Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – ingaġġ ta’ persuna

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10731 jista’ l-Ministru jgħid liema grad u skala jokkupa dak il-persuna li ġie ingaġġat mall-Awtorità tad-Djar wara li gawda minn skema ta’ irtirar kmieni minn entità governattiva oħra? Kif u minn fost kemm intagħżel dan il-persuna biex jaħdem mall-Awtorità tad-Djar? Mil-liema entità governattiva oħra ħa l-iskema tal-irtirar dan l-impjegat ġdid tal-Awtorità tad-Djar? Bħal xiex kien jaħdem fl-entità governattiva l-oħra? X’ kundizzjonijiet kien gawda mill-iskema ta’ irtirar kmieni qabel ġie impjegat mall-Awtorità tad-Djar? Jekk dan il-persuna kien qiegħed jirreġistra qabel ġie magħżul għall-impjieg mall-Awtorità tad-Djar kemm kien ilu jirreġistra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Stallazzjoni ta' lift — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallar ta' lift?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sinjur li għaliħ qed issir referenza, applika sabiex jiġi nstallat lift ġewwa l-blokk tal-appartamenti li jabita’ fih huwa u li jikkonsisti fi blokk ta’ tlett sulari. L-applikazzjoni qegħda tiġi proċessata u ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa skont il-bżonnijiet mediċi tas-sinjur.

Djar tal-Anzjani – pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm idaħħlu pazjenti fid-jdar tal-anzjani tal-Gvern mill-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Settembru, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat (inkluż ir-Residenza San Vinċenz de Paul)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ pazjenti li ddaħħlu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern u fir-Residenza San Vinċenz de Paul mill-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Settembru 2014 huwa 141 kif spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn ma jinkludux anzjani oħra li jidħlu wkoll minn sptarijiet oħra taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tas-Saħħa.

Djar tal-Anzjani — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern (inkluż fir-Residenza San Vinċenz de Paul), bejn Jannar u Settembru 2014 u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ pazjenti li ddaħħlu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern u r-Residenza San Vinċenz de Paul bejn Jannar u Settembru 2014 huwa ta’ 406, kif indikat fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani – postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern (inkluż fir-Residenza San Vinċenz de Paul) bejn Jannar u Settembru 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nnforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħta f’seduta oħra.

Djar tal-Anzjani – pazjenti li mietu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern (inkluż fir-Residenza San Vinċenz de Paul) bejn Jannar u Settembru 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ pazjenti li mietu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern u fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn Jannar u Settembru 2014 huwa ta’ 381 kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul – każijiet ta’ scabies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx irrappurtati każijiet ta’ scabies fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn April 2013 sal-lum? Jekk iva, f’liema swali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nnforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħta f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – każijiet ta’ scabies

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-istaff tad-day clinic fir-Residenza San Vinċenz de Paul qed jingħataw trattament forma ta’ cream għall-iscabies? Jikkonferma li dawn l-istaff setgħu ġew f’kuntatt ma’ każ ta’ scabies, u jekk iva, meta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nnforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħta f’seduta oħra.

Skema Sir Sid Darek — xiri ta' appartament - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat każ lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward xiri ta' appartament taħt l-iskema Sir Sid Darek minn naħa tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

benefiċċju soċjali — każ ta' individwi

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt ma dawn iż-żewġ anzjani lid-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament rigward każ ta' benefiċċju soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-qasam tas-sahha li tahtu jaqa' l-Isptar Monte Carmeli.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Żball fis-salarju – każ ta’ individwu b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm xi żball fis-salarju tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Wens għal Persuni li jkunu waħidhom bil-lejl

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11351 u jgħid jekk jeżistix xi tip ta’ wens għall-persuni li jkunu jinsabu waħidhom bil-lejl?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern f’dawn l-aħħar xhur ħadem u qed jaħdem biex jiżdiedu servizzi varji biex jindirizzaw il-bżonn tal-anzjani fil-komunita’. Permezz tal-progett pilota ta’ “outreach” fil-komunita’ mill-ħaddiema soċjali tad-Dipartimenti tal-Anzjani ġew ukoll identifikati anzjani vulnerabbli li għandhom bżonn għajnuna speċifika.

Single parents – benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-benefiċċji soċjali li huma intitolati li jirċievu s-single parents?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li single parents jistgħu jkunu ntitolati għal għajnuna soċjali għal single mother, għajnuna soċjali jew għajnuna soċjali tal-qagħad. Jistgħu wkoll japplikaw għall-Għajnuna Medika (SKA) jekk ibatu minn mard kroniku, Għajnuna tal-Ħalib (MG) jekk ikollhom trabi taħt 9 xhur u sintendi għall-Allowance tat-tfal. Barra minn dan jikkwalifikaw wkoll għall-Benefiċċju tal-Enerġija (EB) u għall-karta r-roża għal mediċini b’xejn.

Single parents – allowance tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single parents li qed jirċievu l-allowance tat-tfal u jiddependu fuq benefiċċji soċjali oħra bħala dħul tagħhom? Kemm minn dawn is-single parents huma single mothers u kemm hemm single fathers?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.