Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4254 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-imjegati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infiq f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati, bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999, fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu kienu hekk: Riċevimenti - Ara tweġiba parlamentari No.3863 Safar - Lm3,766.66 Petrol u Diesel - Lm15,674.71 Pagi - Lm2,070,010.295

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, u kemm mill-uffiċċju tas-Segretarjat Permanenti fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ispiża totali għall-istampar ta' kartolini tal-Milied laħqet is-somma ta'Lm603.23. Dawn il-Kartolini tqassmu biex jintbagħtu skond il-bżonn ta' kull taqsima li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu. Fost oħrajn intbagħtu kartolini lill-Ministri w l-Membri Parlamentari kollha, l-Ambaxxaturi w rappreżentanti ta' għaqdiet internazzjonali rappresentati f'pajjiżna. Kien hemm ukoll sistema ta' reċiprokazzjoni ta' kull min bagħt l-awgurju tiegħu lill-Ministeru w d-dipartimenti li jagħqu taħtu. Ix-xogħol ta' l-istampar kien imqassam parti f' l-Istamperija tal-Gvern, parti l-'Best Print' u parti l-'ABC Stationers'. Mhux possibli li tinħadem l-ispiża postali peress illi l-kartolini ma' ntbagħtux f' lott wieħed iżda kienu amalgamati mal-posta tal Ministeru.
Leg 9 PQ #3999 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Safar

Question

B'riferenza għal Lm40,000 f'safar imsemmija fl-estimi ta' l-1997 taħt il-Ministeru tal-Biedja u Sajd, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-ispejjeż tas-safar li saru minn delegazzjonijiet attwalment immexxija mill-Ministru ta' dik is-sena? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-kumplament tal-vot ta' Lm40,000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-1997 kien hemm tlett delegazzjonijiet immexxija mill-Ministru ta' dak iż-żmien li l-ispejjeż tagħhom kienu jammontaw għal Lm842.17. Tħallsu wkoll Lm15,708.43 li jkopru ħamsa u tletin (35) safra tul dik is-sena li saru minn uffiċjali impjegati ma' dan il-Ministeru u persuni oħra approvati mill-Ministru. Lm29,335.99 tħallsu lid-Dipartiment tat-Teżor permezz ta' transfer voucher biex ingħalqu kontijiet arretrati li kienu ngabru tul is-snin ta' qabel.
Leg 9 PQ #4071 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Qlejgħa — Proġett ta' riabilitazzjoni

Question

B'riferenza għall-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bix-xogħlijiet li saru mill-5 ta' Settembru, 'il hawn? Meta huwa pproġettat li jitlesta l-proġett u kif se jkunu mqassma x-xogħlijiet matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru 'il hawn saru 237 gabjun, 24 Terramesh units u 5 Materassi. Tneħħew ukoll 146 truck materjal minn ġol-wied. Matul din is-sena ser jitlesta' it-tieni fażi tal-proġett u tinbeda it-tielet fażi.
Leg 9 PQ #3939 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kummissjoni Nazzjonali għall-Biedja u Sajd — Rapport

