Għoti ta’ flus lil Malta minn gvernijiet Libjani, Taljani u mir-Renju Unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tawna (mhux selfu) b’kollox, flus kontanti jew in kind il-gvernijiet Libjani, Taljani u mir-Renju Unit, bejn is-snin 1970-1987 kif ukoll bejn is-snin 1987-1996?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Bank Ċentrali – impjegati li jservu fuq Bordijiet Governattivi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14037, ġaladarba l-Ministru qed jikkonferma li l-impjegati tal-Bank Ċentrali qed iservu fuq bordijiet governattivi u li ‘xi drabi’ jieħdu leave minn tagħhom sabiex jattendu għal dawn il-laqgħat, jista’ l-Ministru jikkonferma li jkun hemm drabi fejn dawn l-impjegati jkunu preżenti waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom tal-Bank ukoll?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bank Ċentrali jipprova jkun flessibbli u jaġixxi b’mod prattiku hekk kif dejjem għamel f’dan ir-rigward.
Reġistrazzjoni tal-karozzi – refund ta’ taxxa tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ kif u meta se jitkompla l-ħlas tar-refund tat-taxxa tal-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi? Minħabba li dan il-Gvern tela’ bl-għajta li se jnaqqas il-burokrazzija, beħsiebu jikkunsidra li jħallas l-ammonti dovuti mwiegħda lill-pubbliku mingħajr ma joħloq iżjed sistemi burokratiċi u jipproċessa l-ħlasijiet fuq l-applikazzjonijiet li ġew irreġistrati s-sena li għaddiet? Qed jikkunsidra l-Gvern li ma joqgħodx jobbliga lil min applika diġà milli jerġa’ joqgħod jimla iżjed formolarji? Ma jaħsibx il-Ministru li jekk applikanti jerġgħu jintalbu jimlew iżjed formularji, dawn ser ikunu skoraġġuti milli jsegwu t-talba tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kien imħabbar fil-baġit li għadda se tinħareġ skema għal dawk li irreġistraw vettura bejn l-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Diċembru 2004 fejn min ikun eliġibbli issa se tingħata r-rifuzjoni kollha li minnu jitnaqqas xi rifuzzjoni li tkun diġà tħġallset taht xi skema simili. Il-proċess se jkun wieħed sempliċi fejn din is-sena Transport Malta se tavża lil min irreġistra vettura f’dan il-perjodu sabiex jikkonferma l-partecipazzjoni tiegħu. Wieħed iżid li l-proċess magħżul jrid ikun konformi mar-regoli tal-Kummissjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jelabora fuq liema stajdu waslu t-tħejjijiet sabiex jiġi varat il-Bank ta’ Żvilupp li hu ħabbar fil-baġit? Għandu data speċifika ta’ meta dan il-bank se jkun inawgurat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra kemm ġew impjegati u ingaġġati għax-xogħol persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu, matul l-2014?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13717, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MFSA hiex beħsiebha ssaħħaħ in-numru ta’ żjarat ta’ compliance on site, b’mod partikolari wara l-każijiet tal-kumpaniji lid-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA qiegħda tiddiskuti mekkaniżmi li jistgħu jintużaw biex iż-żjarat għand entitajiet liċenzjati jissaħħu.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13717, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess li bih jitwettqu l-compliance visits? Il-kumpaniji li fuqhom isiru dawn il-visits jintgħażlu b’mod ad hoc jew wara xi rapport?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-raba’ term tas-sena isir pjan fejn jiġu magħżula l-entitajiet finanzjarji li se jkunu suġġett għal compliance visit fis-sena ta’ wara.
Dawn l-entitajiet jiġu magħżula abażi ta’ numru ta’ fatturi, fosthom:
- Riskji li jirrapreżentaw lis-sistema finanzjarja ta Malta;
- Assessjar tar-riskji u l-kontrolli żviluppati minn kull intrapriża biex innaqsu dawn ir-riskji varji;
-
Balance Sheet size
u analiżi ta informazzjoni kwantitattiva oħra
;
- Numru ta’ lmenti milqugħa mingħand il-konsumaturi u sorsi kwalitattiva eżistenti oħra; u
- Kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’
compliance.
