Sptar Mater Dei — Nursing Aide trasferita għall-Uffiċċju Elettorali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11159 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Fid-dawl ta’ nuqqas ta’ nurses u nursing aides, jista’ l-Ministru jiġġustifika għalfejn il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ngaġġata bħala nursing aide fl-Isptar Mater Dei, ġiet trasferita biex isservi bħala l-assistent tal-kap tal-uffiċċju elettorali? Jikkonferma li l-abilitajiet tagħha mhumiex qegħdin jintużaw tajjeb f’mument meta hemm tant bżonnha fl-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ilha numru ta’ snin taħdem fil-qasam amministrattiv u loġistiku.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mill-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Mejju 2014? F’kull każ jista’ jgħid:
X’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad?
Meta tqabbad?
Kemm sewa jew ser jiswa?
Kif intgħażel il-kuntrattur?
Min għażel il-kuntrattur?
Meta tlesta x-xogħol jew ser jitlesta?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti long term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għal facilità oħra bejn Jannar u Mejju 2014, xahar b’xahar, fl-aħħar jum ta’ kull xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-għadd ta’ pazjenti long term fl-Isptar Mater Dei li kienu qed jistennew sabiex jiġu trasferiti għal xi facilità oħra matul l-ewwel ħames (5) xhur tal-2014 kien kif ġej: f’Jannar –hamsin (50); fi Frar sitta u hamsin(56); f’Marzu tmienja u sittin (68); f’April sebgha u erbghin(47); u f’Mejju sebgha u sittin(67).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal kull facilità oħra tas-servizz tas-saħħa bejn Jannar u Mejju 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni faċilità b’faċilità?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-għadd ta’ pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal xi facilità oħra matul l-ewwel ħames (5) xhur tal-2014 kien kif ġej: f’Jannar mija disgħa u sebgħin (179); fi Frar mija u dsatax (119); f’Marzu mija u tmienja u tletin (138); f’April mija u tlieta u għoxrin (123) u f’Mejju disa’ u tmenin(89)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra u għal kull każ (mingħajr ma jagħti l-isem) jgħid x’età għandu/ha l-pazjent u kemm ilu jistenna biex jiġi trasferit?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li hemm mija u seba’ (107) pazjenti long-termfl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mid-9 ta' Marzu 2013 sal-15 ta' Lulju 2014? F'liema gradi kien hemm dawn il-vacancies? Kemm hija l-paga u l-allowances għal kull wieħed minn dawn l-impjiegi? Kemm hi n-nefqa totali ta' dawn l-impjiegi kollha fis-sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Problema dwar Drenaġġ – każ ta’ persuna minn Ħal Tarxien
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna minn Ħal Tarxien li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar kumpens għal ħsara li saret minħabba d-drenaġġ?
San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Qtugħ tal-provvista tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex partijiet sostanzjali ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, u l-Qawra kienu bla ilma matul l-aħħar 48 siegħa? Liema toroq kienu affettwati u x'passi ttieħdu biex il-ħsara ma ddumx ma tissewwa? X'miżuri ħadet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex dan il-qtugħ ma jirrepetix ruħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-postijiet imsemmija m’għamlux 48 siegħa mingħajr ilma iżda ftit sigħat bi pressa baxxa. Dan kien dovut għal xogħlijiet infrastrutturali li qegħdin isiru fil-Coast Road.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' enerġija li qed tiġi minn photovoltaic panels installati f'Għawdex? Kemm hu l-ammont ta’ finanzi li ngħataw lis-sidien bħala għajnuna biex jiġu installati dawn il-panelli u kemm hu l-ammont li l-Korporazzjoni Enemalta tħallas bħala kumpens lis-sidien?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Għawdex – main tal-ilma fit-triq bejn Ta’ Ċenċ għal Ħondoq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ ġara mix-xogħlijiet li kellhom isiru fuq l-main tal-ilma li jagħti minn Ta’ Ċenċ għal Ħondoq, liema proġett kellu jibda f’Ġunju ta’ din is sena biex fi żmien sena jkun lest?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-kuntratt ġie ffirmat f’Lulju 2014. Sal-lum digà tqegħdu ammont ta’ kanen tal-ilma f’dan il-proġett.
Għawdex – main tal-ilma fit-triq bejn Ta’ Ċenċ għal Ħondoq
Question
B’referenza għat-tender li nħareġ biex isir xogħol fuq il-main tal-ilma li jagħti minn Ta’ Ċenc għal Ħondoq, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li ħa l-offerta? Meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol rikjest? Jista’ jagħti spjega ta’ fiex jikkonsistu x-xogħlijiet rikjesti u jekk hux ser ikun hemm xi ħadd li jissorvelja li x-xogħol qed isir skont kif mitlub fl-istess tender? Jekk ser ikun hemm min jissorvelja dan ix-xogħol, min ser tkun din il-persuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet jikkonsistu fi tħaffir ta’ trinka bejn Ħondoq ir-Rummien u Ta’ Ċenċ, u tqegħid ta’ kanna tal-ilma biex jissuplixxi l-ġibjun li hemm f’Ta’ Ċenċ bl-ilma minn Malta. Hemm ukoll xogħlijiet ta’ asfaltar u tqegħid ta’ kanen tal-ilma f’ċertu postijiet tul ir-rotta. Uffiċjali min naħa tal-Korporazzjoni jissorveljaw ix-xogħol ta’ kuljum biex jiġi żgurat li x-xogħol qed isir skont kif titlob it-tender.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-Korporazzjoni tal-Ilma ġewwa Għawdex għaddiet diversi għotjien tal-ħadid lill-kuntrattur li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fl- industrial estate ġewwa x-Xewkija sabiex bihom jagħlaq diversi aċċessi u li mhux relatati max-xogħol tal-ilma? Jista’ jgħid minn min ittieħdet din id-deċiżjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ir-Rabat – Triq Bir l-Iljun – provvista tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jindaga minnufih għalfejn il-provvista tal-elettriku ġewwa ż-żona magħrufa bħala ‘fuq Għeriexem’, partikolarmant fi Triq Bir l-Iljun, ir-Rabat qed tinqata’ madwar tliet darbiet fil-ġimgħa u jieħu azzjoni minnufih sabiex din il-problema tissolva?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nfurmat li l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fiż-żona msemmija matul din is-sena kien ta’ 5 darbiet u l-provvista ingħatat lura f’medja ta’ inqas minn sagħtejn.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 10758, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern huwiex se jmexxi bil-proġett ta’ estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Kif ġie rriferut fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10758, l-applikazzjoni mal-MEPA għall-ħruġ tal-permess għall-bini tal-oqbra fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata, kellha ssir mill-ġdid mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika minħabba li l-applikazzjoni ta’ qabel skadiet fis-sena 2012.
Is-Supretedent qed issegwi l-applikazzjoni l-ġdida sabiex malli joħroġ il-permess ikunu jistgħu jinbdew ix-xogħlijiet meħtieġa.