Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli lokali – kuntratti għat-tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor konness ma’ upkeep

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-kuntratt/i preżenti ta’ kull kunsill lokali għall tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor kollu konness ma’ upkeep u tindif fil-lokalitajiet u kemm hu l-ammont ta’ flus li l-Gvern jagħti speċifikament għal dan l-iskop lil kull kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali – faċilitajiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi li hemm f’kull lokalità u li huma fir-responsabilita tal-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali – aġenti segretarju eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għadhom b’aġent segretarju eżekuttiv? Jista’ jgħid fejn wasal kull każ biex kull kunsill lokali jkollu s-segretarju eżekuttiv tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Heritage Malta – Showers u Eyewash stations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-laboratorji ta' Heritage Malta għandhomx Shower u Eyewash Stations? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm minn dawn lis-stations u f’liema laborotarji laboratorji qegħdin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi fil-laboratorji ta’ Heritage Malta hemm shower u eyewash station.

Belt Valletta – esebizjoni esibizzjoni — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il viżitatur żaru l-esebizjoni esibizzjoni dwar il-Belt Valletta? Jista’ jgħid kemm minn dawn in-nies daħlu b'xejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn meta fetħet il-wirja fit-23 ta’ Lulju sas-6 ta’ Ottubru kien hemm 3,292 viżitatur li żaru il-wirja, li 794 minnhom daħlu mingħajr ħlas (il-maġġoranza l-kbira tagħhom waqt in-Notte Bianca).

Wirja dwar il-Belt Valletta – cost Cost-benefit Benefit analysis Analysis u marketing Marketing planPlan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx cost Cost-bBenefit analysis Analysis u marketing Marketing plan Plan qabel ma ġiet varata l-wirja dwar il-Belt Valletta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn id-dokumenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi wirja bħal dik dwar il-Belt Valletta ma huwiex proġett tali li jeħtieġ Cost Benefit Analysis, u għalhekk dan ma sarx. Min-naħa l-oħra Marketing Plan isir dejjem – qed inpoggi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaġar Qim, Forti Sant’ Anġlu u Forti Sant’Iermu – sejħa mal-ispazji kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa ser toħroġ is-sejħa relatata mal-ispazji kummercjali kummerċjali (catering) relatati maċ-ċentru Ċentru tal-viżitaturi Viżitaturi f’Ħaġar Qim, il-Forti Sant’ Anġlu u il-Forti Sant’Iermu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi fl-immedjat ma hemm l-ebda ħsieb li tinħareġ sejħa rigward l-ispazji kummerċjali fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Ħaġar Qim u fil-Forti Sant’ Anglu. Is-sejħa għall-immaniġjar tal-ispazji kummerċjali fil-Forti Sant’Iermu għandha tiġi ppubblikata iżjed tard din is-sena.

Heritage Malta — mużika amplifikata f’istabbiliment

Question

B'referenza għas-sejħa (HM 28/6/2016) ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Heritage Malta mhux se taċċetta mużika amplifikata ġewwa dan l-is-stabbiliment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi dan l-istabbiliment se jkun parti integrali minn mużew tal-arti immexxi mill-agenzija nazzjonali tal-wirt kulturali, fil-qalba tal-Belt Valletta u għalhekk l-attivitajiet kollha li jkun hemm fih iridu jkunu idoneji għal dan il-kuntest.

Heritage Malta – ħaddiema — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inizjattivi ħadet Heritage Malta sabiex tinkoraġġixxi l-ħaddiema tagħha sabiex jikomplu jistudjaw fil-livelli tad-dottorat jew post-doc?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-inizjattivi ta’ Heritage Malta rigward impjegati li jkomplu jistudjaw, inkluz f’livell ta’ dottorat jew post-doc, huma regolati mill-Ftehim Kollettiv, u kull talba li tirċievi din l-Aġenzija, tiġi kkunsidrata skond l-istess Ftehim Kollettiv.