L-Awtorita’ tagħmel żewġ tipi ta’ żjarat: żjarat estensivi u dawk iffukati fuq temi partikolari. Isiru wkoll żjarat ad-hoc minħabba informazzjoni addizzjonali li l-Awtorità tirċievi minn whistleblowers jew minn sorsi oħrajn.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fis-sena 2013 seħħ il-falliment tal-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jispjega x’wassal għall-falliment tal-kumpanija u x’superviżjoni kienet qed issir fuq din il-kumpanija qabel ma falliet? Kemm-il żjara għall-verifika ta' compliance saret fuq l-istess kumpanija matul iż-żmien meta din kienet liċenzjata?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija daħlet fi proċess ta’ likwidazzjoni f’April 2014 minħabba li ma rnexxilhiex iżżid il-kapital biex tkompli topera. Il-fatturi li wasslu għal din is-sitwazzjoni kienu li l-kumpanija ma sabitx is-support minn għand l-azzjonisti biex iżżid il-kapital, instab li l-prioviżjonijiet tekniċi tal-kumpanija ma kinux qed jiġu miżmuma kif suppost u l-governanza tal-kumpanija kellha bżonn tissaħħaħ aktar wara numru ta’ riżenji ta’ diretturi. Il-kumpanija kienet tissottometti audited financial statements u management accounts li jinkludu rapporti ta’ marġini ta’ solvibilità . Itħejjew rapporti minn esperti u saru diversi laqgħat mad-diretturi tal-kumpanija qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni biex il-kumpanija tidħol fi proċess ta’ likwidazzjoni. Matul iż-żmien li din il-kumpanija kienet liċenzjata saru żewġ compliance visits.
Jista’ l-Ministru jispjega x’azzjoni tittieħed mill-MFSA biex tipprova tipprevjeni falliment ta’ kumpaniji bħalma ġara fil-każ tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tissorvelja mill-qrib is-saħħa finanzjarja tal-kumpaniji liċenzjati minnha skont il-poteri kollha li għandha fil-liġi. B’mod partikolari, bħala kundizzjoni ta’ liċenzja kumpaniji tal-assikurazzjoni huma mitluba li jissottomettu fuq bażi regolari audited financial statements u management accounts li jinkludu rapporti ta’ marġini ta’ solvibbilità. Huma wkoll mitluba li jissottomettu dettalji tal-attiv li jkopri il-proviżjonijiet tekniċi. Dawn kif ukoll il-proviżjonijiet tekniċi jiġu eżaminati biex l-Awtorità tassigura li l-attiv huwa mingħajr piż. Il-kumpaniji għandhom ukoll bżonn permess mingħand l-Awtorità biex jitħallsu xi dividends. L-Awtorità tissorvelja l-kumpaniji wkoll billi titkellem b’mod regolari mal- management u l-bord tal-kumpaniji.
B’referenza għal tweġiba parlamentari 13718, fejn jidher lir-rapport fuq is-superviżjoni kontra l-money laundering sar għal skop intern, jista’ l-Ministru jelenka l-punti saljenti li ħarġu minn dan ir-rapport?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-punti salienti li ħarġu mis-Self-Assessment kontra l-Money Laundering huma dawn:
1. Kemm l-awtoritajiet kif ukoll l-operaturi għandu jkollhom għarfien tajjeb tal-livell ta’ riskju ta’
money laundering
fil-pajjiż kif ukoll f’setturi differenti u għandhom japplikaw livell ta’ superviżjoni, attenzjoni u proċeduri li jkunu skont dak ir-riskju.
2. L-awtoritajiet għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-risorsi kollha meħtieġa, inkluż in-numru ta’
personnel
li hemm bżonn sabiex ikunu jistgħu jagħmlu superviżjoni effettiva kontra l-
money laundering
skont ir-riskji li jiġu identifikati. Is-superviżjoni kontra l-
money laundering
għandha tiżdied sabiex ikun assigurat li l-operaturi fis-setturi kollha josservaw ir-regoli kontra l-
money laundering
.
3. L-operaturi kollha, kemm dawk finanzjarji kif ukoll oħrajn, li għandhom obbligi taħt ir-regolamenti kontra l-
money laundering
għandhom josservaw bl-aktar mod skrupoluż l-obbligazzjonijiet tagħhom skont il-liġi, partikolarment fejn jinvolvi l-għarfien tar-riskju ta’
money laundering
u l-proċeduri ta’
customer due diligence.
4. Għandhom isiru
l-emendi kollha neċessarji sabiex dawk in-nuqqasijiet li ġew identifikati fil-liġijiet ta’ Malta kontra l-
money laundering
jiġu indirizzati u b’hekk jiġi assigurat li l-liġijiet u regolamenti Maltin kontra l-
money laundering
jaderixxu kompletament mal-istandards internazzjonali riveduti tal-
Financial Action Task Force (FATF).
