Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il serqa kienet rappurtata mill-Gudja bejn April u Lulju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ April u l-aħħar ta’ Lulju tas-sena l-oħra, il-pulizija kellha 28 rapport ta’ serq ġewwa l-Gudja. Din il-lokalita tinkludi wkoll l-ajruport.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ ngħata l-ebda xogħol il-kumpaniji li dettalji dwarhom ngħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni huma ta' sess femminili ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni li huma ta’ sess feminili (priġunieri) ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sa l-14 ta’ Frar 2014 huwa ta’ 41.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-investigazzjoni li saret mill-pulizija dwar il-qtil ta’ annimali fil-Mosta li ilhom isiru mill-2011 ‘l hawn? Kien hemm persuna jew persuni li ġew interrogati dwar dan il-qtil? Kemm-il persuna ttellgħet il-Qorti mixlija dwar moħqrija tal-annimali kull sena mill-2008 ‘l hawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nerġa naċċerta lill-Onorevoli Membru illi l-Pulizija għada għaddejja b’investigazzjoni meħtieġa u qed tagħmel kull sforz sabiex jigi identifikat kull minn hu involut f’dawn ir-reati u jitressaq quddiem il-Qorti skond il-liġi. Għal darba oħra ma’ nħossx illi f’dan l-istadju ta’ l-investigazzjoni għandu jingħata aktar tagħrif. Tgħarif pubbliku li jista' jxekkel l-istħarriġ li għaddej bħalissa.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar sitt snin il-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra tmienja u tmenin (88) persuna fuq akkużi ta’ moħqrija fuq annimali kif jidher fit tabella hawn taht.
Jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-kumpanija li qed tieħu ħsieb l-kampanja ta’ reklamar tal-e-ID cards? Kif intagħżlet din il-kumpanija? Jista’ jgħid għaliex fil-ġurnali kollha qed jidhru reklami ta’ nofs pagna bil-kulur filwaqt li f'ġurnal wieħed ta’ kuljum r-reklam huwa ta’ kwart ta’ paġna? Min ħa din id-deċiżjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru ħa ħsieb din il-kampanja. Ir-riklami tqassmu skont kemm hu l-ammont ta’ qarreja li jaqraw il-ġurnali.
Jista’ l-Ministru jispjega jekk dan l-avviż li ħareġ il-Foreign Office tar-Renju Unit u ċjoè: “Since May 2013 there have been a high number of pick-pocketing incidents on main bus routes, especially the 13 and 12 from Sliema to Valletta and routes between St. Julian’s and Paceville. Thieves are targeting crowded afternoon buses. Be vigilant and keep sight of valuables at all times. Local police are aware of the problem and conducting investigations" (http://www.gov.uk/foreign-travel-advice/malta/safety-and-security) hux frott u riżultat tal-ħemel transfers li ta fil-Korp tal-Pulizija meta, kif ilha tgħid l-Oppożizzjoni, naqqas drastikament il-preżenza tal-Pulizija fl-għases (inkluż ta’ San Ġiljan) minn Marzu 2013? X’passi qed jieħu biex tonqos il-crime rate li reġgħet għolliet rasha?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-Pulizija kienet konxja ta’ dawn it-tip ta’ rejati u anke kienet qed tinvestiga, kif indikat ukoll fl-istess avviż li semma l-Onorevoli Interpellant. Din l-investigazzjoni kienet ħalliet il-frott mixtieq u għall-aħħar ta’ Awissu tas-sena l-oħra diversi persuni ta’ nazzjonalita barranija kienu tressqu l-Qorti fuq diversi serqiet ta’ dan it-tip. Minn meta tressqu l-Qorti dawn l-persuni, kien reġistrat tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ rejati ta’ dan it-tip li ġew irrapurtati. Għall dak li huwa presenza ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Għases, infurmat illi f’Lulju tas-sena 2013 dan kien l-istess bħal ma kien f’Lulju tal-2012. Kien hemm xi ċaqliq minn xi Distretti biex żdiedu oħrajn bħal ma’ huma San Giljan u l-Qawra, fejn nafu lil hemmhekk ikun hemm aktar bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-hard floor cover li kellu jsir fuq il-lawn tal-Palazz tal-Girgenti għall-ikla tal-EBU li matulha kien hemm il-pulizija jservu ta' waiters? Min ipprovdih?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-Hard Flooring ġie jiswa €5,360 (VAT inkluż) u sar mill-kumpanija TEC Ltd wara sejħa għal kwotazzjonijiet.