San Pawl il-Baħar – Ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn wardens, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar fil-lejl ta’ bejn il-11 u t-12 ta' Awissu, 2016? F'liema toroq ingħataw, u x'kienet ir-raġuni li ngħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-7:00 ta’ filgħaxija tal-11 t’Awwissu u s-7:00 ta’ filgħodu tat-12 t’Awwissu ma ngħataw l-ebda ċitazzjonijiet mill- Gwardjani Lokali f’San Pawl il–Baħar.

Ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens

Question

Billi ġie rraportat li fl-ewwel sitt xhur tal-2016 kien hemm tnaqqis ta’ madwar 8,000 ċitazzjoni mogħtija mill-wardens, fejn f’Ġunju 2016 kien hemm tnaqqis ta’ madwar 5,000 ċitazzjoni meta mqabbel ma’ Ġunju 2015, jista' l-Ministru jgħid, kemm kienu n-numru ta' ċitazzjonijiet xahar b’xahar, lokalità lokalità, din is-sena, u kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu mill-wardens, xahar xahar, lokalità lokalità matul l-2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Settembru 2016 ngħataw 9,084 ċitazzjoni inqas meta imqabbel mal-istess perjodu fl-2015. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla – bankini u culverts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26709, 26391, 26213 u 26494 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ipprovduta mill-Kunsilli Lokali. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali se jinvestiga d-direct orders kollha li qabżu l-limitu stabilit.

Television Malta – Programm TVAM — udjenza

Question

Skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-udjenza tal-programm TVAM fuq Television Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li sar fi Frar 2016, il-programm TVAM li jixxandar fuq Television Malta, jilħaq udjenza massima ta’ 5,399, filwaqt li għandu udjenza medja ta’ 2,293 fil-ġimgħa.

Programm TVAM – Features mill-Isptar Mater Dei jew mill-Ministeru għas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għas-Saħħa jew l-Isptar Mater Dei kinux iħallsu biex ikollhom slot/feature fil-programm TVAM fuq PBS? Kemm hu l-ħlas għal kull programm li fih jidher dan il-feature? Il-flus min jeħodhom, il-PBS jew individwi?

Response (BONNICI, OWEN)

L-islots imsemmija mill-Onor. Interpellant kienu slots bi ħlas. Il-ħlas isir lill-PBS.

Programme TVAM – Features mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi jew mill-Ministeru għat-Turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għat-Turiżmu u jew l-Istitut għall-Istudji Turistiċi kenux iħallsu biex ikollhom slot/feature fil-programm TVAM fuq PBS? Kemm hu l-ħlas għal kull programm li fih jidher dan il-feature? Il-flus min jeħodhom, il-PBS jew individwi?

Response (BONNICI, OWEN)

L-islots imsemmija mill-Onor. Interpellant kienu slots bi ħlas. Il-ħlas isir lill-PBS.

PBS – Kamra tal-Aħbarijiet – xogħol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ħlas kull xahar li rċieva l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum u li jagħmel xogħol fil-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS? X’inhuma r-responsabilitajiet ta’ dan l-individwu? X’inhuma l-arranġamenti ta’ impjieg ta’ dan l-individwu? Għaliex PBS Ltd ma impjegatx persuna full-time biex jagħmel dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-responsabilitajiet tal-individwu imsemmi huma varji u skont il-ħtieġa. Prinċipalment huwa responsabbli għal grafika u animazzjonijiet meħtieġa kemm għall-aħbarijiet, programmi u jipprovdi servizzi reletati lid-dipartimenti oħrajn tal-PBS fosthom id-dipartiment tar-riklami u d-dipartiment tal-programmi. Fil-perjodu li l-individwu kien qed jipprovdi s-servizzi tiegħu fuq l-bażi ta’ contract for service kien jitħallas b’rata ta’ €10 + VAT fis-siegħa. Huwa kien jaħdem bl-apparat tiegħu. Dan jinkludi l-produzzjoni u l-editjar inkluż tal-promos meħtieġa miċ-ċentru tal-aħbarijiet. Wara li dan serva bħala perjodu ta’ prova, l-individwu applika u ġie magħżul biex ikompli jagħti s-servizzi tiegħu fuq bażi full-time.