5. Ir-risorsi tal-FIAU għandhom jiżdiedu sabiex din l-awtorità tkun tista’ taqdi aħjar il-funzjonijiet tagħha skont il-liġi.
6. L-awtoritajiet għandhom iħarsu lejn ir-riskji marbuta mal-
online gaming sector
u jaddottaw il-livell ta’ superviżjoni meħtieġ filwaqt li għandhom ukoll jirrevedu l-
fit and proper assessment
ta’ operaturi li diġà għandhom liċenzja skont ir-riskju identifikat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu ż-żmien medju li tieħu l-MFSA biex tiġi pproċessata applikazzjoni għal liċenzja? Jista’ l-Ministru jispeċifika ż-żmien medju għal kull kategorija ta’ liċenzja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni, l-MFSA trid taghħti d-deċiżjoni fuq applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ Kumpanija tal- assigurazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. F’każ meta l-awtorizzazzjoni li tkun qed tintalab tkun waħda ristretta għar- rijassigurazzjoni jew “captive”, iż-żmien preskritt taħt dan l-Att huwa ta’ tliet xhur. Skont l- Att dwar L-Intermedjarji fl-assigurazzjoni, L-MFSA għandha tiddeċiedi applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew iskrizzjoni ta’ Aġent, Broker jew Manager fl-assigurazzjoni fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif meħtieġ li jingħata taħt dan l-Att. F’dan il-qasam iż-żmien medju meħud għall-ipproċessar ta’ liċenzji jvarja minn xahrejn sa sitt xhur.
Skont
l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment
, l-perjodu massimu biex l-MFSA tagħti deċiżjoni fuq applikazzjoni għal-liċenzja huwa ta’ sitt xhur minn meta l-Awtorità tirċievi l-applikazzjoni kompluta b’mod adekwat flimkien mad-dokumentazzjoni kollha rikjesta. Iż-żmien medju għal-liċenzji taħt l-Att tas-Servizzi ta’ Investiment tipikament ivarja minn 4 sa 12 il-ġimgħa.
Skont
L-Att Dwar Pensjonijiet tal-Irtirar
, L-MFSA trid tagħti deċiżjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. F’dan il-qasam iż-żmien medju meħud għall-ipproċessar ta’ liċenzji jvarja minn xahrejn sa sitt xhur.
Skont
l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju,
l-MFSA għandha tiddeċiedi kull applikazzjoni għal-liċenzja fi żmien sitt xhur minn meta tkun irċeviet t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. Ta’ min jinnota li minn Novembru li għadda, taħt dan is-settur, kull applikazzjoni ġdida qiegħda tiġi determinata mill-ECB ukoll, bħala parti mill-Awtorità Ewropea (
Single
Supervisory
Mechanism
). Normalment, l-MFSA tieħu bejn sitt xhur u sena biex toħroġ liċenzja ta’ bank ġdid.
Skont
l-Att dwar l-Istituzzjoinijiet Finanzjarji,
l-MFSA għandha tiddeċiedi kull applikazzjoni għal-liċenzja fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċeviet t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. Normalment, l-MFSA tieħu bejn tliet xhur u sitt xhur biex toħroġ liċenzja ta’ istituzzjoni ġdida.
Skont l-Att dwar it-
Trusts
u t-
Trustees
, l-MFSA għandha tiddeċiedi kull applikazzjoni għal liċenza fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċeviet t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. L-MFSA tieħu medja ta’ tliet xhur biex toħroġ liċenzja taħt dan is-settur.
Skont
l- Att dwar Provdituri ta’ Servizz lill-Kumpaniji
, l-MFSA għandha tiddeċiedi kull applikazzjoni għal-liċenzja fi żmien sitt xhur minn meta tkun irċeviet t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. L-MFSA tieħu medja ta’ tliet xhur biex toħroġ reġistrazzjoni ta’ entità ġdida f’dan is-settur.