Question

B'riferenza għar-rapport li tħejja bejn l-uffiċjali Maltin, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Biedja u Sajd u l-FAO dwar l-iżvilupp tal-biedja u sajd fil-gżejjer tagħna taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jkompli jimxi u ċioe' jiżviluppa s-settur tal-biedja u sajd abbażi ta' dan ir-rapport? Jekk iva, x'laqgħat saru mill-5 ta'Settembru 'l hawn bħala kontinwazzjoni ta' dan ir-rapport u minn kienu l-uffiċjali nvoluti? Minn kienu r-rappreżentanti tal-FAO li ġew Malta matul 1998 għal dan l-impenn u minn huwa mistenni li jiġi mill-FAO matul din is-sena? X'kordinament qed isir ma' l-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-universita'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat li tħejjew żewġ rapporti wieħed minn uffiċjal għoli u l-ieħor mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Biedja u Sajd. Uffiċjali oħra qed jippreparaw numru ta' rapporti dwar policies partikolari sabiex jiġu analiżżati minn konsulenti maħtura mill-FAO skond il-proġett msejjaħ 'Advice of Selected Agricultural Policy Issues'. Hemm bżonn li dawn ir-rapporti issa jiġu adattati u emendati fid-dawl tar-riattivazzjoni tal-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħieħa fl-Unjoni Ewropea. Minn dawn ir-rapporti kollha wara analiżi retta jiġi ppreparat dokument wieħed li jagħti direzzjoni ċara għall-iżvilupp tal-agrikoltura f'Malta. Saru diversi laqgħat bejn l-uffiċjali Maltin sabiex jiġu finaliżżati r-rapporti ndividwali. F' 1998 ġew Malta 4 konsulenti tal-FAO w uffiċjal tal-FAO, dawn kienu: 1. Gerard Gagnon - Team Leader/International Senior Policy Advisor 2. Dick Quick - Marketing/Trade Specialist 3. Paul Munro-Faure - Land Market and Land Tenure Specialist 4. Richard A J Roberts - Rural Finance Specialist 5. Tomasz Lonc - Backstopping Officer. Matul din is-sena l-istess konsulenti huma mistennija jerġaw jiġu Malta. L-esperti tal-FAO jingħataw l-opportunita' li jiddiskutu mad-diriġenti tal-Istitut tal-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali li xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ispiża totali ta' rigali li ngħataw fl-okkażjoni tal-Milied 1998 mill-Ministeru tiegħi laħqet is-somma ta' Lm50. Ingħataw rigali lill-membri ta' l-istaff kolla (25 ruħ) li jaħdmu fil prossimita ma' l-uffiċċju tiegħi matul is-sena. Dan it-'token' simboliku ingħata bħala apprezzament għal-ħidma tagħhom.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet fil-Ministeru tiegħu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd sar biss riċeviment wieħed fit-23 ta' Diċembru 1998 u dan ġie organiżżat f'Project House, Floriana. L-ikel u x-xorb inġabu mingħand Noel's Confectionary u Joseph Debono. L-ispiża totali laħqet Lm911. Il-mistednin kienu, barra mill-uffiċjali tad-Dipartimenti tal-Ministeru tiegħi, nies li matul is-sena b'xi mod jew ieħor ikollhom x'jaqsmu mal-Ministeru tiegħi u kienu jinkludu wkoll Ministri u kollegi politiċi, Kapijiet ta' Dipartimenti, Korpi u Għaqdiet oħra.
Leg 9 PQ #3530 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Konferenza dwar l-Agrikoltura

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min se jkunu r-rappreżentanti tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għall-konferenza li se ssir f'Jannar, 1999 fil-London School of Economics & Political Science dwar l-agrikoltura u l-Unjoni Ewropea? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'paper ħejja l-ministeru għal din il-konferenza u ma' liema koperattivi ġiet ikkomunikata din il-paper? Jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mid-'Diary of LSE Public Events' ma jirriżultax li f'Jannar, 1999 kien hemm xi Konferenza organiżżata dwar l-agrikoltura u l-Unjoni Ewropea fil-London School of Economics & Political Science. Konferenzi ta' dan it-tip iżda jiġu organiżżati regolarment minn diversi organiżazzjonijiet barranin madwar l-Ewropa. Mhux possibbli li Malta tipparteċipa f'kull Konferenza.
Leg 9 PQ #3532 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja u Sajd — Persuni fis-segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għal domanda parlamentari numru 3459.

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Twaħħil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew imħawwlin siġar matul dawn l-aħħar ħames snin mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Jikkunsidra l-Ministru li jitwaqqaf kumitat ad hoc sabiex jirrapporta u jistudja fuq il-pjanijiet futuri f'dan l-iskop?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-siġar li tħawwlu f'Malta minn 1994 sa 1998 kienu hekk: Sena Numru ta' Siġar 1994 15,467 1995 14,295 1996 12,247 1997 8,969 1998 6,402 In-numru ta' arbuxxelli u pjanti li ġew imħawwla matul l-istess perjodu kien minn sitta sa tmien darbiet aktar. Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant qed jiġi kkonsidrat.

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jiżdiedu n-numru ta' mpjegati ġewwa d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ħalli jieħdu ħsieb il-bżonnijiet normali tat-Tieni Distrett, billi jidher li ma jistgħux ilaħħqu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-parti l-kbira tal-Kunsilli Lokali fit-Tieni Distrett m'għandhomx kuntratt mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. L-arterji prinċipali li għalihom hu responsabbli d-Dipartiment huma mantnuti b'numru adegwati ta' ħaddiema.

Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm bdiewa fulltime u part-time reġistrati li joqogħdu fit-Tieni Distrett elettorali? Jista' jagħti din l-informazzjoni post post?

Response (ZAMMIT, NINU)

Skond iċ-ċensiment ta' 1991 in-numru ta' bdiewa full-time u part-time fit-tieni distrett kien hekk: Belt/Raħal Full-Time Part-Time Cospicua 0 18 Vittoriosa 3 3 Senglea 0 1 Kalkara 2 53 Fgura 11 73 Xgħajra/Żabbar 59 439 Il-figuri ta' Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra jinkludu wkoll il-parti ta' Ħaż-Żabbar li hi eskluża mit-tieni distrett.

Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm sajjieda fulltime u part-time reġistrati li joqogħdu fit-Tieni Distrett elettorali? Jista' jagħti l-informazzjoni post post?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Istatistika tad-Distretti li jżomm id-Dipartiment tas-Sajd imqassma skond il-Portijiet. Inkun f'posizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba aktar il-quddiem meta r-reġistrazzjoni tiġi strutturata skond il-lokalitajiet.

Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd — Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm għandu art f'idejh id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd u din b'liema titolu u mingħand min, fl-akkwati tat-Tieni Distrett elettorali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Skond ir-rekords, l-artijiet li d-Dipartiment għandu f'idejħ fl-akkwati tat-Tieni Distrett elettorali huma mikrija mingħand il-Kummissarju ta' l-Artijiet. Dawn huma: Żabbar Olive Grove Senglea Point Garden Ex-Military Cemetry, Kalkara Romm 1st Floor, Civil Centre, Żabbar
Leg 9 PQ #3386 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tal-majjal għas-sena 1995/96 u 1997/98? Kemm kien il-prezz medju għar-raħħala f'dawn l-erba' snin sena b'sena u x'kien l-ammont ta' flus li ġab dan il-laħam?

Response (ZAMMIT, NINU)

B'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3386, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba kient diga' mogħtija fir-risposta għad-domanda parlamentari Nru. 2495 fil-11 ta' Diċembru, 1998. Minkejja dan għal darba oħra nerġgħu nippreżentaw il-figuri u inżidu it-total għas-sena 1998. Il-Qatla Totali (Malta u Għawdex) f' Piż ta' Kilos 1995 1996 1997 1998 8,467,000 8,815,220 10,192,952 10,406,307 Il-Valur tal-Laħam tal-Majjal u l-Prezz Medju Tiegħu 1995 Lm7.72M Lm00.91c2 1996 Lm7.29M Lm00.82c7 1997 Lm8.42M Lm00.82c6 1998 Lm8.59M Lm00.82c5
Leg 9 PQ #3387 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Fejn saru dawn it-transfers u liema huma l-uffiċjali li ġew assenjati responsabbilitajiet ġodda mill-5 ta'Settembru, 1998 'il hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn saru 34 transfers minn jew għal Dipartimenti oħra u 57 transfers interni fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru, skond kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Is-Sur Emmanuel Micallef, Senior Agricultural Foreman, barra r-responsabbilta' mis-Sezzjoni tad-distribuzzjoni tal-ħamrija, ngħata wkoll f'idejħ it-tmexxija tal-mixtla ta' Wied Incita. Is-Sur Vincent Schembri, Senior Agricultural Foreman, barra r-responsabbilta' li kellu tal-mixtla ta' San Vincenz, ngħata wkoll ir-responsabbilta' tat-taqsima tal-bexx. Is-Sur Anthony Borg, Agricultural Officer, ngħata r-responsabbilta' tal-Fergħa tar-Raba u l-Ilma minflok is-Sur Anthony Mifsud,li ngħata l-kariga ta' Assistent Segretarju Privat fis-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi. Is-Sur Jimmy Briffa, Senior Agricultural Foreman, ngħata r-responsabbilta' tas-Sezzjoni taż-Żbir fil-Fergħa ta' l-Urban and Rural Landscaping.
Leg 9 PQ #3420 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodott organiku — Agreement mal-Bioagricoop

