li qed jirreferi ghalih fil-grounds tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, ninformah li dan se jiġi utillizzat biex jakkomoda certu dipartimenti li qeghdin f’binja ohra li se titwaqqa’ sabiex ikun jista’ jinbena l-Isptar il-gdid.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna u l-kumpanija msemmija ma taw l-ebda servizz fil-Ministeru tas-Sahha fis-snin imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-full complement tan-nurses f’kull grad u meta hemm il-ħsieb li jerġa’ joħroġ sejħa għall-promozzjonijiet ta’ NO?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabella ta’ hawn taht filwaqt li ninfurmah illi hemm il-hsieb li aktar tard din is-sena tohrog sejha ghall-promozzjonijiet ta’ Charge Nurse.
Full Complement 2016
Director Nursing Services
Chief Nursing Manager
Head/Asst. Head Nursing Services
Senior Nursing Manager
Charge Nurse
Practice Nurse
Deputy Charge Nurse
Staff Nurse & Senior Staff Nurse
Enrolled Nurse
Registered Mental Nurse
3
10
2
39
215
90
260
2812
241
68
Jista’ l-Ministru jgħid jekk min hu ċċertifikat bħala Gluten Intolerant huwiex intitolat biex jieħu l-vouchers bħal dawk il-persuni li huma Celiac?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex pazjent jibbenifika mill-vouchers ta’ valur monetarju marbuta mas-Coeliac Products Voucher Scheme dan irid jiġi iddijanjostikat bil-kundizzjoni tal-marda tas-Coeliac skond l-Iskema V.
Dipartiment tas-Saħħa – ħaddiema – contact with patient allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mad-Dipartiment tas-Saħħa u fl-entitajiet kollha li jagħtu servizz tas-saħħa, li huma intitolati għall-contact with patient allowance?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 741 haddiema li huma intitolati ghall-contact with patient allowance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta' Type 1 Diabetes, sena b’sena bejn is-sena 2000 u l-2016? Kemm minnhom kienu tfal taħt is-16-il sena? Kemm kienu bniet u kemm subien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qabel is-sena 2012 ma kienitx tinzamm statistika rigward kazijiet godda tat-type 1 Diabetes.
Skond l-informazzjoni migbura mill-
POYC
, it-total ta’ każijiet ġodda tat-Type 1 Diabetes mill-2012 sal-bidu ta’ Gunju 2016 huwa ta’ 1,078. Minn dawn, 156
kienu ta’ 16-il sena u inqas; 64 kienu bniet u 92 kienu subien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bid-dijabete li qed jieħdu l-kura f’pajjiżna? Kemm minnhom huma Type 1 u kemm huma Type 2?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total tal-pazjenti li qed jieħdu kura għall-kundizzjoni tad-diabete minghand il-Gvern huwa 28,712. In-numru ta’ pazjenti li jbatu minn Type 1 Diabetes u li għandhom l-Iskeda V (il-Kartuna s-Safra) huwa 1,048.