Il-Hard Flooring sar biex ma’ ssirx ħsara lit-terf tal-Girgenti.
Jista’ l-Ministru jara għala l-bieraħ, 18 ta’ Lulju 2013 ma kienx hemm Pulizija fil-Marina tal-Imsida?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninfomra lill-Onorevoli Interpellant illi l-uffiċju tal-immigrazzjoni fil-Marina tal-Msida ikun miftuħ bejn it-8 ta’ fil-għodu u l-5 ta’ fil-għaxija. Infurmat ukoll illi fil-ġurnata imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, l-uffiċċjal li kien xogħol f’dan l-uffiċċju rraporta sick leave u ma setgħax jiġi sostitwit. Għaldaqstant ix-xogħol li normalment isir f’din il-Marina, kien kopert mil-uffiċċju prinċipali tal-Immigrazzjoni fil-Port il-Kbir, kif isir kuljum wara l-ħin tal-għeluq tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid tul l-2013, kemm kien hemm warden jew wardens li ġie/t jew ġew arrestati mill-pulizija jew se jitressqu l-Qorti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom? Jekk iva, għal liema raġuni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li kien hemm każi ta' arresti ta’ Gwardjani Lokali fis sena 2013.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7535, jista’ l-Ministru jgħid għal-liema raġuni qiegħed iqis il-kuntratt ta’ Henley and Partners bħala wieħed ta’ natura kunfidenzjali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija 7879 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma’ għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li ngħatat qabel.
Wasla ta’ immigranti illegali – Depot tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għala l-immigranti li waslu Malta t-Tlieta, 9 ta’ Lulju 2013 ma tteħdux l-open centres kif dejjem sar iżda ttieħdu d-Depot tal-Pulizija fil-Furjana eżatt kif waslu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li il-proċedura meta jaslu immigranti irregolari hi li l-immigranti mal-wasla tagħhom kienu jittieħdu d-depot tal-Floriana u issa l-Garaxxtal-Pulizija u wara jittieħdu fil-‘closed centres’. Għalhekk id-domanda magħmula mill-Onorevoli Interpellant għandha l-premessi kollha ħżiena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iħossux komdu jara r-ritratti ta’ tarbija Somala u persuni oħra immigranti li kienu għadhom kif waslu Malta t-Tlieta, 9 ta’ Lulju 2013 wara jiem bejn sema u ilma, bil-għatx, għajjenin u bil-ġuħ jitħallew mal-art fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, assenti kull sens ta’ rispett lejn id-dinjità tal-bniedem?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward ir-ritratt tat-tarbija, tajjeb jingħad li din kienet il-ħin kollu akkumpanjata mill-ġenituri tagħha stess u mhux kif forsi setgħet ingħatat l-impressjoni li din kienet mitluqgħa mal-art għal riħha.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ żjarat u laqgħat barra minn Malta li kellu u ma’ min iltaqa’ mill-11 ta’ Marza 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza bis-suġġett ta’ burden/responsibility sharing fil-kwestjoni tal-immigrazzjoni irregolari?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' Ministru jgħid kemm-il persuna wriet interess għall-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP)? Minn liema pajjiż huma u kemm hemm minn kull pajjiż rispettivament? Jista' Ministru jgħid għand liema entitajiet daħlu? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-iskema tal-IIP għand il-kumpanija li dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi żmien opportun, ir-regolatur se jkun qiegħed jgħaddi rapport dwar l-operat ta’ Identity Malta kif mitlub mil-ligi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(
Ara dokument Nru 2347 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 121 tat-Tlieta, 18 ta’ Frar 2014)