Question

B'riferenza għall-Agreement mal-Bioagricoop sabiex jiġi ċċertifikat l-kwalita' tal-prodott organiku, mkabbra mill-bdiewa Maltin, li kien sar s-sena l-oħra, jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk id-dipartiment jew il-ministru huwiex se jonora l-istess agreement? Saru xi proposti mill-Bioagricoop lid-dipartiment jew il-ministeru sabiex isiru programmi/laqgħat/courses eċċ informattivi lill-bdiewa u uffiċjali tad-Dipartiment dwar Produzzjoni Agrikola Organika mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Jekk iva,meta saru dawn il-propsti mill-Bioagricoop? Jekk ma sarux, hemm diskussjonijiet għaddejjin sabiex isiru dawn il-laqgħat/programmi/courses eċċ lill-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ftehim li qed jirreferi għaliħ l-Onor. Interpellant jidher li ma kien ftehim xejn għaliex kien iffirmat biss min-naħa ta' uffiċjal tal-Ministeru li kien imexxi hu. Dan l-'statement' unilaterali kien sar ftit ġranet biss qabel l-elezzjoni ta' l-1998 mingħajr studju serju ta' l-implikazzjonijiet u mingħajr ma ġew infurmati l-ogħla uffiċjali tad-Dipartiment. Minn dak iż-żmien 'l hawn ma jirriżultax li saru xi proposti mill-Bioagricoop u ma hemmx diskussjonijiet ma din l-organizazzjoni kummerċjali.
Leg 9 PQ #3421 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

Peress li matul l-1998 kien hemm ħames bdiewa li bdew ikabbru l-uċuħ tagħhom b'sistema organika u kienu wkoll jiġu megħjuna mid-dipartiment sabiex jittestjaw il-livell tal-kwalita' organika mal-Bioagrocoop (ċertifikati qed jintbagħtu separatament), jista' l-Ministru jinformani bil-programm tad-dipartiment fuq il-produzzjoni organika għal din is-sena? Dawn il-bdiewa se jkomplu jingħata l-għajnuna u jekk iva, x'tip ta' għajnuna u jekk le, għaliex? Min huma fil-fatt l-uffiċjali u l-ħaddiema responsabbli mir-riċerka ta' produzzjoni organika għal din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-bdiewa li bi prova kkabbru uċuħ taħt sistema 'organika' dan l-aħħar sentejn ma ngħataw ebda għajnuna, ħlief direzzjoni teknika, liema għajnuna għada tingħata. Hemm 4 bdiewa li għadhom jipprovaw ikabbru xi uċuħ taħt din is-sistema. Hemm uffiċjal wieħed tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li għadu jassisti lil dawn 4 bdiewa fit-tkabbir tal-uċuħ tagħhom, bi prova b' din is-sistema. Iċ-ċertifikati mehmuża mal-mistoqsija juru biss li l-ħamrija u t-tadam prodott ma fihomx residwi ta' kimiċi. Dan waħdu ma jfissirx li tkabbru b' sistema organika, peress li normalment il-ħamrija trid tkun ilha mill-linqas tlett snin ħielsa mit-trattamenti kimiċi.
Leg 9 PQ #3378 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li talbu l-għajnuna ta'l-uffiċċju tal-extensions services, sena b'sena, lokal lokal matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' bdiewa li rikorrew fl-uffiċċju distrettwali tal-Extension Service għal għajnuna kienu dawn li ġejjin: 1994 1995 1996 1997 1998 Mosta 614 760 698 824 806 Siġġiewi 432 418 768 1663 1546 Rabat 438 436 764 1793 1794 Żabbar 920 997 1516 1711 1181 Total 2404 2611 3746 5991 5327
Leg 9 PQ #3379 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji — Tjur/annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' speċi ta' tjur u annimali li ġew projbiti milli jidħlu fil-gżejjer tagħna mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji matul l-1998? Meta ġew projbiti u fuq liema raġunijiet u kriterji ġew projbiti u x'sar minnhom? Jista'l-Ministru jgħid ukoll x'kien permess li jidħol fl-istess perijodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju joħroġ liċenzji għall-importazzjoni tat-tjur fuq il-kundizzjoni li l-pajjiż ta' l-esportazzjoni jkun ħieles mill-OIE list A diseases tat-tjur. Meta s-Servizz Veterinarju jkollu nformazzjoni uffiċjali li xi pajjiż ikollu l-mard, ma tinħariġx liċenzja. Ma jinżammux records dwar liċenzji li jiġu rifjutati jew importazzjoni li ma ssirx minħabba li ma jinħarġux ċertifikati mill-pajjiż li qegħda tkun issir l-esportazzjoni.