F’kull settur hawn fuq imsemmi, l-MFSA ġeneralment tiltaqa’ mal-applikanti u kemm jista’ jkun tikoordina magħhom fuq iż-żmien li jiehħu l-proċess ta’ applikazzjoni. Iż-żmien meħud mill-MFSA biex tipproċessa applikazzjoni għal-liċenzja f’kull settur fil-fatt jiddependi fuq bosta fatturi hawn taħt immsemija:
· Iż-żmien meħud għar-risposti ta’ terzi persuni biex il-proċess ta’
due diligence
jiġi finalizzat;
· Il-kwalità tal-applikazzjoni u l-komplessità tal-attività proposta mill-applikant;
· Iż-żmien meħud mill-applikant biex jirrispondi għall- mistoqsijiet/kjarifiki/rikjesti għall-dokumentazzjoni oħra li l-MFSA tagħmel dwar l-applikazzjoni u l-kwalità tar-risposti tal-applikant;
· Tibdil li jista’ jsir mill-applikant waqt il-proċess ta’ applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħidma konġunta għaddejja bejn il-Ministeru tiegħu u l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali dwar ir-rapport li ġie żvelat minn Swissleaks?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14474.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il individwu u kumpanija ddikjaraw il-fondi tagħhom skont l-Investment Registration Scheme?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali ta’ applikazzjonijiet validi taħt l-Investment Registration Scheme tal-2014 kien 1469. Dawn l-applikazzjonijiet saru minn 986 individwu u 10 kumpaniji. Huwa importanti li wieħed jinnota li kien hemm numru ta’ individwi li tefgħu iktar minn applikazzjoni waħda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ fondi ddikjarati skont l-Investment Registration Scheme? Jista’ minn dawn l-ammonti jgħid x’inhu t-total ta’ dawk il-fondi u l-kontijiet li ġew ripatrijati u dawk li tħallew f’kontijiet barra minn Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għad-dettalji relatati mal-mistoqsija t’hawn fuq li kienu ngħataw fl-istqarrija tal-gvern NR 150006 bid-data tat-3 ta’ Jannar, 2015.
Individual Investor’s Programme – Rapport tal-Kummissjoni Ewropea
Question
Fid-dawl tal-aħħar rapport tal-Winter Forecast maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fejn din irrimarkat li l-bejgħ taċ-ċittadinanza sejjer aħjar minn dak previst, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-previżjoni oriġinali tal-Gvern mal-Kummissjoni u x'inhuma r-riżultati li qed tirreferi għalihom il-Kummissjoni biex waslet għal tali konklużjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid Draft Budgetary Plan, l-estimi ta’ ġbir ta’ fondi mill-IIP għall-2014 kien dak ta’ 0.06% tal- GPD li jammonta għal madwar ħames miljun Ewro. Fl-estimi tal-Budget għall-2015, din il-figura ġiet riveduta ’l fuq għall-ħmistax-il miljun Ewro għall-2014.
Jista' l-Ministru jgħid, skont l-applikazzjonijiet li rċieva l-Gvern għax-xiri taċ-ċittadinanza, kemm qed ikun previst id-dħul tal-Gvern, xahar b'xahar u s-sena rispettiva marbuta ma' dawn l-applikazzjonijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk min hu armel/armla huweix jibbenefika mill-widows and orphans fund li kienu tħallsu mill-irġiel u nisa tagħhom meta kienu jservu fil-Forzi Armati u l-Pulizija? Jekk le, kif qegħdin jintużaw dawn il-fondi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-romol tal-irġiel li kienu jservu fil-Forzi Armati u l-Pulizija li qabel Mejju tal-1979, meta l-iskema waqfet, kienu jħallsu kontribuzzjoni zgħira fix-xahar għall-iskema tar- Romol u ltiema, għadhom sallum igawdu minn pensjoni tar-romol la darba żewghom jiġi nieqes. Din l-iskema taqa taħt Kap. 58 tal-liġijiet ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Financial Intelligence Analysis Unit jew entità Governattiva oħra fetħitx investigazzjoni fid-dawl tar-rapport ta' Swissleaks fejn ġie żvelat li hemm numru ta' Maltin li huma involuti f'dan il-każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi huma konxji ta’ dan ir-rapport li kien gie ippublikat fl- 2010 u li l-Gvern tal-ġurnata kien naqas li jikseb l-informazzjoni fuqu. Madanakollu, ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi l-FIAU hija prekluża bil-liġi milli tipprovdi dettalji dwar każijiet li jkunu qegħdin jiġu analizzati minnhom jew li jagħtu dettalji dwar rapporti li jkunu saru minn xi persuni, kif ukoll li jgħaddu informazzjoni dwar informazzjoni li setghet ingħatat lill-pulizija.