Pubblikazzjoni tal-ktieb “L-Assedju” minn PBS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija ntgħażlet biex tistampa l-ktieb “L-Assedju” li ġie ppubblikat mill-PBS? Fuq liema kriterju ntgħażlet din il-kumpanija? Kemm tħallset għall-istampar ta’ dan il-ktieb? Il-proprjetarju ta’ din il-kumpanija għandu xi rabta ma’ PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kumpanija Velprint Ltd. ntgħażlet biex tistampa l-ktieb l-Assedju wara sejħa għall- offerti. Din il-kumpanija ntgħażlet għax kienet l-orħos. Dan il-ktieb sewa €2,360 + VAT. Il-kumpanija msemmija f’din il-leġislatura kompliet tintalab kwotazzjonijiet għal xogħol ta’ stampar bħalma kienet tintalab fil-leġislatura ta’ qabel. Wieħed mill-propretarji hu direttur tal-PBS.

PBS – stampar ta’ Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija ntgħażlet biex tistampa l-ewwel Activity Reporttal-PBS li ġie ppubblikat reċentament? Fuq liema kriterju ntgħażlet din il-kumpanija? Kemm tħallset għall-istampar ta’ dan il-ktieb? Il-proprjetarju ta’ din il-kumpanija għandu xi rabta mal-PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kumpanija Velprint Ltd. ntgħazlet biex tistampa l-ewwel Activity Report wara sejħa għall-offerti. Din il-kumpanija ntgħazlet għax kienet l-orħos. Dan il-ktieb sewa €1,640 + VAT. Il-kumpanija msemmija f’din il-leġislatura kompliet tintalab kwotazzjonijiet għal xogħol ta’ stampar bħalma kienet tintalab fil-leġislatura ta’ qabel. Wieħed mill-propretarji hu direttur tal-PBS.

European Convention Act — emendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Gvern milli jemenda l-European Convention Act biex il-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Protezzjoni minn Diskriminazzjoni) ikun parti mil-liġi tagħna b’mod li jkun infurzabbli mill-Qrati tagħna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-emendi msemmija ġew preparati u qegħdin fil-kors li jsiru.

PBS — pensjoni ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ pensjoni mal-PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fir-ristrutturar li sar fil-PBS fl-2004, il-persuna li detallji dwarha intghataw separatament għażlet skema tal-irtirar ‘A’ li silta minnha tgħid kif ġej: “Din l-iskema ta’ rtirar kmieni mix-xogħol hi miftuħa għal dawk l-impjegati li jkunu għalqu 56 sa l-24 t’April 2004. Dawn l-impjegati jistgħu jagħżlu li jieħdu pagamaent kull xahar sakemm jilħqu l-eta’ pensjonabbli tagħhom skont il-liġi, ikkalkulat fuq il-paga bażika preżenti tagħhom. Impjegat li japplika għal din l-iskema jkun intitolat għal żewġ terzi tal-paga bażika sakemm jilħaq l-eta’ tal-pensjoni. L-ogħla rata li impjegat jista’ jieħu bħala pagament kull xahar taħt din l-iskema hi ta’ żewġ terzi ta’ Lm6,749 li hi l-pensjoni massima preżenti skont il-liġi Att Dwar is-Sigurta Soċjali, Kap 318). Kull min jieħu din l-iskema jkun intitolat ukoll għal żewġ terzi taż-żieda li tingħata kull sena għall-għoli tal-ħajja, kif ukoll għall-bonus sħiħ ta’ Ġunju u Diċembru u ż-żewġ terzi tal-bonus ta’ Marzu u Settembru.” L-aħħar grad tiegħu fil-PBS kien Receptionist/Telephone Operator, cioe grad li ma baqax fis-seħħ wara r-ristrutturar tal-2004. Dan l-individwu sar pensjonabbli fl-Lulju 2008 u beda jieħu l-pensjoni skont il-proċeduri normali tas-Sigurtà Socjali Nazzjonali. Għaldaqstant jien informat li l-PBS m’għandha l-ebda obbligu fuq dan il-każ.